url
stringlengths 31
264
| title
stringlengths 0
1.28k
⌀ | base_url
stringclasses 9
values | text
stringlengths 80
21.4k
| labels
sequencelengths 1
5
|
---|---|---|---|---|
https://www.gwida.mt/mt/minn-film-dwar-freddie-mercury-ghal-film-dwar-elton-john | Minn Film Dwar Freddie Mercury Għal Film Dwar Elton John | www.gwida.mt | Is-suċċess fenomenali ta' Bohemian Rhapsody bla dubju wassal biex minnufih id-dinja ċinematografika titfa' l-attenzjoni tagħha fuq films bijografiċi ta' artisti rinomati. Anki pjattaformi bħal Netflix wkoll qed jinvestu fuq produzzjonijiet bijografiċi. B'mod imminenti f'dawn il-ġranet se jinħareġ il-film Rocket Man, li mill-isem tiegħu tistgħu tintebħu li dan il-film huwa dwar il-leġġendarju Elton John. Il-ħsieb li jinħadem dan il-film ilu għaddej minn Jannar 2012 u t-titlu Rocket Man ġej mis-silta li biha Elton John kien kiseb suċċess internazzjonali fl-1972. Il-film qed isir bil-barka ta' Elton John innifsu iżda tul dawn l-aħħar snin kien hemm ħafna bdil f'dawk li huma diretturi jew l-attur li kellu jilbes iż-żarbun ta' Elton John. Issemmew ismijiet bħad-direttur Awstraljan Michael Gracey u l-attur Ingliż Tom Hardy u saħansitra Justin Timberlake, li kien l-għażla ewlenija ta' Elton John. Fl-aħħar il-film li l-Paramount Pictures se joħorġu din il-ġimgħa fir-Renju Unit u fil-31 ta' Mejju fl-Istati Uniti għandu lill-attur Taron Egerton fil-parti ewlenija. It-titlu Rocket Man ġej mis-silta Rocket Man li Elton John u Bernie Taupin kienu kkomponew flimkien u kienet dehret għall-ewwel darba fl-album Honky Château maħruġ fl-1972. Kienet telgħet fit-tieni post tal-klassifika Ingliża u fis-sitt post tal-klassifika fl-Istati Uniti. F'Ottubru 2018 Rocket Man ġiet klassifikata bħala diska tad-deheb mill-British Phonographic Industry wara li ġew reġistrati xejn inqas minn 400,000 download diġitali ta' din is-silta mużikali. Bla dubju li Rocket Man se jkun film ta' suċċess. Iżda se jirnexxielu jissupera s-suċċess ta' Bohemian Rhapsody? Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fir-rivista l-Gwida li toħroġ kull ġimgħa u ssibuh a għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-carlo-borg-bonaci-jimpressjona-bid-dehra-dida-tieghu---int-x-tahseb | Bil-Filmat: Carlo Borg Bonaci Jimpressjona Bid-Dehra Ġdida Tiegħu - Int X'Taħseb? | www.gwida.mt | Ilbieraħ fuq il-paġna uffiċjali ta' Noli, ttella' episodju ieħor fejn il-mistednin ta' Angie Laus kienu Dorian Cassar u Carlo Borg Bonaci. Jidher li Carlo Borg Bonaci wriena l-famuża COVID-LOOK. Fil-kollegament dirett li kellu mal-preżentattriċi wieħed seta' jara dehra ġdida kompletament għal Carlo għax ħalla id-daqna tidher din id-darba. Kemm Dorian u kemm Angie qabblu li xerqitlu. Carlo qal li għażel din id-dehra ġdida biex la jgħaddi kollox u jħares lura, ikollu tifkira ta' kif kien f'dawn iż-żminijiet meta konna d-dar. Int x'taħseb mill-COVID-LOOK ta' Carlo? Aħjar bil-leħja jew mingħajrha? | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-int-temmen-li-belle-rceviet-telefonata-mill-bbc-waqt-il-live-show | Bil-Filmat: Int Temmen Li Belle Rċeviet Telefonata Mill-BBC Waqt Il-Live Show? | www.gwida.mt | Naħseb li sa issa smajtu u forsi diġà segwejtu xi darba jew oħra lil Belle bil-live shows tagħha fuq facebook Propju ftit ilu Belle kitbet fuq il-paġna tagħha li rċeviet telefonata mill- BBC Mid-dehra kien hemm xi nies li qalulha li dik kienet 'prank call' iżda fuq l-istess paġna, Belle tellgħet ukoll xi kummenti li rċeviet mingħand persuna: Veronika Scerri li kkonfermatilha li ma kinitx. Dan għaliex nannitha u ommha jgħixu Londra u qalulha li raw Maltija titkellem bil-flokk tal-Belt fuq il- BBC London News Intom x'taħsbu dwar dan?! Ritratt: Facebook/ Belle Live Shows | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/fl-ahhar-jien-missier---matt-black-jadotta-kreatura-mill-isbah | "Fl-Aħħar Jien Missier" - Matt Black Jadotta Kreatura Mill-Isbaħ | www.gwida.mt | Il-kantant li rajna fl-ewwel u fit-tieni staġun ta' X Factor Malta ftit tal-ħin ilu fuq il-midja soċjali tiegħu ħabba li għadu kemm sar missier ta' kelb mill-isbaħ. Hu qasam ir-ritratti ta' Kai li nistqarru li serqilna qalbna. Vera għandu ħarsu ħelwa u ta' ħniena. Aħna nawguraw lil Matt f'din l-avventura ġdida tiegħu bħala missier ta' dan il-kelb. Ninsabu ċerti li ħa joffrilu ħafna u ħafna imħabba, is-sagrifiċju u x-xogħol li jġibu magħhom il-klieb żgur ħa jkun regalat lura b'ħafna imħabba minn Kai. Awguri Matt! Tgħid jirnexxilek tgħallmu jkanta jew? | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/ara-glen-vella-issa-bi-rwol-gdid-fil-karriera-tieghu | Ara: Glen Vella Issa Bi Rwol Ġdid Fil-Karriera Tiegħu | www.gwida.mt | Lil Glen Vella rajnieh f'bosta kunċerti u avvenimenti bħala kantant. Nafu wkoll lil Glen bħala LSE. Iżda jidher li għandu talent ġdid li ħa nkunu qed naraw aktar dwaru minn Ġunju li ġej. Fil-fatt flimkien maż-żewġ għalliema Lulu Agius u Marilyn Grima, ser ikun qed jippreżenta programm ta' 20 episodju għat-tfal kuljum fuq TVM bl-isem ta' 'Kaxxa Daqq'. F'dan il-programm il-grupp ta' edukaturi ser ikun qed jieħu lit-tfal fi vjaġġ mużikali fejn fih ser jitgħallmu aktar dwar strumenti differenti li jeżistu. Glen ħabbar dan fuq il-profil tiegħu kif ukoll informa lis-segwaċi tiegħu li ser ikun qed jikkollabora ma' Kultura Malta permezz ta' dan il-programm li ser jixxandar kuljum fil-11:30 a.m. fuq TVM. Aħna waqt li nawgurawlu għal din l-esperjenza ġdida, ninsabu ċerti li ser jaqta' figura tajba! Tinsabu ħerqana biex taraw lil Glen Vella bl-irwol ta' preżentatur? | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/il-ku-in-ta-miss-kelly-kantant-li-tista-tg-id-kul-add-jafu | Il-Kuġin Ta' Miss Kelly Kantant Li Tista' Tgħid Kulħadd Jafu! | www.gwida.mt | Il-preżentatriċi lokali, Melanie Kelly, magħrufa wkoll bħala Miss Kelly tiġi kuġina ta' kantant li kien mar għall-Eurovision Song Contest f'isem Malta. Hu kien mar għal dan il-festival prestiġġjuż lura għas-sena 1993, 27 sena ilu. Kif tistgħu taraw fir-ritratt qed nitkellmu fuq ħadd ħlief, William Mangion. Nhar il-Ġimgħa li għaddiet William Mangion kien qed idoqq f'avveniment ta' ġbir ta' fondi li ġibna wkoll fuq Gwida.mt b'risq numru ta' familji f'Bormla u William xeħet ritratt mal-kuġina tiegħu Melanie Kelly. Kont taf li dawn it-tnejn jiġu minn xulxin? Malta żgħira u ċ-ċans li żewġ personalitajiet jiġu minn xulxin tista' tgħid qed hemm, imma konna sorpriżi! | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/biex-no-ro-il-frustrazzjoni-li-ma-nistax-indoqq---joven-grech-jinsab-lest-biex-jerga-jdoqq | "Biex Noħroġ Il-Frustrazzjoni Li Ma Nistax Indoqq..." - Joven Grech Jinsab Lest Biex Jerġa' Jdoqq | www.gwida.mt | Tista' tgħid li għadda żmien mhux ħażin issa minn meta bdejna l-famuża kwarantina. Waqt li l-awtoritajiet qed jirrilaxxaw bosta miżuri, hawn bosta persuna li qegħdin ukoll jibdew biex joqorbu lejn xi tip ta' normalita ġdida. Fosthom insibu lid-DJ maħbub Joven Grech, li għadu kif iddeċieda li ser ikun qed jarma daqsxejn ta' mużika kif jaf hu bil-kundizzjoni li jirrispetta lil ta' madwaru. " Illum ideċidejt li se nieħu Dj console x'imkien u nitfa' erba' diski b'volum diċenti kemm nisma' jien. Hekk biex noħroġ dil-frustrazzjoni li ma nistax indoqq bħalissa". Joven jisħaq li mhu se jkun qed jagħmel xejn aktar u xejn inqas. Ser jipprova jkompli jagħti pjaċir b'mod diċenti lil kull min tant qed iħoss in-nuqqas tal-mużika tiegħu. "Mhu se nkun qed nagħmel xejn iktar minn bniedem b'kitarra anzi issa nitfa' barmil quddiemi ħalli min irid jitfa' xi ħaġa jitfa' ukoll". Diment li wieħed jirrispetta lil ta' madwaru, u jimxi mar-regolamenti, żgur li m'hemm xejn ħażin f'dak li ħa jagħmel Joven. Għalhekk nifirħulu ta' din id-deċiżjoni għaqlija! | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/qatt-ma-ridt-nerga-nippartecipa---lara-azzopardi | "Qatt Ma Ridt Nerġa' Nipparteċipa" - Lara Azzopardi | www.gwida.mt | Aktar kmieni llum, l-awtriċi Chan Alexia Vella Schembri tellgħet filmat li jeħodna lura kważi ħmistax-il sena. Fil-fatt huwa jum memorabbli mmens kemm għal Chan, kif ukoll għall-attriċi maħbuba Lara Azzopardi. F'dik is-sena, Lara kienet ikkompetiet fil-Malta Song For Europe 2006 bil-kanzunetta 'Stay With Me' - kanzunetta li baqgħu jiftakruha bosta. Ir-rebbieħ dakinhar kien Fabrizio Faniello bil-famuża 'I Do'. Hekk kif rat dan il-filmat b'interpretazzjoni mill-isbaħ, Lara tista' tgħid irnexxielha ġġedded il-memorji kollha ta' dik il-lejla; kemm sbieħ kif ukoll dawk ftit aktar anzjużi. L-attriċi kkummentat fuq dan il-filmat u tgħid li spiċċat reġgħet tarah wara dan iż-żmien kollu. Issemmi l-anzjetà li ħasset dakinhar hekk kif kien hemm xi problemi tekniċi waqt il-prestazzjoni tagħha. "Qatt ma ninsa l-anzjetà li għaddejt minnha... fil-verita kien għalhekk li qatt ma ridt nerġa' nipparteċipa" tikkummenta Lara. Għalqet billi mill-ġdid ferħet lit-tim kollu li kellha warajha dakinhar għax-xogħol impekkabbli li kienu għamlu! | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/stieden-lil-xi-hadd-mill-familjari-tieghek-biex-jimita-din-iz-zifna | Stieden Lil Xi Ħadd Mill-Familjari Tiegħek Biex Jimita Din Iż-Żifna! | www.gwida.mt | Kif dejjem ngħidu, l-età hi biss numru... fil-ħajja kapaċi ssib nies li avolja avvanzati fl-età xorta għadhom jifilħu jiċċaqalqu u jiddevertu. F'dawn iż-żminijiet ta' inċertezzi hemm bżonn ta' affarijiet li jnisslulna tbissima wkoll. Fil-fatt sibna lil din ix-xwejħa tiżfen b'movimenti mill-aqwa. Inti tixtieq tara lil xi nanna jew xi ħadd li taf jimitha din iż-żifna li rawha eluf ta' nies diġa'? Itteggjaw fil-kummenti! | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/kylie-coleiro-issib-ruhha-miflija-aktar-milli-suppost-ghandha-ghalfejn-tinkwieta | Kylie Coleiro Issib Ruħha Miflija Aktar Milli Suppost... Għandha Għalfejn Tinkwieta? | www.gwida.mt | Ilbieraħ il-kantanta Maltija Kylie Coleiro għaddiet minn esperjenza li bejn daħkitha, bejn għaġbitha u fl-istess innutat b'xi ħaġa kemm xejn stramba. Fuq il-mezzi soċjali hi tefgħet ritratt partikolari b'saqajha u b'idejha mogħlijja. Persuna partikolari jidher li flietha mhux ħażin hekk kif bagħtet tgħidilha fuq Messenger li nnutat b'xi mod li kellha tbenġila fuq irkobba minnhom u fuq idejha. Kylie tisħaq li dan kien messaġġ li daħħakha u ċċassha fl-istess ħin. Inti rnexxielek tilmaħ dan il- famuż tbenġil f'dan ir-ritratt? | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/ma-hassejt-xejn-u-ma-jien-qed-inhoss-xejn---karl-wright-li-hu-po-ittiv-bil-covid-19 | "Ma Ħassejt Xejn U Ma Jien Qed Inħoss Xejn" - Karl Wright Li Hu Pożittiv Għall-Covid-19 | www.gwida.mt | Ilbieraħ Karl Wright kien fuq il-programm ta' TVM Ras Imbras fejn tkellem dwar is-sitwazzjoni preżenti tiegħu. Lil Karl ħafna taf jiftakruh bħala xandar fejn għamel bosta snin f'dan il-qasam, illum hu terapista tal-familja. Karl instab pożittiv għall-Covid-19 wara li flimkien mal-kollegi tiegħu tal-FSWS f'Għawdex ġew mitluba sabiex jieħdu t-test tal-Coronavirus. Karl tista' tgħid li talbuh jagħmel it-test u ma kellu l-ebda sintomu li jġiegħlu jaħseb li kellu l-Covid-19. Ritratt: TVM "Ma ħassejt xejn u ma jien qed inħoss xejn," qal Karl waqt l-intervista. Hu jkompli jgħid, "jien fil-verità kont qed noħroġ għax-xogħol, u kont qed noħrog biex nixtri, meta kont noħroġ biex nixtri, tgħidli jista' jkun li ħadtu minn hemm? Jien dejjem ħadt il-prekawzjonijiet kollha." Bħala xogħol, Karl kien qed jaħdem fuq bażi virtwali mal-familji li jaħdem magħhom hu jiġifieri ma kellux kuntatt ma' daqstant nies. Tul l-intervista hu jisqarr, ""L-uniku mediċina li qed nieħu mhux mediċina fiżika imma tal-ħafna u ħafna nies li qed jagħmlu kuntatt miegħi." Qed jgħid li baqa' għaddej bir-rutina tiegħu, jagħmel ix-xogħol u jattendi laqgħat virtwali. La darba qed iħossu f'sikktu ma hemmx raġuni għala ma jagħmilx dan. Hu jgħid li sab sapport enormi mill-kollegi li jaħdmu miegħu tant li anke ġie offrut post fejn joqgħod sabiex il-familjari tiegħu li huma vulnerabbli ma jkunux f'riskju. | [
6
] |
https://www.gwida.mt/mt/x-rabta-hemm-bejn-malta-fl-2020-u-malta-fit-tieni-gwerra-dinjija | X'Rabta Hemm Bejn Malta Fl-2020 U Malta Fit-Tieni Gwerra Dinjija? | www.gwida.mt | Il-mistoqsija tar-rabta bejn Malta fis-sena 2020 u Malta tul it-Tieni Gwerra Dinjija titwieġeb mit-tim ta' Folla Nies, għada 9 ta' Mejju fid-20:55 fuq TVM b'repetizzjoni il-Ħadd 10 ta' Mejju fit-14:45 fuq TVM 2 waqt l-ispettaklu Minestra u Għaġin, Fażola u Sardin. Ritratt: Sebio Aquilina Dan l-ispettaklu qed jittella' fl-okkażjoni tal-75 sena anniversarju mit-tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija. Din hi kollaborazzjoni bejn Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali, Festivals Malta u Folla Nies li ħa jkunu qed jippreżentaw spettaklu ta' mużika u letteratura li jdur ma' elementi umoristiċi marbutin ma' parallelliżmi bejn it-Tieni Gwerra Dinjija u Malta fl-2020. Ritratt: Sebio Aquilina Tajjeb li ngħidu li dan l-ispettaklu se jolqot diversi elementi umoristiċi u jipproponi lill-udjenza sitwazzjoni ta' gwerra illum il-ġurnata. L-għan prinċipali ta' dan l-ispettaklu huwa li jfakkar dan l-avvenimeent storiku fi stil festiv u uniku bħalma jippreżentaw is-soltu it-tim ta' Folla Nies. Dawk li ġieli marru l-avvenimenti tagħhom jafu li hu spettaklu li żgur wieħed ma għandux jitlef! Ritratt: Sebio Aquilina Eżatt wara dan l-ispettaklu wieħed jista' jkompli jgawdi minn spettaklu ieħor bl-isem ta' WW2 Impressions. Dan jibda fid-21:15 fuq TVM u għandu repetizzjoni il-Ħadd 10 ta' Mejju fit-21:30 fuq TVM 2. WW2 Impressions huwa Jazz Suite ġdid magħmul biex ifakkar il-75 anniversarju mit-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija (1939-1945). Ritratt: Sebio Aquilina Dan ix-xogħol huwa ispirat u bbażat fuq siltiet mill-musical Il-Gwerra ta' Spiru Cefai, li kien ibbażat ukoll fuq l-istess perjodu. Fl-1992 Dominic Galea kien ikkompona l-melodiji fuq il-lirika tal-poeta magħruf u ħabib Raymond Mahoney, b'rabta ma' wirjiet waqt il-festival Iljieli Mediterranji, li kien sar fil-Ġonna tal-Argotti fil-Furjana. Ritratt: Sebio Aquilina Għal dan il-kunċert Dominic Galea ttraspona xi temi fil-jazz, u kiteb numri ġodda relatati magħhom. Il-lirika tas-siltiet il-ġodda li jġibu l-isem ta' Victory Kitchen u It-Tradituri ttieħdu mill-manuskritt oriġinali. Il-movimenti fi ħdan dan is-suite jirriflettu fuq l-episodji storiċi ewlenin, flimkien ma' aspetti tal-ħajja ta' kuljum f'dawk il-ġranet mudlama. Ritratt: Sebio Aquilina Naturalment, Dominic Galea fittex li joħloq ambjentazzjoni relattiva għal kull tema rispettiva, permezz ta' diversi stili ta' jazz, ikkumplimentati mit-tpinġijiet tal-artist Ivan Sciberras li jżejnu l-ktejjeb tas-CD. Dan il-proġett jidħol f'diversi dixxiplini artistiċi bħal mużika, arti u letteratura u bbażat fuq riċerka storika. Il-kunċert WWII Impressions huwa wkoll tislima għar-rwol kruċjali li Malta kella fir-rebħa tal-Alleati fuq il-forzi tal-Assi. Dawk li huma interessati jkunu jafu iktar dwar din il-kommermorazzjoni jistgħu jżuru l-paġna ta' Facebook ta' FĊN Malta jew inkella s-sit tagħhom billi jidħlu H AWN | [
6
] |
https://www.gwida.mt/mt/biex-inkun-sincier-qed-nidneb-xi-ftit---x-qed-jaghmel-jordan-ta-min-imissu | "Biex Inkun Sinċier, Qed Nidneb Xi Ftit" - X'Qed Jagħmel Jordan Ta' Min Imissu? | www.gwida.mt | Nimmaġina li lil Jordan u Tariella tafuhom, mhux hekk? Huma żewġ karattri tal-programm Min Imissu? li bħalissa jinsabu taħt kwarantina. F'filmat li ġie ppubblikat mill-paġna ta' Facebook ta' Min Imissu? tidher parti mill-ġurnata tagħhom waqt il-kwarantina. Milli jidher Jordan ilu maqful fl-uffiċju tiegħu xahrejn u lanqas biss irid joħroġ minn hemm biex jara lil Tariella. U Tariella vera qed timmisjah! Hu qalilha li jinsab maqful minħabba l-Coronavirus: "Jien kif nista' nkun ċert li inti 100% safe eħ? Hemm ħa, sa dalgħodu stess mort tixtri!" Imma fl-istess ħin jidher li din hija xi ftit ta' skuża u li fil-verità għandu skopijiet oħra f'moħħu... għax ftit tal-ħin wara stqarr: "Biex inkun sinċier, qed nidneb xi ftit." U dan waqt li kien qed iħares lejn ir-ritratti tal-Prim Ministru Robert Abela...! | [
6
] |
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-l-ewwel-maltija-fit-tieni-sensiela-ta-programm-taljan-popolari-tfakkar-l-ghaxar-snin-anniversarju | Bil-Filmat: L-Ewwel Maltija Fit-Tieni Sensiela Ta' Programm Taljan Popolari Tfakkar L-Għaxar Snin Anniversarju | www.gwida.mt | Għaxar snin ilu, il-Maltin ħadu sorpriża kbira meta bdew isegwu t-tieni sensiela tal-programm Io Canto. Il-programm ta' kull ġimgħa kien jinfetaħ mill-kantanta Maltija Danica Muscat, li ta' kull ġimgħa kienet titla' l-Italja sabiex turi t-talent tagħha. Danica tista' tgħid li kienet l-ewwel Maltija fuq programm daqshekk popolari fl-Italja, wara kellna x-xorti li naraw kantanti oħra Maltin, kemm fuq Io Canto u anke fuq Ti Lascio Una Canzone. Dan tal-aħħar, saħansitra kien intrebaħ mill-kantanta Maltija Federica Falzon. Fl-okkażjoni tal-għaxar snin minn din l-esperjenza l-kantanti tal-ewwel edizzjoni ta' dan il-programm ingħaqdu flimkien sabiex mil-ġdid ilkoll reġgħu kantaw is-sigla tal-programm biex ifakkru l-memorji sbieħ li għexu. Aħna ta' Gwida.mt għamilna kuntatt ma' Danica biex naraw kif kienet bdiet din l-esperjenza għaliha. Hi qaltilna, "Meta kelli xi 15, 16-il sena, niftakar li Rita Signorino, l-għalliema tal-kant tiegħi dak iż-żmien ġabet talent scout mill-Italja, u kantajt quddiemha. Proprju ftit tal-jiem wara tlajt nagħmel audition ġewwa Ruma u kantajt quddiem id-direttur Roberto Cenci, u għalkemm ma kontx naf kelma waħda bit-Taljan, għidtlu kollox "Si" u b'xi mod wasalna." Hi tkompli tgħidilna, "Semagħni nkanta My Heart Will Go On u In Assenza di Te, u offrewli l-kuntratt mal-ewwel. Meta mort l-ewwel programm, fl-Italja, qaluli li ħa nirrekordjaw is-sigla, sigla li ġiet ippubblikata minn Sony Music Italy. Ġmiel t'esperjenza, bi dwetti ma' Ron, The Priests, Ornella Vanoni u Pierdavide Carone fost l-oħrajn. Dawn flimkien mal-ħbieb li għamilt huma memorji li ma ninsa qatt." Allura l-idea tas-sigla kif ġiet? Danica tistaqarr li ħareġ bl-idea missier Giada, waħda mill kantanti, "hu kellimni rigward din l-idea li kellu f'moħħu, li nerġgħu nirrekordjaw is-sigla tal-programm Io Canto. Ma domtx naħseb wisq biex ngħidlu iva għax kien żmien verament sabiħ. Bla dubju li wara għaxar snin mingħajr ma niltaqgħu, tqanqlu ħafna memorji! Kemm inbdilna." | [
6
] |
https://www.gwida.mt/mt/bir-ritratti-tiftakruh-it-tfal-jigu-bil-vapuri | Bir-Ritratti: Tiftakruh It-Tfal Jiġu Bil-Vapuri? | www.gwida.mt | Tiftakruh is-serje It-Tfal Jiġu Bil-Vapuri ? Dan kien beda fl-2002 u huwa serje adattat minn triloġija ta' rumanzi miktuba minn Oliver Friggieri. L-ewwel żewġ sensiliet ġew addattati minn Lino Grech mir-rumanzi It-Tfal jiġu bil-Vapuri u La Jibnazza Niġi Lura L-aħħar sensiela ibbażata fuq it-tielet ktieb, Id-Dgħajsa f'Nofs il-Port Din tal-aħħar ġiet addattata għat-televiżjoni minn Mario Micallef, li kien ukoll interpreta l-karattru ta' Dun Grejbel. Illum il-ġurnata wieħed jista' jerġa jara l-episodji fuq is-sit elettroniku NET On Demand | [
6
] |
https://www.gwida.mt/mt/bir-ritratti-hawn-wisq-periklu-li-jista-jwassal-ghal-xi-dizgrazzja---l-aktar-ghat-tfal | Bir-Ritratti: Hawn Wisq Periklu Li Jista' Jwassal Għal Xi Diżgrazzja - L-Aktar Għat-Tfal! | www.gwida.mt | Fuq il-paġna uffiċjali ta' Malta Diżastru Totali, ittellgħu xi ritratti relatati mal-galleriji li wieħed jista' jara kull fejn imur. Fir-ritratt tidher gallerija partikolari li hi magħmula minn ħadid bil-mindud. Fl-appell li ttella' fuq il-paġna jingħad li dawk it-tipi ta' galleriji huma ta' periklu kbir għat-tfal. Kif ilkoll nafu t-tfal xi biċċa avventura jiekluha, u ma jrid xejn li xi tifel jew tifla jmorru jipprovaw jitilgħu ma' dak il-ħadid. Jeħtieġ li jiġu nfurzati miżuri għall-ġid ta' kulħadd biex nevitaw inkwiet bla bżonn. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-ilbierah-il-girien-harguna-barra-b-kejk-sabih-ghall-okkazjoni | Bil-Filmat: Ilbieraħ Il-Ġirien Ħarġuna Barra B'Kejk Sabiħ Għall-Okkażjoni! | www.gwida.mt | Illum Ina u Dominic qed jiċċelebraw 12-il sena żwieġ! Fuq facebook , Dominic wera x-xewqa li jkollu aktar snin flimkien ma' martu Ina kif ukoll irringrazzja lill-ġirien li lbieraħ kienu huma li ħarġuhom minn darhom permezz ta' kejk sabiħ għall-okkażjoni. Dan kien ġest ta' ringrazzjament mingħandhom talli ferrħuhom tul dawn l-aħħar jiem permezz tal-kant tagħhom. Mill-banda l-oħra, Ina kitbet li t-triq ma kinitx xi waħda lixxa. Sabu l-wita imma wkoll il-ħofor. U min le Ina?! B'mod umoristiku, Ina qalet lil Dominic li iżda sakemm Dominic jimxi magħha, tista' ddur id-dinja. Għalkemm jekk taqa', mhux se jiġborha għax ikun qed imut bid-daħk "...issa drajtek 😤imma ħa nsibek biex iddewwili l-ferita"Awguri mingħandna lilkom għeżież! Ritratt: Facebook/ Ina Robinich | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-ic-ckejken-lior-ixandar-ir-ruzarju-u-jkanta-fuq-facebook | Bil-Filmat: Iċ-Ċkejken Lior Ixandar Ir-Rużarju U Jkanta Fuq Facebook | www.gwida.mt | Iċ-ċkejken Lior Schembri li huwa kantant bravissimu u diġà kellu bosta suċċessi għalkemm għadu ta' età żgħira, qed jieħu l-okkażjoni ta' dan iż-żmien biex ta' kuljum jaqsam mal-pubbliku r-reċtar tar-rużarju permezz ta' filmat. Lior jiitlob ir-rużarju u anke jkanta kanzunetti Marjani waqt li jagħmel dan! Xi ħlew u x'ġest sabiħ! Apparti hekk, Lior jitlob ukoll lill-pubbliku biex jekk iriduh joffri r-rużarju lil xi ħadd jew għal xi bżonn partikolari, niktbulu ħalli jagħmel dan! Prosit Lior... Il-bambin miegħek! Ritratt: Facebook/ Lior Schembri | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/ex-goal-keeper-tal-hamrun-kif-ukoll-attur-illum-jaghlaq-86-sena | Ex Goal Keeper Tal-Ħamrun Kif Ukoll Attur Illum Jagħlaq 86 sena! | www.gwida.mt | Il-papa ta' Evelyn Saliba La Rosa, Joseph illum qed jiċċelebra għeluq it-86 sena tiegħu. Fuq facebook awguratlu u tixtiequ li jibqa' l-persuna li hu u li dejjem kien. Tkellimna ma' Evelyn u qaltilna li Joseph kien ukoll attur f'bosta produzzjonijiet mas-Sależjani fejn darba fil-play 'Fabiola' kien hu stess li interpreta l-parti ta' Fabiola. Qaltilna li l-passjoni għall-palk ħaditha mingħandu! Kien ukoll goalkeeper tal-Ħamrun Spartans bejn l-1950 u l-1954. Aħna minn Gwida.mt nawgurawlek l-isbaħ xewqat Joseph! Ibqa' tbissem u pożittiv dejjem! Ritratt: Facebook/ Evelyn Saliba La Rosa | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-f-nofs-maltempata-fabrizio-u-alana-bondin-jiehdu-r-ritratti | Bil-Filmat: F'Nofs Maltempata Fabrizio U Alana Bondin Jieħdu R-Ritratti | www.gwida.mt | Jidher biċ-ċar li mhux kulħadd jibża' mill-maltemp! Hawn min ma jaqtax qalbu u jkompli sejjer bil-pjanijiet tiegħu. Hekk għamlu Alana Bondin u Fabrizio Faniello. Dawn it-tnejn iddeċidew li avolja kien hemm ċans ta' maltemp kbir, xorta waħda marru ħdejn il-baħar jieħdu r-ritratti. Fabrizio jinstema jgħid lil Alana: "Ħa nintela' kollni pimples minħabba wiċċek!", hekk kif bil-mewġ beda jtir l-ilma għal wiċċu. Titħajru kieku kellkom tmorru tieħdu erba' ritratti bħalhom f'nofs maltemp? | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/is-sittax-ta-mejju-hi-gurnata-memorabbli-fi-zgur-ghal-chiara---taf-ghaliex-ghaliex | Is-Sittax Ta' Mejju Hi Ġurnata Memorabbli Fi Żgur Għal Chiara! - Taf Għaliex? | www.gwida.mt | 11-il sena ilu kien jum eċitanti u speċjali għal Chiara! Kien il-jum meta rrapreżentatna fil-Eurovision għat-tielet darba ġewwa r-Russja. Is-sapport kien wieħed enormi u ħafna kienu tant ferħana li għat-tielet darba din il-kantanta b'vuċi ta' barra minn hawn kienet ser ixxejjer il-bandiera Maltija. Għalkemm ir-riżultat forsi ma kienx wieħed mistenni, Chiara għamlet lil pajjiżna unur għal darb'oħra u kulħadd kien kburi biha. Propju fil-finali tas-16 ta' Mejju 2009, Chiara kienet irrapreżentatna bil-kanzunetta 'What if we', kanzunetta li malli tinstema żgur li kemm Chiara kif ukoll il- poplu kollu jġib bosta memorji. Kieku kellek terġa' tara lil Chiara tirrapreżenta lil Malta, xi tgħid? | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/kif-tista-zzomm-id-dwiefer-u-jdejk-fl-ahjar-kundizzjoni-waqt-il-covid-19 | Kif Tista' Żżomm Id-Dwiefer U Jdejk Fl-Aħjar Kundizzjoni Waqt Il-COVID-19? | www.gwida.mt | It-tabiba Dr. Georgiana Farrugia Bonnici u t-teknixin tad-dwiefer Ms. Roxanne Calleja llum ikkollaboraw flimkien biex jgħatu pariri dwar kif għandna nieħdu ħsieb difrejna u jdejna fiż-żmien li l-ħwienet tas-sbuħija jinsabu magħluqin. "L-indafa fid-dwiefer hija importanti ħafna biex nevitaw ic-ċans li jittrabbew diversi mikrobi, bħall-bakterja, jew moffi. F'dawn iż-żminijiet ta' pandemija huwa rrakomandat li nżommu d-dwiefer qosra kemm jista' jkun, biex ma jidħolx ħmieġ taħthom." Wieħed jista' wkoll juża brush jew żjut apposta għall-fuq id-dwiefer kif ukoll jieħu l-vitamini B u Ċ. "Minħabba li bħalissa qegħdin naħslu ħafna iktar idejna u nużaw is-'sanitizer' ta' spiss, hemm tendenza li l-ġilda ta' jdejna tixotta. Għalhekk, huwa importanti li nużaw krema tal-idejn, li tgħin il-ġilda tkun aktar morbida." Apparti minn hekk, ingħataw pariri fuq is-saqajn ukoll: "Jekk wieħed jara li qed irabbi xi ġilda iebsa, nefħa, uġigħ jew kundizzjonijiet abnormali oħrajn fis-saqajn, dejjem għandu jieħu parir professjonali mingħand podologista." Tajjeb ukoll li nżommu saqajna nodfa, xotti mill-ilma u nħalluhom għall-arja. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-m-ghadnix-razzist-ghax-ma-tistax-titfa-lil-kulhadd-f-keffa-wahda---adrian-zammit | Bil-Filmat: "M'Għadnix Razzist Għax Ma Tistax Titfa' Lil Kulħadd F'Keffa Waħda!" - Adrian Zammit | www.gwida.mt | Peppi Azzopardi ntervista lil Adrian Zammit li m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni. Ilkoll rajna xi filmat minn tiegħu fuq facebook Staqsieh għaliex illum m'għadux razzist fir-rigward tal-imigranti u Adrian qallu li ma tistax titfa' lil kulħadd f'keffa waħda. "Xorta min jagħmel il-ħażin jibqa' ħażin, però hemm Maltin li jagħmlu ħażin ukoll", tenna Adrian. Mhux talli hekk talli Adrian anke qed jipprova jgħinhom fejn ġieli talab lil Peppi għandux xi biċċa xogħol għal xi nies li Adrian qed isir jaf. Adrian tenna li kien joqgħod fuq li jgħidulu n-nies imma spjega kif trid tara b'għajnejk. Peppi nnota wkoll il-fatt li llum Adrian huwa clean minn kull tip ta' droga, fil-fatt ilu 6 snin ma jieħu xejn anzi kontra kull tip ta' pirmli, saħansitra anqas panadol ma jieħu! Nammirawk Adrian! Peppi faħħru wkoll għall-mod kif imur tajjeb ma' kulħadd; studenti mill-Università, nies tat-triq...prattikament ma' kulħadd! Prosit Adrian! Wara kull bniedem hemm qalb li tħoss! Ritratt: Facebook/ Xarabank | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/x-ghandek-tkun-taf-jekk-qed-tithajjar-izzur-il-monti-f-marsaxlokk | X'Għandek Tkun Taf Jekk Qed Titħajjar Iżżur Il-Monti F'Marsaxlokk | www.gwida.mt | Issa li reġa' beda l-bejgħ mill-monti, ċertament li bosta nies qed jitħajjru jżuru dak ta' Marsaxlokk biex jixtru l-ħut. Fuq il-paġna uffiċjali tal-kunsill lokali ta' Marsaxlokk ttellgħu xi miżuri mportanti li wieħed għandu jżomm f'moħħu meta jixtri mill-monti. Fosthom hemm l-obbligu li jintlibes l-ilbies protettiv kif ukoll d-distanza soċjali. Dawn il-miżuri u restrizzjonijiet jinkludu: - Il-bejjiegħa jridu jilbsu maskra jew visor - Mhux aktar minn 6 persuni, inkluż il-bejjiegħ quddiem il-bankarella - Il-klijenti jridu jilbsu maskra u jżommu 2 metri distanza - Perspex li tifred bankarella minn oħra - Wara li jiġi rritornat oġġett, jiġi maħżun għal 72 siegħa qabel jerġa' jinbigħ - Hand Sanitizer għall-klijenti - Qabel jitqassmu l-prodotti, jintuża s-sanitizer - Tabella biex ma jintmissux il-prodotti | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/stqarrija-mid-direttorat-tal-promozzjoni-tas-sahha-u-l-prevenzjoni-tal-mard | Stqarrija Mid-Direttorat Tal-Promozzjoni Tas-Saħħa U L-Prevenzjoni Tal-Mard | www.gwida.mt | Għadu kif ħareġ avviż importanti mid-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard rigward is-sistemi tal-ilma. "Jekk il-provvista tal-ilma ġejja mit-tank ta' fuq il-bejt, din għandha titnaddaf u s-sistema tal-ilma għandha titħalla tgħaddi għall-ftit minuti. Huwa importanti li t-temperatura tat-tagħmir li jsaħħan l-ilma (water heater) tittella' għal 60 grad Celcius u għalhekk ma jkunx hemm il-bżonn li tieħu kampjuni u tingħata l-approvazzjoni tad-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali. Jekk il-ħanut jagħmel parti minn kumpless jew lukanda u l-provvista tal-ilma ġejja mis-sistema tal-ilma tagħhom, jekk jogħġbok segwi l-proċeduri mniżżla fil-miżuri ta' mitigazzjoni għall-ħwienet tax-xagħar, għall-barbiera u għal tad-dwiefer (Annex 1) fuq is-sit elettroniku www.covid19health.gov.mt " Meħud minn: Department Of Information (Malta) | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/attur-malti-f-loghoba-li-laghbuha-l-fuq-minn-miljun-persuna | Attur Malti F'Logħoba Li Lagħbuha 'L Fuq Minn Miljun Persuna | www.gwida.mt | L-attur Malti u mudell Ragnar Ciantar kien wieħed mill-karattri li dehru f'logħoba li ntlagħbet minn aktar minn miljun persuna. Għal dan il-proġett, Ragnar ħadem ma' direttur mill-Ungerija b'effetti u xenarji kompletament ġodda għal Malta. Għalissa din il-logħoba tista' ssibha fuq il-mobile, iżda 'l quddiem għad ikun hemm verżjoni għall-kompjuter ukoll. "Fost l-atturi nvoluti jien kont wieħed mill-karattri prinċipali. Ħdimna wkoll ma' atturi barranin fejn ġbidna bosta 'stunts' diversi. Sa anke qbiżna minn fuq bjut! Inkluż jien" Ikompli Ragnar. Fil-fatt dan t'hawn taħt kien propju Ragnar innifsu jaqbeż il-bjut! | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/ghogbitni-ferm-li-ma-tistax-tpejjep-lanqas-fuq-l-imwejjed-barra---il-prezentatur-sergio-mallia | "Għoġbitni Ferm Li Ma Tistax Tpejjep Lanqas Fuq L-Imwejjed Barra" - Il-Preżentatur Sergio Mallia | www.gwida.mt | Waħda mill-miżuri li ħa tidħol fis-seħħ mal-ftuħ tar-restoranti hi li ma jistax isir tipjip fuq l-imwejjed ta' barra, iżda wieħed irrid ikun madwar għaxar metri bogħod biex jagħmel dan. Il-preżentatur Sergio Mallia qajjem punt fuq il-midja soċjali tiegħu, punt li hemm min qabel u hemm min ma qabilx ma' dak li jixtieq li jseħħ hu. Hu jistaqsi jekk il-fatt li t-tipjip fuq barra tar-restoranti jistax jibqa' pprojbit għalkollox għax din żgur li kienet miżura li għoġbitu. Kellu diversi kummenti. Min ma jpejjipx u forsi jdejquh is-sigaretti żgur li din il-proposta niżlitlu għasel! Int taqbel li għandha tidħol u ma titneħħiex anke meta tgħaddi l-pandemija tal-Covid-19. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/il-pulizija-maltija-theggeg-biex-niddiskutu-s-sigurta-virtwali-mat-tfal | Il-Pulizija Maltija Tħeġġeġ Biex Niddiskutu S-Sigurtà Virtwali Mat-Tfal | www.gwida.mt | Li wieħed juża l-internet u mezzi tal-midja soċjali ma bdietx ilbieraħ. Iżda issa aktar minn qatt qabel, qed nirrikorru għal dan il-mezz minħabba bosta raġunijiet. Nemmnu li anke wara li jgħaddi kollox mis-sitwazzjoni tal-Covid-19, ser ikun hemm żieda aktar ta' attività 'online' fosthom anke kuntatt mat-tfal. Għal din ir-raġuni, il-pulizija Maltija flimkien mal-Europol qed tħeġġeġ biex ġenituri jew min jieħu ħsieb it-tfal, jiddiskuti magħhom is-sigurtà tagħhom waqt li jagħmlu użu minn din it-teknoloġija! Huwa tajjeb li naħsbu u ma naljenawx fuq suġġeti bħal dawn għaliex kultant bla ma rridu, niffukaw fuq dak li qed jitkellem dwaru kulħadd, u ninsew mumenti importanti li jafu jsolvulna ħafna problemi futuri! Grazzi lill-pulizija tal-ħidma bla waqfien li twettaq! Ritratt: myparent.com | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/minn-iljieli-ta-zfin-ghal-laqghat-serji-ghal-omm-tal-genn-tina-lil-rachel | Minn Iljieli Ta' Żfin Għal Laqgħat Serji, Għal Omm Tal-Ġenn! - Tina Lil Rachel | www.gwida.mt | Rachel Cachia llum qed tiċċelebra għeluq sninha! Tina Zee kitbitlha messaġġ ħelu fuq facebook fejn ġedditilha ftit memorji ta' żmien ilu; iljieli diverteni li kulħadd jesperjenza f'ħajtu... imma tenniet li kważi kibru flimkien għaliex minn dak iż-żmien, illum saru jagħmlu laqgħat b'natura ta' xogħol. Tagħtha wkoll l-isbaħ titlu; omm tal-ġenn! Faħritha wkoll għall-valuri sodi li għandha u t-talent impekabbli tagħha! Tina hija grata li taħdem ma' Rachel. Jawguralha wkoll żewġa Alex Muscat li huwa s-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunità b'ritratt mill-isbaħ! Mingħandna ta' Gwida.mt nawgurawlek minn qalbna Rachel! Jien personali naqbel ma' li qalet Tina għaliex konna kważi ġirien fin-Naxxar! Ammirevoli fik huwa l-fatt li dak li toħlom twettqu b'umiltà kbira. Ritratt: Facebook/ Tina Zee | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmati-rachel-b-ideat-tajbin-g-all-koppji---tit-ajjar | Bil-Filmati: Rachel B'Ideat Tajbin Għall-Koppji - Titħajjar? | www.gwida.mt | L-attriċi magħrufa Rachel Micallef nafuha wkoll għall-passjoni li għandha fejn jidħlu eżerċizzji fiżiċi, work-outs eċċetra. Ftit ilu Rachel qassmet magħna fuq il-midja soċjali ftit ideat tal-ġenn għall-koppji biex dawn iżommu ruħhom attivi fil-veru sens tal-kelma, flimkien. Hi preżentatilna dawn l-ideat permezz ta' dawn il-filmati t'hawn taħt fejn hi flimkien mal-kollega Gordon Ciantar qed juruna diversi tipi ta' eżerċizzju fiżiku li l-koppji jistgħu jagħmlu flimkien. Hi tassew idea tajba speċjalment f'dawn il-mumenti li qed inqattgħu aktar ħin ġewwa milli barra. Min jitħajjar?! | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/intervista-ma-jeremy-u-joslyn-il-koppja-li-thaddan-twemmin-politiku-differenti | Intervista Ma' Jeremy U Joslyn – Il-Koppja Li Tħaddan Twemmin Politiku Differenti | www.gwida.mt | Jeremy u Joslyn, li ftit ilu għadhom kif iċċelebraw sena minn mindu bdew joħorġu flimkien, jirrakkuntaw kif il-fehmiet politiċi opposti tagħhom ma jxekkluhomx milli jibqgħu jħobbu u jirrispettaw lil xulxin. Filwaqt li Jeremy, mill-Partit Nazzjonalista, huwa kunsillier tal-Gżira, Joslyn, mill-Partit Laburista, kienet kandidata għall-Kunsill Lokali taż-Żejtun. Jeremy: Jien u sieħbi konna morna nieħdu flixkun birra u waħda mill-baristi tfajliet li kien hemm, kienet fil-fatt Joslyn. Hi mill-ewwel għarfitni u kienet qaltli, "Ara s-Sur Cardona!" Però jien bl-ebda mod ma stajt niftakar jekk kontx nafha u staqsejtha jekk qattx iltqajna. Bi tbissima kienet qaltli li hi tan-naħa l-oħra u fhimtha mill-ewwel. Biex indawwar id-diskors kont staqsejtha liema kienet l-itjeb birra u kienet ġabitli l-aktar waħda li kien fiha alkoħol. B'ċajta kont staqsejtha jekk għamiltx hekk apposta biex iġġibni nidher ta' sakranazz fuq l-aħbarijiet tal-One. U minn hemmhekk imbagħad bqajna nitkellmu. Joslyn: Aħna ltqajna waqt li jien kont qed naħdem il-Beer Festival. Jeremy kien ġie jixtri flixkun birra u dakinhar konna tkellimna għall-ewwel darba. Ovvjament, jien kont kellimtu għax kont naf li hu xewka mill-Oppożizzjoni. Infatti bdejna niċċajtaw u ninku lil xulxin bil-politika. Jeremy: Nammetti li ma tantx niżlitli għasel l-affari għax xtaqt li kienet Nazzjonalista. Imma biex ngħidu kollox, kelli tfajliet Nazzjonalisti li magħhom lanqas qatt ma qbilt daqskemm naqbel ma' Joslyn. Kif jgħidu, l-imħabba għamja u lili għamietni bil-kbir. Joslyn: Peress li jien kont naf minn qabel li ma konniex naqblu, ma tantx affettwatni, anzi kont aċċettajtha. Jeremy: Jien ġej minn familja mħallta. Xħin saru jafu li qed noħroġ ma Joslyn u li hi Laburista u, biex tgħaxxaqha, attivista bħali, ħasbuni qed niċċajta. Naturali li dejjem se ssib xi ostaklu li jipprova jaqtagħlek qalbek, iżda kemm jien u kemm Joslyn nafu li l-imħabba tirbaħ fuq kollox. Joslyn: Tad-dar mhumiex akkaniti, allura ma tathomx ġewwa. Pjuttost tbissmu għall-fatt li ma kellhomx idea kif se jirnexxili ningwalaha. Fejn jidħlu sħabi, kien hemm uħud li baqgħu mbellhin peress li jien dejjem kont nistqarr li ġuvni Nazzjonalist mhu se jkolli qatt. Oħrajn kienu qaluli li se nbati jekk ix-xewqa tiegħi hi li nkompli fil-politika. Kien hemm min qalli li se nispiċċa nbiddel il-kulur politiku tiegħi minħabba fih, filwaqt li oħrajn qaluli li meta l-fehmiet politiċi jkunu kunstrastanti f'relazzjoni bejn koppja, ir-relazzjoni ma ddumx wisq ħajja. Però mbagħad kien hemm min awgurali u widdibni biex ma nħalli xejn jidħol bejn l-għaqda u l-imħabba ta' bejnietna. Jeremy: Nammetti li jien xewka u nħobb nitfa' xi botta 'l hemm u 'l hawn, bħala ċajta naturalment. Joslyn: Il-politika aħna ngħixuha kuljum u bla ma trid tispiċċa tiddiskuti temi kurrenti. Biss meta naqbdu argument politiku, inħobb inħallih jgħid tiegħu waħdu, u xħin jispiċċa jinduna li jkun ħela l-ħin u l-bżieq għalxejn, għax naf li jekk se nwieġbu u nkompli miegħu, kif ġieli għamilt, l-argument jeskala u naf li Jeremy se jibqa' jissielet għall-punt tiegħu. Jeremy: Dejjem xtaqt li jkolli tfajla Nazzjonalista u dejjem hekk tlabtu lill-Mulej imma donnu tfixkel waħda u sew. Nixtieq li tbiddel il-fehma politika tagħha għax dak ifisser li nkunu nistgħu nqattgħu aktar ħin ta' kwalità flimkien. Joslyn: Ovvjament li nixtieq għax inħossha li ma nistgħux nattendu attivitajiet politiċi flimkien. Madanakollu jien nibqa' nirrispetta l-opinjoni tiegħu u pjuttost ninkoraġġih biex jikber f'dak li jixtieq jikseb. Jeremy: Immens. Illum il-ġurnata, Joslyn saret parti minni u ma nistax nimmaġina triq differenti għalija. Nirċievi sapport kontinwu mingħand Joslyn u ta' dan m'għandix kliem biżżejjed biex nirringrazzjaha. Joslyn: Ħafna. Inħossni grata li rnexxielna nsibu lil xulxin minkejja li ma naqblux fuq il-politika. U nħossni grata wkoll li Jeremy jagħtini ħafna sapport, ġaladarba l-familja tiegħi mhijiex attivista. Is-sapport ta' xulxin jgħaqqadna u jkompli jsaħħaħ l-imħabba ta' bejnietna. Jeremy: Is-sempliċità u l-umiltà tagħha ġibduni lejha, u għadhom jiġbduni lejha anki sena wara. Għalkemm aħna politikament opposti, naqblu ħafna, għax naqblu li ma naqblux. Joslyn: Lanqas naf nispjega eżatt imma xi ħaġa partikolari ġibditni lejh mal-ewwel darba li rajtu. Jaf is-sarkażmu, iċ-ċajt u l-kariżma tiegħu. Jeremy: Sfortunatament ma tantx sar ikollna ħin liberu imma meta jkollna, inħobbu nsajru xi ħaġa flimkien. Insomma, jien biss insajjar għax inkella nispiċċaw ma nieklu qatt. Joslyn: Ġeneralment infittxu ħafna l-mixjiet fil-kampanja, l-għawm u t-tisjir. Ħalliha li t-tisjir ikun kollu f'idejn Jeremy. Jien nippreferi nnaddaf wara l-ħerba li jħalli fil-kċina. Barra minn hekk, tant sirna nkunu għajjenin, li dal-aħħar l-irqad sar jikklassifika bħala passatemp prim. Jeremy: L-onestà hi r-riċetta biex l-imħabba ma tintemmx. Permezz ta' din l-intervista nixtieq inwassal il-messaġġ li jien u Joslyn qed ngħixu u nipprattikaw dak li verament nemmnu fih – it-tolleranza. Jekk hemm koppja bħalna, inħeġġiġha biex ma taqtax qalbha. Is-sabiħ fil-politika hu li din kapaċi toħloq imħabba ġenwina u mhux biss firda. Joslyn: Jien nemmen li l-iżjed żewġ valuri importanti huma t-tolleranza u r-rispett. Dejjem inżomm f'moħħi li jien lil Jeremy inħobb u mhux lill-partit tiegħu. Jeremy iħobb juża l-metafora tal-frott, fejn jispjega li minkejja li l-frott kollettivament jitqies kollu frott, dan jikkonsisti minn tipi differenti ta' frott varju, u l-istess l-individwu. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/x-kellhom-xi-jghidulna-l-protagonisti-tas-sensiela-l-g-arusa | X'Kellhom Xi Jgħidulna L-Protagonisti Tas-Sensiela L-Għarusa? | www.gwida.mt | Beda joqrob iż-żmien biex nibdew naħsbu liema programmi se nkunu qed insegwu malli jibdew l-iskedi tal-ħarifa u bla dubju li hemm aspettattiva għall-istaġun il-ġdid ta' L-Għarusa, li fl-aħħar stħarriġ tal-awtorità tax-xandir ġie kkonfermat bħala l-aktar programm segwit fil-gżejjer Maltin. Cassandra Spiteri u Paula Mintoff diġà drajtuhom fis-sensiela iżda kif tistgħu taraw hemm ukoll Michela Galea, li se titkellem dwar il-karattru ġdid li se tinterpreta. Ritratt: Reno Rapa - Facebook / L-Għarusa Jekk it-telespettaturi jixtiequ jiskopru min qatel lil Bettina Gauci Fontana hekk ser ikollhom jagħmlu! Il-mistoqsija li kienet fuq fomm ħafna fl-ewwel staġun ser ikun hemm tweġiba għaliha fit-tieni staġun. Apparti minn hekk ser naraw numru ta' karattri ġodda li se jkomplu jżewqu l-istorja, kif ukoll xeni sbieħ u interessanti li wieħed jista' jgħid qatt ma rajna bħalhom fuq it-televiżjoni lokali. Napprezza ħafna ż-żewġ aspetti opposti tal-karattru ta' Amelia. Min-naħa waħda hija tfajla fuq tagħha li dejjem tfittex li tkun kurrenti u moderna, soda fil-fehmiet tagħha, kultant kontroversjali, kif ukoll avventuruża mingħajr ma tqis ir-riskji li jaf tidħol fihom. Min-naħa l-oħra, hemm ċerta fraġilitá u vulnerabilitá fil-karattru tagħha li ħarġu fl-ewwel staġun ma' Bert, Kalċ u anki fir-relazzjoni amoruża tagħha ma' Bernard. L-iktar karatteristika għal qalbi f'Amelia però huwa l-att umoristiku tagħha kif ukoll il-kummenti u botti sarkastiċi li ma jonqsux! Ritratt: Reno Rapa - Facebook / L-Għarusa Nixtieq ngħidilkom però se jkollkom tistennew sa' Ottubru biex issiru tafu! Hekk kif għaddejja bl-aħħar sena tal-istudji tiegħi, din is-sensiela kienet lok fejn nista' naqta' mill-istress tal-istudju u niffoka fuq xi ħaġa kreattiva u li nieħu gost nagħmel. Fl-istess ħin L-Għarusa għenitni wkoll biex insir naf ħbieb ġodda b'interess komuni fid-drama. Finalment, fetħitli wkoll opportunitajiet oħra fil-qasam tal-media. Bħalissa qed nieħu ġost ħafna ninterpreta din il-parti u m'għandix pjani oħra għall-futur. Meta tgħaddi, naraw. Ritratt: Reno Rapa - Facebook / L-Għarusa Niftakar meta irċevejt telefonata mingħand Sharp Shoot Media, qalbi għamlet tikk. Kien kellimni wieħed mid-diretturi ta' L-Għarusa, Justin Farruġia u niftakar li qalli ħa jagħmel il-mowbajl fuq speaker mode biex ikun jista' jkellimni Steven ukoll, id-direttur l-ieħor. Niftakar il-kliem preċiż ta' Justin: "Inti se tkun Carlotta!". Dak il-ħin ħariġli dmugħ ta' ferħ għax minn dejjem kienet x-xewqa tiegħi li naħdem ma' Sharp Shoot Media. Huwa tim professjonali mmens u huma nies ġenwini ħafna. Apparti minn hekk, ninsab kuntenta li se nkun qed naqsam din l-esperjenza ma' diversi atturi bravissimi. Ħerqana ħafna li nifforma parti mil-kast ta' L-Għarusa. Jiena se nkun qed inżur u nqatta' l-vaganzi tiegħi għand is-Sinjuri Gauci Fontan però hemm raġuni misterjuża għaliex se nkun hawn Malta. Daqshekk biss nista' ngħid! Jiena nħobb ninterpreta kull tip ta' karattru però karattru li fih sfida, jinżilli għasel. L-ikbar sfida sabiħa li għandi hija li dan il-karattru jitkellem bit-Taljan il-ħin kollu. Aspettattiva oħra sabiħa fil-karattru tiegħi hi li hemm xi ħaġa misterjuża li għad irridu niskopruha iktar 'il quddiem. Però nista ngħid li huwa karattru għal qalbi ħafna. Ritratt: Reno Rapa - Facebook / L-Għarusa Kemm iċ-ċinema kif ukoll it-teatru jagħtuni sodisfazzjon kbir. Id-differenza li hemm bejn dawn it-tnejn huma li fit-teatru, tħoss l-udjenza miegħek jirreaġixxu għal kull mossa li tagħmel. Faċilment tisma' l-udjenza tidħak, tniżżel xi demgħa, tikkummenta. Mentri fiċ-ċinema u fit-televiżjoni, l-udjenza m'intix qed tismagħha tirreaġixxi. It-tnejn jieħdu ħafna ħin kemm ta' preparazzjoni, rehearsals, filming fost ħafna aktar. Id-dixxiplina tat-teatru tirrikjedi diversi sfidi fosthom, importanti li tkun taf l-linji mhux tiegħek biss iżda tal-atturi l-oħra wkoll għax jekk xi ħadd jinsa' xi linja jew jaqbeż xi paragrafu, trid tibqa' għaddejja daqs li kieku ma ġara xejn. Li hemm sabiħ fiċ-ċinema hija li tista' telabora b'emozzjonijiet differenti. Nemmen li t-tieni staġun se jqanqal kurżità kbira u diversi emozzjonijiet. Ninsab ċerta li l-poplu Malti u Għawdxi se jkun lest bi ħġaru għal kull episodju. It-telespettaturi se jkunu qed jiskopru affarijiet ġodda, karattri ġodda, misteri ġodda, u finalment insiru nafu min qatel lil Bettina Gauci Fontana! Ritratt: Reno Rapa - Facebook / L-Għarusa Id-dedikazzjoni u l-passjoni naħseb huma l-iktar żewġt ikliem li jagħqdu dak kollu li l-udjenza aprezzat tara fl-ewwel staġun, u m'għandi ebda dubju li ħa jidhru fit-tieni wieħed. Meta verament tħobb tagħmel dak li tħobb fil-ħajja il-prodott normalment joħroġ tajjeb b'ċerta sodifazzjon kbir, u għalhekk nħobb nuża dawn iż-żewġt ikliem li semmejt, għax huma ż-żewġ elementi ewlenin li ħarġu f'kull indiviwu li huwa nvolut f'dan il-proġett. Bla dubju – eċitament u ferħ kbir fl-istess ħin! In-nuqqas tad-drama ħassejtu ħafna fil-ftit xhur pawża li kellna... u immissjajt ħafna l-karattru ta' Bettina għax sirt inħobbha wisq! Bħal ma jafu in-nies, Bettina hija tfajla maħbuba, iżda wkoll mibgħuda min-numru ta' nies. Il-fatt li żżewġet lil Diego wara li tradiha zio Amadeo, mill-ewwel juri indikazzjoni li kien att ta' ribell u naħseb b'hekk se tqajjem aktar lilha nfisha. Issa hi tinsab f'sitwazzjoni li ma tista' tafda lil ħadd ħlief lir-raġel tagħha. Għalkemm nafu wkoll li missierha qabadha flimkien ma' Diego fis-sodda, xorta waħda nemmen li b'xi mod ħa tibqa' tiġġieled għal dak li tħobb sal-aħħar nifs tagħha, allura se narawha lil Bettina ribelluża waqt li tissokta l-istorja. Ritratt: Reno Rapa - Facebook / L-Għarusa Bla dubju! L-ewwel u qabel kollox l-istorja minnha nnifisha u l-karattru ta' Bettina ġiegħluni nirrealizza li dejjem għandek tiġġieled għal dak li tħobb; kemm jekk hi persuna, kif ukoll jekk hi passjoni. Mill-aspett tal-ħajja inġenerali, iġġibli tbissima f'wiċċi ma' kull darba li niftakar fil-mumenti li filli qed timxi barra fil-pubbliku u filli jwaqqfuk in-nies u jfaħħruk għax-xogħol li qed nagħmlu. Lili personali timlini b'ħafna kuraġġ biex din il-passjoni nkompli naħdem fuqha, għaliex id-drama, għalija, qatt ma qiestha bħala passatemp. Illami! Jekk ngħidlek le inkun qed niġdeb, għaliex hemm ħafna! Is-sabiħ li tkun attur hija li tkun versatili u vulnerabbli kemm tista' biex tinterpreta karattri differenti allura hemm numru kbir! Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fir-rivista l-Gwida li toħroġ kull ġimgħa u ssibuha għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/it-talent-malti-u-l-kreattivita-jispikkaw-b-messagg-i-mill-isbah | It-Talent Malti U L-Kreattività Jispikkaw B'Messaġġi Mill-Isbaħ! | www.gwida.mt | F'dawn l-aħħar jiem li ilna kwarantina, rajna bosta ideat u modi diversi kif wieħed qed jipprova jgħaddi l-ħin. Bosta qed jipprattikaw aktar dak li forsi ssoltu ma jkollhomx ċans jagħmlu. Fuq il-paġna uffiċjali 'Faqa Pots', ittellgħu għadd numeruż ta' xtieli b'differenza. Fihom aktar kulur u disinji differenti. Uħud minnhom anke fihom messaġġ partikolari jew għal min huma dedikati. Dawn saru b'mod tassew kreattiv minn familjari li xtaqu jużaw ħinhom għal skop sabiħ Tassew hawn talent f'pajjiżna u hi xi ħaġa sabiħa li b'affarijiet li nużaw fil-ħajja ta' kuljum tkun tista' tiftakar fl-għeżież tiegħek! | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/andonia-mallia-titkellem-maghna-dwar-il-kanzunetta-li-ddedikat-lil-ommha-u-lil-ohtha-fit-tieg | Andonia Mallia Titkellem Magħna Dwar Il-Kanzunetta Li Ddedikat Lil Ommha U Lil Oħtha Fit-Tieġ | www.gwida.mt | Ftit tal-ġimgħat ilu ġibna l-istorja ta' Andonia Mallia, li tilfet lil ommha u lil oħtha fl-aċċident ikrah tat-traffiku li sar fit-triq tal-Imġarr. Andonia ingħaqdet fis-sagrament taż-żwieġ u biex tonorha lil ommha u lil oħtha, Andonia iddedikat il-kanzunetta Angels fit-tieġ tagħha. Ħafna mill-mistiedna kienu emozzjonati ferm. Aħna kellna ċ-ċans li nitkellmu ma' Andonia u nsaqsuha dwar dan il-ġest sabiħ. Jien u Charlton ilna flimkien għal dawn l-aħħar 10 snin fejn dawn l-aħħar 4 snin konna diġà qed ngħixu flimkien ġol-post tagħna. Inħoss li ppreparajna ruħna sew ta' x'ħa nsibu ma' wiċċna b'mod speċjali dawn l-aħħar xhur fejn ħajjitna inbidlet drastikament. Minkejja it-tlugħ u nżul li kellna f'ħajitna, jien niddiskrivi dawn il-jiem minn lenti pożittiva. Is-sinifkat ta' 'Angels' ghalija huma ommi u oħti, għaliex huma 2 anġli li qegħdin dejjem magħna sabiex jipproteġuna minn hemm fuq u biex ikomplu jagħtuna kuraġġ ħalli nkomplu nħarsu u nimxu 'il quddiem b'ħajjitna. Ritratt: Facebook / Andonia Zahra Xahrejn qabel it-tieġ, fl-aħħar meeting li kellna mad-diretturi tal-banda, Charlton semma li nixtieq nonora il-memorja ta' ommi u oħti fl-aktar ġurnata importanti tagħna. Il-lirika tal-kanzunetta hija xi ħaġa fenomenali u wisq stajt nirrelata mal-ħajja tiegħi. Bl-għajnuna kemm tad-diretturi u ta' Charlton, wasalt għal konklużjoni li Angels hija diska perfetta għal dak li xtaqt nagħmel. L-hena tagħhom meta kont inkanta! Dejjem fuq quddiem kienu jkunu jistennewni inlesti. Il-mummy dejjem twassalni u teħodni għal kull lezzjoni u kull attività li kien ikolli u oħti l-biċċa l-kbira dejjem tiġri magħna. Il-kant għal ommi kien ifisser ħafna u fejn setgħet qatt ma telfitli opportunità. Huma kien jgħiduli li l-ikbar sodisfazzjon tagħhom kien xħin jien inkun fuq il-palk jew fuq xi programm tat-televiżjoni. Ritratt: Facebook / Andonia Zahra Bħal kulħadd, jien u r-raġel ħriġna nieklu dakinhar u inġbarna kmieni id-dar biex naraw episodju mis-sensiela barranija li konna qed insegwu dak iż-żmien. Jien kienet leħqet marret għajnejja bija meta ħabiba tagħna rat l-artiklu tal-aċċident fuq facebook u ndunat li il-karozza kienet simili għal dik t'oħti. Ċemplitli mal-ewwel, iżda jien ma rispondejtx għaliex kien silent, allura immedjatament ċemplet lir-raġel tiegħi biex tara jekk hux kollox sew. Hemmhekk hi spjegat lir-raġel tiegħi ta x'kienet qrat. Fil-pront beda jċempilli missieri, fejn hemmhekk Charlton qajjimni sabiex nirrispndih. Beda jgħidli li ġara aċċident l-Imġarr u li ommi u oħti flimkien mat-tifel tagħha u n-nanna tiegħi kienu marru lejn dawk in-naħat u li kien qed jipprova jċemplilhom imma kien kollu ta' xejn. Pruvajt inċempilhom jien mal-ewwel iżda kollu kien ta' xejn, għax ħadd minnhom ma qabadni. Dak il-ħin bdejt inħoss saqajja jinqatgħu u bdejt indur u nwerżaq u nibki mad-dar. Wassalni r-raġel l-isptar fejn hemhekk tawna l-aħbar. Ritratt: Facebook / Andonia Zahra Bħalma stqarrejt jien fuq Facebook, meta ġieli konna naqbdu is-suġġett tal-mewt, ommi kienet dejjem turi x-xewqa biex inkantala fil-funeral. Iżda din kienet wisq iebsa għalija biex nagħmilha. Kif ġietni din l-opportunità li nkanta fit-tieġ tiegħi, ridt nagħmilha b'saħħa. Kienu t-tnejn għatxana għal din il-ġurnata u dejjem meta niltaqgħu nitkellmu fuqha u ninsab ċerta li huma ppermettew biex din iseħħ. Ċerta li ommi u oħti kienu miegħi il-ħin kollu u kienu huma li tawni il-kuraġġ kbir għaliex naf li huma riduni nagħmilha. F'isem Gwida.mt aħna nawguraw lil Andonia u r-raġel tagħha futur hieni, mimli b'ħafna u ħafna mħabba u dak kollu li tixtieq qalbhom. Ċertament li ħa jsibu lil xulxin f'kull mument ta' ħajjithom. Awguri! | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/jason-zerafa-jkellimna-dwar-division-7---tghid-jizvela-x-ghandna-nistennew | Jason Zerafa Jkellimna Dwar Division 7 - Tgħid Jiżvela X'Għandna Nistennew? | www.gwida.mt | Division 7 ser jirritorna fuq l-istazzjon ONE għar-raba' sena. Division 7 m'huwiex biss storja waħda iżda huwa ħafna stejjer illi jduru ma' kull attur partikolari fis-serje. Kull karattru għandu l-istorja personali tiegħu, li fl-aħħar mill-aħħar dawn l-stejjer kollha qed jiltaqgħu u jingħaqdu biex jifformaw l-istorja ta' Division 7. Apparti minn hekk, hemm stejjer u sitwazzjonijiet li huma reallisimi ħafna. Is-sabiħ ta' din id-drama hija li mhux biss drama imma insibu mumenti ta' daħk, ferħ, rabja u jolqot l-emozzjonijiet kollha li bniedem jista' jkollu. Din id-drama irexxiela temmozzjona lin-nies b'mod differenti l-ħin kollu.Tkellimna ma' Jason Zerafa, d-direttur, il-kittieb u l-moħħ wara Division 7. Ritratt: Facebook / Jason Zerafa Kienet ilha ħafna tberren l-idea f'rasi illi xi darba xtaqt nikteb u nipproduċi storja sakemm fl-aħħar poġġejt bilqiegħda u bdejt nikteb xi spunti żgħar illi kelli f'moħħi biex nibda nifforma din l-istess storja. Forsi ftit nies jafu, apparti n-nies li jaħdmu mill-qrib miegħi li l-ewwel karattri li ġew kreati kienu l-ispettur Matthew, is-surġent Chloe, Amir, Hassan, Ġanni, Salvu u Tino. L-ironija hi li l-istorja tant kibret li dawn l-istess xeni li jien kont ktibt għadhom lanqas biss ħarġu fl-istorja u minn kalkoli li nista' nagħmel dawn ix-xeni se joħorġu fit-tmien staġun. Ritratt: Facebook / Jason Zerafa Division 7 kien maħsub illi jsir film ġewwa ċ-ċinema, iżda l-idea maż-żmien tant kibret li ħassejt li kelli bżonn l-għajnuna ta' xi ħadd biex din l-istorja tkompli timraħ. Kien hawnhekk fejn proprju avviċinajt lil Glen Callus, l-istess persuna li jaħdem il-karattru ta' Matthew, għarraftlu l-ideat tiegħi fuq l-istorja u offrejtlu li jkun l-ewwel bniedem li jaħdem id f'id miegħi fuq dan il-proġett. Minn film għaċ-ċinema, l-idea imxiet għal serje ta' tlettax-il episodju u maż-żmien kompliet tikber fejn illum għall-grazzja t'Alla wasalna biex naqbżu l-mitt episodju ta' Division 7. Illum dan is-serje għandu 'l fuq minn 90 attur stabbilit f'Malta jaħdmu fih u huwa l-iktar program segwit fuq l-istazzjon ONE. Kif beda jiżvolġi ix-xogħol fuq l-iscripts irrealizzajna li kien se jkun hemm ħafna xeni ġewwa division partikolari ġol-ħabs. Kien proprju hawn li jien iddeċidejt illi l-aħjar soluzzjoni biex jinħadmu dawn ix-xeni kellha tkun li jinbena set ta' ħabs. Dan is-set dam tmien xhur biex inħadem u tlesta. Illum nistgħu ngħidu wkoll illi dan l-istess set huwa ċ-ċentru fejn issir ħafna xogħol mit-team sħiħ ta' Division 7. Ritratt: Facebook / Jason Zerafa Division 7 ma jinkitibx biss biex nagħtu pjaċir lin-nies biss wara ġurnata xogħol. L-għan primarju tagħna dejjem kien biex inwasslu messaġġi subliminali lill-poplu hemm barra, dejjem hekk għamilna u hekk ser nibqgħu nagħmlu. L-eċitament ta' xeni kbar, b'saħħithom u kontroversajli żgur li mhux se jonqsu. Biex intikom assaġġ żgħir u tkomplu tifhmu aħjar x'irrid infisser b'dan li għadni kif għedt, fl-ewwel episodju tagħna ser naraw xi ħaġa li fuq it-televiżjoni Maltija qatt ma dehret. Bħalma diġà għedt, l-għan primarju ta' Division 7 hu li jwassal messaġġi ċari. Dan iseħħ mingħajr ebda distinzzjoni la fejn jidħlu istituzzjonijiet, la fejn jidħlu gruppi u lanqas fejn jidħlu nies. Aħna qatt ma żammejna lura milli niktbu l-ideat tagħna. Ix-xeni li forsi qed jissejħu li huma kontra l-knisja, m'humiex maħsuba biex jkunu kontra l-knisja, anzi pjuttost bil-kontra. Ix-xeni huma miktubin apposta, bi ħsieb biex dawk il-ftit nies li jagħmlu l-ħsara u jirrapreżentaw lill-Knisja Kattolika, jwarrbu minn din l-istituzzjoni u ma jkompliex jagħmlu ħsara lill-komunità tagħna. Infakkru lill-qarrejja tagħna li Division 7 ikompli nhar ta' Erbgħa fuq ONE TV. L-istorja dejjem tkompli tiġi aktar interessanti u dak li jkun impossibli biex ma jkunx qed jistenna x'ħa jiġri minn episodju għall-ieħor. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/richard-u-raisa-dwar-l-imhabba-taghhom-u-t-tieg-li-sar-ftit-xhur-ilu | Richard U Raisa Dwar L-Imħabba Tagħhom U T-Tieġ Li Sar Ftit Xhur Ilu | www.gwida.mt | Richard u Raisa Micallef jispjegaw x'fisser għalihom il-fatt li setgħu jaqsmu mumenti tant speċjali mat-tifel tagħhom Benjamin. Huma saħqu li Micsy hija parti mill-familja u għaldaqstant kienu kuntenti li dan seta' jseħħ. Richard u Raisa, wara ħafna preparamenti, waslet il-ġurnata li tissiġillaw l-imħabba u r-relazzjoni tagħkom permezz taż-żwieġ. L-ewwelnett, kif qed tħossukom issa li għamiltu dan il-pass? Ferħanin u sodisfatti li wara ħafna preparamenti, għadda kollox b'wiċċ il-ġid. It-tnejn li aħna konna qed nistennew din il-ġurnata b'ħerqa kbira! Konna eċċitati u ħerqanin ħafna. Fil-verità ma nbidel xejn drastikament peress li konna diġà ngħixu flimkien ma' Micsy u Ben, però din il-ġurnata kienet mezz ta' ċelebrazzjoni ta' mħabbitna m'Alla, il-familja u ħbieb tagħna. Fil-verità, minn xħin konna fil-knisja sal-aħħar mument kien qisu bħal ħolma. Kull mument kien sabiħ, u li nibqgħu ngħożżu għal dejjem. It-tnejn li aħna ma rajniehx itir il-ħin, kif jgħidu, il-ħin itir meta tkun qed tieħu gost. Iva ħafna, kienet ġurnata perfetta, kollox mexa eżatt kif ippjanajna. Kellna għajnuna kbira biex it-tieġ tagħna jkun kif xtaqna. Ringrazzjament speċjali jmur għall-wedding planner tagħna Jurgen Briffa, John Vella Galea minn Villa Arrigo, Fr Karm tal-quddiesa tant sabiħa li għamlilna, Luke tal-Fade In għall-vidjow, Dalton tal-karozzi li provdilna classic mustang li kienet ix-xewqa ta' Richard, Twanny tal-fjuri, The Groom għas-suits, The Residents għall-mużika u l-brijju li qajmu mal-lejl u fl-aħħar u mhux l-inqas il-familji u ħbieb tagħna li saħansitra ġew minn l-Ingilterra u l-Awstralja! Ovvjament bħala ġenituri, Benjamin ifisser id-dinja għalina u allura l-fatt li stajna naqsmu din il-ġurnata miegħu ukoll fisser ħafna għalina. Il-fatt li kien magħna u saħansitra ħafna mill-ħin kien imqajjem ukoll, miż-żfin sakemm inqasam il-kejk, kienet iktar speċjali għax irnexxilna ngawdu din iċ-ċelebrazzjoni kollha f'daqqa. Iva, permezz ta' Villa Arrigo u ta' pet sitter irnexxilna nwettqu ħolma kbira għalina. Micsy hija parti mill-familja tagħna u li kieku ma kinitx preżenti konna se nħossu n-nuqqas kbir tagħha. Konna verament ferħanin kif Villa Arrigo ikkonfermaw li Micsy setgħet tkun magħna wkoll! Nirringrazzjawhom minn hawn, għax din kienet ferm importanti għalina. Kienet idea tagħna t-tnejn. Il-ġurnata tat-tieġ ma kinitx biss ċelebrazzjoni tal-imħabba tagħna t-tnejn iżda wkoll dik tal-familja tagħna u allura ridna li fl-invit ninkludu wkoll lil Ben u Micsy, u eventwalment ġietna din l-idea tal-karikaturi. Grazzi lil Sean Cini li wettaq tajjeb ħafna dak li kellna f'moħħna. Waqt it-tieġ, proprju għall-ewwel żifna, indaqqet l-istess kanzunetta, bi ftit arranġamenti, li kiteb u kanta Richard għal waqt il-proponiment. X'kien għaddej minn moħħkom f'dak il-mument? Ikollna nammettu li għall-ewwel żifna konna kemmxejn eċitati speċjalment meta tara dawk il-ħafna għajnejn fuqek iżda wara ftit li bdiet il-kanzunetta qisna t-tnejn li aħna irrilassajna u gawdejna l-mument. Il-fatt li kellna dik l-istess kanzunetta għamel il-mument aktar speċjali u emozzjonali għaliex tirrealizza fejn wasslitna mħabbitna. Aħna konna ltqajna l-ewwel darba fi programm televiżiv, Don't Stop Me Now, aktar minn sitt snin ilu, però r-relazzjoni tagħna bdiet madwar erba' snin ilu fejn konna ħbatna wiċċ imb'wiċċ f'bar, f'Awwissu tal-2014 u minn hemm beda l-vjaġġ tagħna li wassalna għal dak li aħna llum. Impressjoni tajba żgur għax il-ġibda hemm kienet però ovvjament aktar ma sirna nafu lil xulxin, dik il-ġibda żviluppat f'xi ħaġa ferm isbaħ u soda. It-tnejn li aħna għandna daqsxejn rasna iebsa però jkolli ngħid li Richard l-aktar li jċedi. Ovvjament f'ċerti s-sitwazzjonijiet miż-żewġ naħat ikun jeħtieġ li ċċedi biċċa biex jintlaħaq kompromess. Minbarra ovvjament l-imħabba u r-rispett, il-komunikazzjoni. Inħossu li hi importanti ħafna li nitkellmu bejnietna, tkun xi tkun is-sitwazzjoni. Hi faċli li titkellem meta ma tkunx f'argument però hija iktar importanti li titkellem f'dawk il-mumenti ta' tiżgwid. Nippruvaw kemm nistgħu li meta jkollna xi argument, nitkellmu dwar dak li jkun qed idejjaqna jew li ma naqblux fuqu u ma nħalluhx għaddej fit-tul. Iva, id-differenza ssir mill-ġurnata li ssir ġenitur. Tinbidel il-perspettiva ta' kif tħares lejn il-ħajja mill-mument li ssir konxju li għandek ħajja ta' tarbija li tiddependi kompletament fuqek u fuq l-għażliet li tagħmel. Aħna konna dejjem persuni responsabbli però meta tkun ġenitur is-sens ta' responsabilità jikber ħafna aktar. Iva, fil-fatt il-kejk tat-tieġ tagħna kellu miktub 'All you need is love, love is all you need', għax aħna nemmnu li ħajja mingħajr imħabba m'hijiex ħajja kompluta. L-imħabba tagħti definizzjoni lill-ħajja. Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fir-rivista l-Gwida li toħroġ kull ġimgħa u ssibuh a għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/jaqaw-cherylis-u-mikhail-ta-dwett-m-ghadhomx-ikantaw-flimkien | Jaqaw Cherylis U Mikhail Ta' Dwett M'Għadhomx Ikantaw Flimkien? | www.gwida.mt | Ħafna bdew jistaqsu x'ġara mill-proġett Dwett tal-kantanti Cherylis u Mikhail. Din is-sena l-kantanti ma dehru fl-ebda konkors flimkien, rajna lil Cherylis tikkompeti b'suċċess fl-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta Tfewwaħ fejn kisbet it-tieni post, imbagħad rajna kemm lil Cherylis u kemm lil Mikhail jinterpretaw kanzunetta bħala solisti fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza. Il-mistoqsija ta' dawk li jsegwu x-xena lokali bdiet tiġi weħidha... x'ġara minn Dwett? Iġġieldu? Għala m'għandhomx ikantaw flimkien? Aħna ta' Gwida.mt ħadna l-opportunità nitkellmu maż-żewġ kantanti biex naraw eżatt x'inhu għaddej. Jekk hux ħa nerġgħu narawhom flimkien u x'kienet ir-raġuni wara din il-waqfa. Cherylis tgħidilna "Il-proġett Dwett qatt ma waqqafnieh. Kien hemm qbil bejnietna li f'kull festival li aħna nissottomettu l-kanzunetti oriġinali, jinxteħtu kanzunetti kemm bħala Dwett kif ukoll bħala solisti. Din is-sena inzertaw għaddew kanzunetti bħala solisti biss però ma jfissirx li waqafna hawn, anzi komplejna nsaħħu l-ħbiberija tagħna u għamilna aktar kuraġġ 'il xulxin biex naħdmu aktar bis-saħħa." Mikhail immur lura fis-snin u jgħidilna: "Niftakar li mill-ewwel ġurnata li ltqajna' lura fl-2015 bdejna naħdmu bi sħiħ. Dan kien proġett li kont u għadni nemmen fih b'qalbi kollha. Jekk nistinkaw it-tnejn li aħna, l-oġġettivi tagħna nilħquhom." Il-kantant esprima magħna kemm jinsab grat għas-sena 2018, "bħala Dwett ħadna sehem fil-kompetizzjonijiet ewlenin f'pajjiżna, b'parteċipazzjoni fil-Malta Eurovision Song Contest, fl-Għanja tal-Poplu, u l-Konkors Kanzunetta Indipendenza. Għalkemm għandna opinjonijiet differenti minn xulxin, dejjem naslu għal xi tip ta' ftehim u kollaborazzjoni. Nemmen li t-tnejn naħdmu b'qalba." Meta staqsejniehom kif ħassewhom jikkompetu kontra xulxin, Cherylis qaltilna: "F'kwalunwke sitwazzjoni, aħna ssaportjajna 'l xulxin kemm b'messaġġi u telefonati. Infatti kif qalu ħafna mill-parteċipanti fil-Konkors kanzunetta Indipendenza, spiċċajna ilbisna l-istess skala ta' kuluri mingħajr anqas biss tkellimna fuq l-ilbies avolja konna qed inkantaw bħala solisti!" Mikhail qalilna: "Fis-sena 2019, għaddejt fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza bħala solist, u fl-Għanja tal-Poplu, għalkemm ma ssottomettejtx għalih bħala solist kont qiegħed nagħti s-sapport tiegħi lil Cherylis. Il-ħbiberija tagħha hija importanti u kompetizzjoni mhux ħa taffetwana, lesti biex nerġgħu lura fuq il-palk, flimkien." Cherylis itemm tgħid: "Ma nistax ngħid li ma ħassejtx in-nuqqas tiegħu fuq il-palk iżda kienet esperjenza sabiħa xorta waħda !! Nassigurakhom li ma ddumux ma tarawna flimkien fuq il-palk, bħala Dwett." Minn tliet festivals flimkien, Cherylis spiċċat għamlet tnejn bħala solista, u s-suċċess li s-sena l-oħra qasmet ma' Mikhail fl-Għanja tal-Poplu, din id-darba għexitu bħala solista u Mikhail kien minn tal-ewwel li feraħ lil Cherylis ta' dan is-suċċess. Meta mistoqsija dwar dak li qed iħejju, ma tantx setgħu jgħidulna wisq għalissa! Qalulna biss: "Bħalissa qed niddiskutu minn tal-anqas tliet proġetti mat-tim tagħna, u l-ħidma ġa bdiet titwettaq. Dwett huwa proġett għal qalbna ħafna u nemmnu li dak li hemm bejnietna huwa speċjali ħafna." Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil Cherylis u Mikhail kemm fil-karriera ta' solisti, kif ukoll fil-karriera tagħhom bħala Dwett fejn l-ilħna tagħhom żgur li jpaxxu ħafna u ħafna nies. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/tinsab-herqana-ghall-istagun-tal-bahar | Tinsab Ħerqana Għall-Istaġun Tal-Baħar! | www.gwida.mt | Iċ-ċkejkna mudella Francesca Rausi tinsab lesta għall-istaġun tal-baħar; is-sajf. Jidher li Francesca tħobbu ħafna s-sajf u l-hena tagħha tgħum tant li mill-età żgħira ta' 3 xhur, diġà kienet tiġġennen għall-baħar. F'ritratt ħelu li ttella' fuq il-profil ta' ommha Michelle, Francesca tassew tirbaħ it-titlu ta' mudella għal darb'oħra. Iżda Francesca hija tifla li dejjem tgħallimna; tfakkarna li mhux biss għandna nibżgħu minn dak li jiġri fil-mument bħall-pandemija Covid-19, iżda anke issa li wasal żmien il-baħar, għandna noqogħdu dejjem attenti mix-xemx. Brava Francesca! Nammirawk dejjem! Ritratt: Facebook/ Michelle Rausi | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/davide-tucci---il-film-limestone-cowboy-u-l-irwol-kemmxejn-differenti-li-kellu | Davide Tucci - Il-film Limestone Cowboy U L-Irwol Kemmxejn Differenti Li Kellu | www.gwida.mt | Fl-iskeda li għaddiet lil Davide Tucci rajnieh f'xejn inqas minn tlett sensiliet fuq it-televiżjoni, Miraklu, Division 7 u L-Għarus. Rajnieh ukoll fiċ-ċinema fil-film Limestone Cowboy, fejn jinterpreta l-parti ta' John Camilleri, bin Karist li jiddeċiedi li jikkontesta l-elezzjoni ġenerali. Nitkixxfu dwar dak li kien għaddej wara l-kwinti. Meta attur jagħmel audition għal karattru huma ftit id-drabi fejn wieħed ikun jista' jkollu idea ċara ta' dak li ser ikun dieħel għalih. Il-proċess jista' jkun wieħed twil u tista' tgħid li ġieli għal dan il-proċess jintuża skript li ħafna drabi jkollu ftit jew xejn x'jaqsam ma' dak li finalment huwa l-iskript finali li naħdmu bih fuq is-set. Niftakar li sal-mument li ġejt infurmat minn Carlos Debattista u Abigail Mallia fuq l-interess tagħhom li jaħdmu miegħi fuq Limestone Cowboy fil-ħwejjeġ ta' John Camilleri kelli biss idea vera żgħira ta' fuq xiex tittratta l-istorja ta' Limestone Cowboy. Kien biss wara li qrajt l-iskript sħiħ li rnexxieli nifhem l-intenzjoni u d-direzzjoni li xtaqu jieħdu permezz ta' dan il-proġett. Mingħajr ma nikxef xejn, li ġibidni ħafna lejn il-karattru ta' John kienu il-kumplessitajiet u l-konflitti kollha li dan il-karattru għadda minnhom f'żgħożitu u li għadu jgħaddi minnhom sal-lum il-ġurnata. Huwa ddeċieda li jaqdef, li jitgħatta b'maskra u joħloq John differenti minn missieru (Paul Portelli), 'il bogħod kemm jista' mill-ħajja li trabba fiha ma' missieru u ommu (Irene Christ) biex ikun jista' jagħti ħajja aħjar lilu u lil ibnu Adam. Huwa għażel li jagħlaq il-bibien u jipprova jinsa l-affarijiet li ma jaqbilx magħhom u li jweġġgħuh, minflok jiffaċċajhom. It-termini associate producer huwa terminu li jintuża ħafna fid-dinja tal-films u li ħafna drabi jista' jfisser ħafna affarijiet. Ifisser li b'xi mod din il-persuna ikkontribwixxiet f'xi aspetti oħrajn fil-produzzjoni ta' dan il-film – finanzjarjament, b'set ta' għerf, għodda jew servizzi li ġew offruti għall-kontribut ta' produzzjoni. Fil-kas tiegħi, peress li emmint ħafna fil-proġett u ħassejt li stajt nagħti kontribut ikbar wara li xogħli ta' attur kien wasal fit-tmiem - offrejt l-esperjenza li għandi fil-qasam tal-marketing u disinn ġrafiku li rabbejt tul is-snin li ħdimt f'dan il-qasam qabel fid-dinja tal-films u t-teatru ħaduli ħajti, biex ngħin il-produzzjoni fuq dawn l-aspetti, fost affarjiet oħra. Din hija mistoqsija li personalment insibha dejjem diffiċli biex inwieġeb. Huwa diffiċli għalija illi ngħid li wħud mix-xogħlijiet li għamilt huma aħjar minn oħrajn jew li huma iktar memorabbli – għax m'hemm l-ebda proġett li ħdimt fuqu li ma għenix nifhem xi ħaġa iktar dwari, jew dwar xogħli, jew għeni nikber b'xi mod jew ieħor. Meta nimxi minn proġett għall-ieħor, id-Davide Tucci li jkun wasal fil-bidu tal-proċess ma jkun qatt l-istess Davide Tucci li jitlaq meta jispiċċa dan l-istess proċess. M'hemmx element wieħed speċifiku, hemm ħafna affarjiet li jikkontribwixxu għall-għażla. L-ewwel mistoqsija li nsaqsi lili nnifsi hija "Jien kapaċi nagħti kollox għal dan il-karattru?" Jekk iva mela jkun hemm bidu sod. Għalija l-kwalità ta' xogħli importanti ħafna u ma nħobbx nitfa' lili nnifsi f'sitwazzjoni fejn ma nistax nagħmel ix-xogħol kollu ta' preparamenti meħtieġa għall-karattru minħabba l-fatt li għandi wisq fuq idejja. Kienet relazzjoni li kellna opportunità nrabbu maż-żmien għax b'differenza minn proġetti oħrajn ta' film fejn ġeneralment jiġi mibgħut l-iskript, studjat u l-maġġorparti tax-xogħol isir fuq is-set, fejn tkun marbut ħafna bil-ħin – għal-Limestone Cowboy kellna opportunità naħdmu fuq il-karattri tagħna mad-direttriċi Abigail u l-atturi l-oħrajn waqt set ta' rehearsals li għamlu differenza kbira għall-ammont ta' affarjiet żgħar li stajna nżidu biex nkunu nistgħu noħolqu karattri iktar reali, inżidu iktar 'saffi', nifhmu kif jaħsbu l-karattri tagħna u għalfejn jieħdu id-deċiżjonijiet li jieħdu fil-film. Mument wieħed li baqa' f'moħħi huwa l-ewwel ġurnata li beda jinġibed il-film, il-Furjana fi Triq l-Iljun fejn l-għorriefa tal-produzzjoni ddeċidew li jiftħu l-filming b'waħda mill-iktar xeni kumplikati fit-tlieta ta' filgħodu mill-ħames sular u twaqqaf krejn f'nofs it-triq – u taf int, il-problemi jinqalgħu meta l-inqas tkun tridhom. U nieqaf hawnhekk għalissa. Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fir-rivista l-Gwida li toħroġ kull ġimgħa u ssibuha għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/kollox-g-ad-jg-addi-b-wi-il--id-jekk-tidhak-ftit---joseph-calleja | "Kollox Għad Jgħaddi B'Wiċċ Il-Ġid Jekk Tidħak Ftit" - Joseph Calleja | www.gwida.mt | Fuq il-paġna uffiċjali tal-Malta Philarmonic Orchestra ġiet ippublikata silta mimlija pożittivit u kuraġġ rigward is-sitwazzjoni li ninsabu fiha. Fil-filmat jibdew billi jgħaddu l-messaġġ tagħhom bosta personalitajiet maħbuba fosthom Il-President George Vella, Il-Prim Ministru Dr. Robert Abela, E.T. Monsinjur Charles J. Scicluna, Kap Tal-Oppożizzjoni Dr. Adrian Delia u fl-aħħar u mhux l-inqas Professur Charmaine Gauci. Il-kantanti ikantaw din is-silta hemm it-tenur Joseph Calleja u Daniel Cauchi. Il-President George Abela xerred dan il-filmat u jisħaq li: "Iktar ma tfaqqa' x-xita, isbaħ tkun il-qawsalla" - kliem tassew realistiku. "Kollox għad jgħaddi b'wiċċ il-ġid jekk tidħak ftit" huwa fost l-aktar kliem li juri t-tifsira ta' din is-silta 'Smile'. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/claire-clare-u-pauline-lesti-ghad-disa-stagun-ta-ilsien-in-nisa | Claire, Clare U Pauline Lesti Għad-Disa' Staġun Ta' Ilsien In-Nisa | www.gwida.mt | Dalwaqt jibdew l-iskedi tal-ħarifa tal-istazzjonijiet lokali u għad-disa' sena se jkun qed jasal il-programm Ilsien In-Nisa, mill-ġdid fuq ONE. Tkellimna ma' Clare Agius, Claire Agius Ordway u Pauline Agius, biex għal sena oħra nippruvaw nitkixxfu xi kurżitajiet interessanti dwarhom. Ritratt: Facebook / Ilsien In-Nisa Clare Agius: L-aktar li nieħu gost nirriċerka huma dawk li jinvolvuli nara x'jagħmlu pajjiżi oħra sew jekk qed nitkellmu fuq turiżmu sostennibli u trendy, kif ukoll suġġetti bħal metodi ta' edukazzjoni u oħrajn. Inħobb ħafna ukoll dak li hu fl-għeruq tal-kultura tagħna u li nħoss li għandna ntuħ importanza u prominenza minħabba r-riskju li jista' jintesa' jew jintilef. Dan inħoss li jagħti rikezza kbira lil identità tagħna. Inħobb ukoll suġġetti li jgħallmuni modi ġodda ta' għixien aħjar kemm b'mod fiżiku, mentali jew spiritwali. Pratikkalment, dak kollu li ma tismax fuqu l-ħin kollu u tara nies jiddiskutuh fuq it-televiżjoni l-ħin kollu. Claire Agius Ordway: Fil-verità l-isbaħ ħaġa ta' dan il-programm hi li b'xi mod jew ieħor mingħajr ma trid tinteressa ruħek u kif naħdmu flimkien issa jirnexxielna niddiskutu minn angoli differenti tant li niġu passjonati mingħajr ma rridu. Imma jekk kelli bilfors nagħżel inħobb ħafna niddiskuti suġġetti fejn jidħlu tfal - saħħa fiżika u mentali u anke issues fejn nistgħu ngħinu u nagħtu leħen lil min għandu bżonn. Pauline Agius: Kollox! Naħseb dak hu s-sabiħ ta' programm bħal dan li dejjem qed titratta suġġetti differenti u dejjem tiltaqa'ma' nies ġodda u dejjem titgħallem. Il-parti tar-riċerka ta' kull programm hi eċitanti daqs il-programm innifsu għaliex tant tiltaqa' ma' affarijiet li ġieli d-diffikultà tkun kif se ddaħħal kollox f'programm ta' satejn. Fost l-aktar programmi għal qalbi dejjem ikun hemm dawk ta' stejjer umani, dawk relati mas-saħħa u oħrajn li jiddiskutu l-psikoloġija tal-bniedem u r-relazzjonijiet ma' xulxin. Ritratt: Facebook / Ilsien In-Nisa Clare Agius: Darba ġratli meta kont barra. Kont mistiedna ta xi ħadd li kien jaf ftit nies imma lili ma kien jafni ħadd u ma ddejjaqt xejn! Ħallejtu jpaċpaċ u jien mort inġib drink u qgħadt bilqiegħda fuq ċint nitpaxxa u nosserva n-nies u nieħu pjaċir li m'għandix għalfejn nitkellem jew nagħmel 'small talk'. Li ġara mbagħad kien li għamilt ħbieb ma' waħda u spiċċajna nparlaw fuq tant affarijiet interessanti li nsejt li kont qiegħda tieġ u vera ħadt gost. Għax jien ħafna nippreferi konversazzjoni interessanti ma' persuna waħda jew tnejn milli trid tkellem mitt persuna fuq ix-xejn sempliċiment biex tkun tidher qed 'tissoċċjalizza'. Claire Agius Ordway: Ma niddejjaq lanqas xejn. Jien l-hena tiegħi nosserva u nara n-nies. Nintefa' niekol u nixrob fir-rokna u noqgħod nosserva u fil-verità jien malajr naqbad konversazzjoni, jiġifieri jekk niddejjaq niċċassa malajr immur ħdejn xi ħadd. Pauline Agius: Biex inkun onesta jien persuna li wara ġurnata xogħol inħobb noqgħod fil-kwiet imma ġo dari mhux f'xi party jew tieġ. Allura jekk tiġrili din, niddejjaq ftit li ma naf lil ħadd għax normalment immur party jew tieġ biex nieħu pjaċir nissoċċjalizza. Nemmen ukoll li kollox jiġri għal xi raġun, jiġifieri jekk xi darba tiġrili, żgur se jkun hemm xi messaġġ jew tagħlima li kelli nieħu minn esperjenza bħal din. Ritratt: Facebook / Ilsien In-Nisa Clare Agius: Jien x'aktarx nagħżel li mmur xi yoga retreat fejn nagħmel ġurnata sħiħa nagħmel yoga, meditazzjoni, niekol nadif u nqatta' l-ħin tiegħi kwieta bla storbju u fin-natura. Bħala post/pajjiż ma jimpurtax, l-importanti li jkun fin-natura bħal f'xi foresta, maġenb xi xmara, fejn nista nosserva t-tlugħ u nżul ix-xemx, nisma' l-għasafar u niġbed arja friska. Claire Agius Ordway: Jiena immur f'post fejn trid timxi biex tara postijiet remoti, għal kwiet u ovvjament fin-natura. Għalkemm inħobb ħafna niskopri il-kultura u l-istorja nammira ħafna min isiefer b'basket wieħed u idur il-postijiet f'avventura waħda. Pauline Agius: Qatt m'għaddietli minn moħħi li nsiefer waħdi s'issa allura qatt ma ħsibt fuqha. Jekk ikolli nagħżel, immur jew fuq xi gżira nirilassa, nixrob il-cocktails, nixxemmex u ngħum jew b'kuntrast, immur fil-muntanji, ġo xi dar żgħira sabiħa bil-fireplace mixgħul, inħares lejn il-veduta, naqra xi ktieb sabiħ u nieħu t-tè. Għalkemm niltaqgħu kollha kull ġimgħa u niddiskutu kollox bejnietna, kull ġimgħa waħda minna jkollha responsabbilità li tipproduċi dak il-programm hi jiġifieri tagħmel kuntatt mal-mistiedna, tiżviluppa r-riċerka ta' dak is-suġġett, tfassal il-programm u tagħmel il-kommunikazzjoni neċessarja mal-oħrajn kif ukoll man-nies tekniċi kollha ħalli dak in-nhar tal-programm tieħu r-rwol ta preżentattriċi bħat-tnejn l-oħra. Hemm ħafna aktar xogħol li jsir ta darba fis-sena imma li jieħu ħafna xogħol u ħin bħas-sett, is-sigla tal-programm, il-materjal promozzjonali eċċ. Dan jitqassam b'mod naturali skont il-bżonn. Imbagħad hemm l-isponsors li huma mqassmin bejnietna kollha allura filwaqt li nkunu nvoluti kollha, kull waħda minna tagħti aktar attenzjoni lill-klijenti tagħha. Ritratt: Facebook / Ilsien In-Nisa Claire Agius Ordway: Faċli ħafna, fix-xitwa ġeneralment ġurnata d-dar bil-piġama naraw serje wara oħra, jekk tkun ġurnata sabiħa ndaħħlu mixja fil-kampanja. Fis-sajf dejjem ġurnata il-baħar. Clare Agius: Meta nkun Malta, ġewwa d-dar, nisbarazza u norganizza d-diżastru tad-dar li jkolli waqt li minn ħin għall-ieħor insajjar xi ħaġa, nilgħab mat-tfal, forsi nimlilhom il-pool iż-żgħir u ngħaddi siegħa nċafċaf imbagħad kif jorqdu, tazza nbid fit-terazzin mar-raġel inparlaw jew fil-kwiet inħarsu lejn l-istilel. Jekk inkun imsiefra, ġurnata niġri barra u nesplora. Pauline Agius: Sajf jew Xitwa, il-Ħadd hi ġurnata speċjali għalija u huwa jum li jien niddedika kompletament għall-familja! La nagħmel tindif u lanqas ħwejjeġ u bħala tisjir jew nipprepara xi ħaġa ħafifa jew xi riċetta l-forn li nagħmel mis-Sibt biex il-Ħadd kemm insajjarha. Din il-ġurnata nuża għall-ħin ta' kwalità mal-familja minn x'ħin inqumu sakemm norqdu. Il-ġurnata dejjem tibda bil-'breakfast in bed' mhux neċessarjament bit-toast u l-bacon imma imqar kikkra kafè u galletina, biżżejjed! Fis-sajf u kull meta t-temp jippermetti ssir fil-bitħa jew terrazzin din il-biċċa xogħol imma dejjem issir. Il-Ħadd hi ġurnata li mhux biss fiżikament imma anke mentalment, inkun irrid saħti lura għal kumplament tal-ġimgħa. Ritratt: Facebook / Ilsien In-Nisa Clare Agius: Il-Maths u l-Physics u l-letteratura Ingliża. L-istejjer u l-leterattura servewni ħafna fir-reċtar speċjalment meta kont nagħmel il-produzzjonijiet ta Shakespeare. Il-Maths u l-Physics inħoss li ħarrġuli moħħi biex jagħmel somom malajr u għalkemm ftit niftakar il-formoli, dawk is-somom ikkumplikati u l-equations esaġġ, it-training fin-numri hemm qiegħed u nħossni naf nagħmel kalkoli malajr ħabba hekk. Claire Agius Ordway: Jien kont inħobb ħafna l-istorja u għalkemm ma sibtx ix-xogħol tiegħi mhux relatat direttament fil-verità jkolli ħafna intervist li fihom tidħol l-istorja. Il-PE kont inħobbu ukoll imma ma kontx passjonata daqs kemm jien illum żgur u qatt ma kont nobsor li se nkun daqshekk involuta fil-fitness. Iżda dejjem kelli għalliema li kienu jagħmlulna dik il-lezzjoni interessanti u kont nippreferiha minn lezzjoni fil-klassi. Pauline Agius: Meta kont l-iskola fost is-suġġetti għal qalbi kelli dawk tax-xjenza, speċjalment il-bijolġija li għalkemm mhux relatat xejn max-xogħol tiegħi llum il-ġurnata, huwa suġġett li b'xi mod jew ieħor tmiss miegħu kuljum. Għalhekk xorta nħoss ċertu importanza. Barra minn hekk, jgħini ħafna meta niddiskutu suġġetti relatati mas-saħħa jew bħal meta kelli ż-żewġt itfal għaliex nifħem ftit aktar l-iżviluppi li jkunu qed isiru fil-ġisem. Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fir-rivista l-Gwida li toħroġ kull ġimgħa u ssibuha għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/splodew-gisimha-f-esperiment-tal-armata | Splodew Ġisimha F'Esperiment Tal-Armata | www.gwida.mt | Familja Amerikana kienet ixxukjata malli saret taf li l-ġisem ta' persuna familjari, li huma taw bħala donazzjoni għar-riċerka, fil-verita ġie mibjugħ biex jiġi splodut. Doris Stauffer mietet bil-kundizzjoni tal-Alzheimer, u t-tifel tagħha ddeċieda li l-ġisem ta' ommu jingħata donazzjoni biex issir riċerka newroloġika fuq moħħha. Wara li l-karti kollha neċessarji ġew mimlija, t-tifel ta' Doris irċieva l-fdalijiet t'ommhu mill-krematorju mingħajr ma ġie avżat kif ġisimha ġie użat, għalhekk ir- Reuters iddeċidew li jinvestigaw dan il-każ. Instab li l-fdalijiet li rċieva Jim, it-tifel ta' Doris, kienu biss mill-idejn t'ommhu, filwaqt li l-kumplament ta' ġisimha ġie mibjugħ u mibgħut lill-armata Amerikana, fejn ġie splodut bħala parti minn proġett ta' riċerka dwar splussivi. Skond Reuters, ġisem Doris kien wieħed minn 20 li intużaw għal dan l-istess esperiment, mingħajr il-kunsens tad-donaturi jew familjari. L-iġsma ġew mibjugħa għal madwar €5,295 kull wieħed. Il-familja ta' Doris issa fetħu kawża fuq BRC li huwa ċ-ċentru li ħa l-ġisem ta' omm Jim. Dan iċ-ċentru huwa wieħed tar-riċerka bioloġika li għalaq fl-2014 mill-FBI fuq bażi ta' prattiċita' llegali. | [
6
] |
https://www.gwida.mt/mt/maxine-pace---se-nohrog-l-emozzjonijiet-tieghi-f-ghaxar-kanzunetti | Maxine Pace - Se Noħroġ L-Emozzjonijiet Tiegħi F'Għaxar Kanzunetti | www.gwida.mt | Maxine Pace llum stabilixxiet ruħha fix-xena mużikali u l-mużika tagħha tattira eluf ta' segwaċi. Bħalissa għaddejja b'xogħol fuq materjal ġdid u pruvajt nitkixxef xi ftit aktar. Matul din il-konversazzjoni Maxine ma titkellimx biss fuq din is-silta ġdida, jew l-album, iżda wkoll dwar iż-żmien li kienet l-iskola, titkellem dwar il-mama' tagħha, u wkoll dwar ir-relazzjoni tagħha ma' oħtha Ella kif ukoll tiżvela bosta kurżitajiet oħra. Bħalissa għaddejjin fuq l-aħħar fażi tal-vidjow u ma nixtieqx niżvela l-isem tal-kanzunetta però din se tkun waħda mis-siltiet l-iżjed favoriti tiegħi mill-album li se nniedi għaliex apparti li għandha stil għal qalbi ħafna, għandha wkoll messaġġ li kważi kulħadd jista jirrelata miegħu. Mhux dejjem se nikkuntentaw lil kulħadd b'dak li nagħmlu, iżda għandna nagħmlu dak li jogħġob lilna billi qatt ma' naqtgħu qalbna b'dak li jgħid ħaddieħor. Dan huwa fil-fatt il-messaġġ ta' din is-silta li hi tant għall-qalbi. Dan l-album ilni naħdem fuqu għal kważi sena u nofs u kull kanzunetta tikellem fuq sitwazzjoni differenti u wkoll ħafna minnhom għandhom stil differenti li jirreflettu l-emozzjonijiet differenti li għaddejt minnhom. Jiena u Matt Muxu Mercieca ktibna l-lirika, u peress li ilna ħbieb, jafni 'inside out'. Tul is-snin, tgħallimt ħafna affarijiet dwar din l-industrija u dwari, madanakollu għad baqgħali ħafna iżjed x'nitgħallem u ħafna iżjed affarijiet li nixtieq nagħmel bil-karriera. Dan nixtieq li jkun biss il-bidu, imma kollox b'ħafna iżjed ħidma u kull ħolma li jaspira għaliha dejjem se tkun iżjed diffiċli. Meta kien għad għandi sitt snin u bdejt b'kors tal-kant kelli bosta ħolm li nista' ngħid irnexxieli nasal però qatt mhu biżżejjed u dejjem taspira għal iżjed. Apparti li ktibt l-album li kienet probabbli l-isbaħ esperjenza ta' ħajti, il-palk inħobbu ħafna wkoll u ikbar ma tkun l-udjenza. Allura nista' ngħid li esperjenzi bħal Io Canto, Ti Lascio Una Canzone kif ukoll il-Malta Eurovision Song Contest kienu mumenti li nibqa' niftakar għal dejjem. Anki l-fatt li kont nara dik it-tbissma fuq wiċċ il-mamà meta kienet tagħmel minn kollox biex tarani mis-sit ta' quddiem nett, ma ninshom qatt. Naħseb li kulħadd ikollu id-diżappunti tiegħu fejn tgħid li stajt għamilt xi ħaġa oħra biex tkun aħjar, jew tippretendi xi ħaġa li ma tkunx hi, però ma naħsibx li qatt kienu diżappunti imma iżjed ħadthom bħala tagħlima sabiex nikber fija u fil-mużika tiegħi. Il-mamà kienet persuna li tagħmel minn kollox għalija kif ukoll għall-familija kollha. Kellha qalbha tad-deheb, li kull min kien jafha jista' jaċċerta, u għalhekk minn dejjem kienet l-iżjed persuna li tant nammira. Sentejn ilu kien l-agħar żmien ta' ħajti fejn tliftha fi żmien qasir ħafna u tant kien xokk għall-familja kollha li ovvjament iddum sakemm tirrealizza x'veru kien ġara. Fil-fatt sena wara stajt nesprimi dak kollu li ħassejt fuq is-sitwazzjoni, u l-emozzjoni ħarġet bl-iżjed mod ċar, f'Thunder. Mal-mamà ngħożż kull mument li kelli u ma kelli l-ebda diżżapunt li ma gawdejtiex biżejjed. Earthquake kienet fil-fatt l-ewwel silta li ħriġt mill-album allura ovvjament kelli ħafna eċitament sabiex nara kif se tolqot lin-nies. Kont wiefqa milli noħroġ il-materjal għal xi sena, apparti li kont ħriġt xi covers mir-Rooftop Sessions u dan għaliex konna qegħdin naħdmu fuq l-album. Iva, jien u Ella fil-fatt għandna karattri totalment differenti għaliex għal kontra tiegħi Ella hi kemxejn riservata. Madankollu, apparti l-argumenti żgħar 'l hemm u 'l hawn li kulħadd ikollu mal-aħwa, naqblu ħafna u nħobbha wisq tant li nispiċċa naħseb u newden fuqha l-ħin kollu biex żgur tkun kuntenta u jkollha dak kollu li tixtieq f'ħajjitha. Il-ġurnata tiegħi hija kemmxejn mifqugħa ħafna mid-drabi. Nipprova nlaħħaq mal-Università, mal-karriera tal-kant u kif ukoll mal-familja u mal-ħbieb. L-ewwelnett qegħda veru ferħana li se noħroġ l-ewwel album tiegħi u eċitata ukoll biex nibda nikteb materjal ieħor ġdid wara dan. Il-mużika oriġinali ttini ħafna motivazzjoni u nixtieq li l-messaġġi li ngħaddi eventwalment jinstemgħu mad-dinja kollha, u din hija probabilment l-ikbar xewqa li għandi wkoll. Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fir-rivista l-Gwida li toħroġ kull ġimgħa u ssibuha għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/x-livelli-ta-riskju-ghandhom-l-attivitajiet-ta-kuljum-waqt-din-il-pandemija---jitkellem-espert-tal-mard-infettiv | X'Livelli Ta' Riskju Għandhom L-Attivitajiet Ta' Kuljum Waqt Din Il-Pandemija - Jitkellem Espert Tal-Mard Infettiv | www.gwida.mt | Ir-riskju li taqbad il-Coronavirus billi toħroġ barra mid-darek mhuwiex kwistjoni ta' iswed jew abjad. Epidemjologa fl-Università ta' Tulane, tkellmet dwar liema attivitajiet huma riskjużi aktar minn oħrajn. Hi tistqarr li l-laqgħat ma' gruppi ta' ħbieb jew familja huma riskjużi filwaqt li taqbad il-virus milli tiftaħ il-posta jew tmiss ix-xirja, mhux daqstant faċli. Filwaqt li ċertu attivitajiet huma aktar riskjużi minn oħrajn, dejjem għandek tilbes maskra meta jkun possibbli u tipprova żżomm distanza ta' 6 piedi minn oħrajn. Azzjonijiet bħal distanza soċjali u l-ilbies ta' maskra (jew in-nuqqas tagħha) jistgħu jbiddlu l-livell ta' riskju b'mod sinifikanti. Hawn x'għandek tikkunsidra dwar attivitajiet varji hekk kif ir-restrizzjonijiet jibdew jintrefgħu madwar il-pajjiż. Ovvjament f'ħafna mill-każi minn dawn id-distanza soċjali hija importantissima u fejn possibbli li tintlibes il-maskra dejjem tkompli tnaqqas ir-riskju. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/il-malti-barra-minn-malta-6-affarijiet-li-nafu-li-gieli-ghamilt-meta-kont-fuq-btala | Il-Malti Barra Minn Malta – 6 Affarijiet Li Nafu Li Ġieli Għamilt Meta Kont Fuq Btala! | www.gwida.mt | Is-safar xi ħaġa li ferm inħobbu aħna l-Maltin u dejjem naraw f'liem pajjiż imissna mmorru. Hawnhekk ħsibna f'lista ta' affarijiet kemmxejn tad-daħk li l-Maltin iħobbu jagħmlu meta jmorru fuq xi vaganza mal-familjari jew ħbieb tagħhom. Jekk forsi int xi wieħed minn dawk li qatt m'għamilt xi waħda jew oħra, għalkemm għandna dubju serju dwar dan, ċerti li taf lil xi ħadd li għamel aktar minn waħda minn dawn. Ara l-lista u għaddieha lil sħabek ukoll – ejja ħa nidħku ftit flimkien! L-iskuża jew għax irħas minn Malta jew għax Malta m'għandniex. Imbagħad ġlieda mal-bagalja u tipprova ideffes kemm jista' jkun affarijiet fil-hand luggage u l-handbag għax dawk mhux dejjem jiżnuhom hux! Kif tasal l-ajruport tibda titlob daqs l-aktar wieħed reliġjuż li tgħaddi bla ma tħallas xi ewro aktar għax tkun infaqt kollox hux! Tagħmel dan qisu f'Malta mhux ħa ssib aktar shampoo, shower gel u sapun biex imbaghad probabli titfa' kollox f'xi kexxun u tinsiehom hemm. Imma l-aqwa li ħadthom lil tal-lukanda hux għax tkun ċert li ħa ssib xi użu għalihom! Ifhem, ħallast għalihom dawn ukoll allura tħallihom hemm x'kull waħda! Tinsiex tiċċelebra! Hawn għandek proċedura sħiħa li ssir mill-Maltin! L-ewwel tinżel timla' platt fuq platt, kemm tiflaħ tiekol tiekol! Ħalli jżommok ġurnata sħiħa hux! Imbagħad tagħmel round ieħor fil-buffet, iddur dak l-ikel li tista' tixħet ġol-basket, biex kif tħossok li għandek bżonn titrejjaq ftit hekk kif idoqqu nofsinhar issib x'tiekol! Ma tmurx taqa' fid-debolizza, peress li tkun ilek li kilt sagħtejn qabel biss! Jekk hemm xi chain famuża tal-ikel li f'Malta għadha ma fetħitx, mela għid li l-ewwel post li ħa tiekol żgur li fih! Imbagħad tkun tal-ewwel biex itella' sensiela ta' ritratti, tal-post, tal-ikel, xi stess tiegħek mill-post għal fuq il-midja soċjali bil-hashtag bl-isem tal-ħanut! Qisu ħadt is-servizz b'xejn! Imma l-aqwa li urejt lil kulħadd li int mort hemm ukoll! via GIPHY Nibdew mill-familjari, inkomplu bil-ħbieb u imbagħad il-kollegi tax-xogħol. Imsieken aħna jekk ninsew lil xi ħadd għax mur għoqod bil-botti kieku! Jekk ma' jgħidu xejn inkunu ċert li qed jgħidu minn wara darna! Imqar l-iċken oġġett ta'... imma tkun ġibtilhom tifkira jaħasra. Mhux ta' b'xejn ġejna minn tal-ewwel fl-Ewropa ta' kemm nonfqu meta mmorru fuq btala! Jekk f'Malta nitkellmu bl-Ingliż u ħafna taf jgħidulna tal-pepe, imma meta nkunu barra minn Malta insiru l-akbar patrijotti tal-lsienna. Nitkellmu bil-Malti fejn jaqblilna biex ngħidu fuq dak u fuq l-ieħor. Għala? Għax lilna ħadd ma jifhimna. Imbagħad kif nisimgħu l-iċken kelma Maltija, qalbna tieqaf! Sakemm nindunaw li dik il-ġara! Aħna ma nkunu qed nagħmlu xejn speċjali, ħlief li nkunu għaddejin niddiskutu xi ħaġa u nitkellmu b'passjoni. Imma peress li ħafna drabi nużaw ton għoli u nużaw ħafna ġesti malajr jaslu għal konklużżjoni li qed niġġieldu! Mur għidilhom li aħna dejjem hekk! Issa li rajt il-punti, hemm xi affarijiet oħra li taf li jagħmlu l-Maltin meta jkunu barra mill-pajjiż, tiddejaqx tgħidilna. Ifhem, dawn affarijiet li probabli mhux aħna biss nagħmlu ta' imma ovvjament kulħadd tiegħu jara u m'hawn xejn isbaħ milli wieħed jidħak ftit bih innifsu. Kultant nagħmlu ċerti affarijiet bla ma naħsbuhom u qabel xi ħadd jagħmel aċċen għalihom anqas biss nirrealizzaw kemm huma tad-daħk! | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-xena-mhux-tas-soltu-rat-ilbiera-fil--amrun | Bil-Filmat: Xena Mhux Tas-Soltu Ġrat Ilbieraħ Fil-Ħamrun | www.gwida.mt | Ilbieraħ fit-toroq tal-Ħamrun, kien hemm xena mhux tas-soltu! Dan il-filmat bagħtulna wieħed mill-qarrejja tagħna. Kif tistgħu taraw din ix-xena kienet waħda unika. Imsomma l-kreattività tagħna l-Maltin tibrilla f'dawn iċ-ċirkustanzi! | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/tamara-webb---tg-allimt-na-etta-kemm-il--a-in-kif-ukoll-it-tajjeb-fija-nnifsi | Tamara Webb - Tgħallimt Naċċetta Kemm il-Ħażin Kif Ukoll it-Tajjeb Fija Nnifsi | www.gwida.mt | Minkejja li minn dejjem kienet persuna li ma ssibhiex diffiċli biex tesprimi ruħha, Tamara tistqarr li l-midja soċjali għenitha biex ma tibża' qatt tgħid dak li verament tħoss. L-għan tagħha hu li dak kollu li taqsam fuq il-midja soċjali jagħmel differenza pożittiva fil-ħajja ta' min isegwiha filwaqt li tisħaq li Instagram hu mezz ideali biex jgħinha tagħmel dan b'mod aktar dirett biex tilħaq lis-segwaċi tagħha, jew kif issejħilhom hi, il-Queens Il-vjaġġ beda mingħajr ma kont naf li se jibda! Jien minn dejjem kont tfajla li ma niddejjaq xejn nesprimi dak li nħoss. Minn dejjem kont nieħu pjaċir naqsam l-esperjenzi tiegħi li ngħaddi minnhom fil-ħajja.. Darba minnhom ħarġu funzjoni ġdida li hi dik tal-istories, fejn inti tista' titkellem jew tieħu vidjow u dawk li jkunu jsegwuk, li fuq Instagram jissejħu speċifikament bħala followers, ikunu jistgħu jaraw dak il-vidjow għal 24 siegħa. Għaraft il-fatt li b'xi mod jew ieħor bdejt nagħmlilhom kuraġġ kemm jekk fuq dieta, moda jew anki sempliċiment ngħid żewġ kelmiet 'Bonġu Queen!'. Għaliex mill-bidu nett jien bdejt nindirizza lill- followers tiegħi bħala Queens Narah iktar xi ħaġa diretta u sempliċi. Ninnota li fuq Instagram wieħed għandu iktar ċans isegwi lil dawk li jispirawh milli fuq Facebook. Illum il-ġurnata fuq Facebook sar ikun hemm ħafna fuq kollox, li ħafna drabi jkun verament rari li titla' xi ħaġa fin-news feed li vera tkun tinterassak. Instagram iktar dirett u għal xi raġuni nħossni ħafna iktar komda biex nesprimi ruħi. Minbarra s-settur tal-moda u s-sbuħija li dejjem inħobb naqsam id-dehriet tiegħi inħobb ukoll naqsam xi ideat mas-segwaċi tiegħi. Ir-rispons, il-messaġġi li nirċievi u n-nisa kollha li niltaqa' magħhom ta' kuljum, juruni li b'dak li naqsam, b'xi mod jew ieħor, jirnexxili nagħmel ġid mill-inqas lill-persuna waħda żgur. Kollha kemm aħna ngħaddu minn ċerti mumenti fil-ħajja, kemm sbieħ u kemm koroh. L-ikrah naqsmu wkoll, biex dawk kollha li ma jsibux il-kuraġġ biex jitkellmu ma' dawk ta' madwarhom fuq dak li jkunu għaddejjin minnu, ikunu jafu li m'humiex waħedhom. Naqsam dak kollu li naħseb li jista' jservi ta' ġid u ispirazzjoni għal min isegwini. Nista' ngħid ukoll li din ma tiġix min-naħa waħda biss għax ħafna drabi l-istess nies li jħossu li qed nagħmlilhom differenza jkunu qed jagħtu kuraġġ lili fl-istess ħin. Bħalissa hemm madwar 34,000k li jsegwuni u nħossni grata lejhom kollha. Ovvjament inħoss ċerta responsabbiltà għaliex iż-żgħażagħ jinfluenzaw ruħhom malajr ħafna. Nipprova li nitkellem fuq ċerti suġġetti għaliex jien kont daqshom u naf eżatt minn xiex jistgħu jkunu għaddejjin. Bullying, eating disorders u stress. Però fl-istess ħin, naqsam dak li verament inħoss u naċċetta wkoll li ma jkunx utli għal kulħadd u li mhux kulħadd għandu jaqbel miegħi. Għalija personalment li nkun reali hija xi ħaġa importani ħafna. Madankollu nifhem li mhux kull min għandu paġna jew blog fuq il-midja soċjali jkun jixtieq li jaqsam ħajtu ma' kulħadd. Kull persuna għandha l-opinjoni tagħha u l-għan tagħha. L-iktar ħaġa importanti hi li kull min iqatta' ħafna ħin fuq il-midja soċjali jsegwu nies li jagħmlulhom tbissima fuq wiċċhom u mhux iġegħluhom iħossuhom agħar. Fl-aħħar mill-aħħar, l-għażla ta' x'insegwu u ma nsegwux hija kompletament f'idejna. Iva. Tatni ċerta kunfidenza biex ma nibżax ngħid dak li nħoss. Kif għidt iktar 'il fuq, jien nemmen li flimkien inkunu ħafna aħjar, għaliex kull persuna għandha x'toffri u tista' tagħmel differenza. M'hawnx emozzjoni isbaħ minn dik ta' għaqda. Oriġinarjament, l-idea ħriġt biha ma' missieri għax bi kliemu stess qalli "jekk imqar 1,000 minnhom jagħtuk ewro kull wieħed, tkun ġbart €1,000." Dak proprjament kien l-għan tiegħi. Ir-raġel tiegħi IT engineer u mill-ewwel ħa l-proġett f'idejh. Fetaħli kont online fejn faċilment persuna setgħet tagħti mill-inqas donazzjoni ta' ewro. Bi pjaċir kbir nista' ngħid li l-€1,000 ġbarniehom fi tliet sigħat, filwaqt li f'jumejn, Queens għall-Istrina, l-isem ta' dan il-proġett, ġbarna €9,000. Verament irrealizzajt kemm għandi nies tal-ġenn isegwuni. Minbarra l-kontenut tal-midja soċjali tiegħi li jieħu ħafna dedikazjoni u ħin, jien għandi l-kumpanija tiegħi u r-rwol tiegħi hu dak ta' Content Director. Nagħti servizz ta' marketing, fotografija kif ukol brainstorming ta' kif kumpanija tista' timxi iktar 'il quddiem. Fl-2016 ġejt bil-kunċett ta' JAR fejn wara ftit xhur ftaħnieh bħala negozju tal-familja. Illum qiegħdin ukoll naħsbu biex niftħu t-tielet ħanut. Apparti minn hekk, ma nistax ma nsemmix li jien mara miżżewġa, ili kważi tliet snin issa. Żgur li m'għandix għalfejn nispjega xi jfisser ix-xogħol tad-dar u kemm jirrikjedi ħin. Dan wieħed mis-suġġetti li nħobb inqajjem diskussjoni dwarhom fuq il-midja soċjali. Il-bilanċ u kif ngħid jien #BALANCE. Il-bilanċ b'xi mod jew ieħor irid jinstab f'kollox. Fix-xogħol, fil-ħruġ, fl-ikel u f'dak kollu li nagħmlu f'ħajjitna. Kollox irid ikun, speċjalment il-ħin mal-maħbubin tagħna, ħbieb u familja. Din hija fundamentali. Pjani kemm trid però m'iniex se nikxef xejn għalissa. Segwuni u kunu parti minnhom. Inzommkom aġġornati. Li fil-futur insir omm. Il-bqija ma tantx noħlom fuq affarijiet speċifiċi. Li nkun irrid jew nixtieq, naħdem għalih kemm niflaħ biex nipprova nwettqu. Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fir-rivista l-Gwida li toħroġ kull ġimgħa u ssibuha għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/ben-camille-dwar-elle-ina-u-simba-l-x-factor-u-strada-stretta | Ben Camille Dwar Elle, Ġina U Simba, L-X Factor U Strada Stretta | www.gwida.mt | Minn Mario fi Strada Stretta għal X Factor. Ben Camille ikellimna dwar l-esperjenza tiegħu fi Strada Stretta fejn jgħid li iħoss li għenitu jikber u jiżviluppa. Nitkellmu dwar l-esperjenza tiegħu f'X Factor u x'inhuma l-ħsibijiet tiegħu dwar dan il-programm li fl-ewwel sena tiegħu kiseb tant suċċess. Iżda l-akbar prijorità ta' Ben bħalissa nibtet ftit xhur ilu fejn sar missier għall-ewwel darba. Jgħid ukoll li l-imħabba li ħass kif żamm għall-ewwel darba lit-tarbija Elle f'idejh kienet xi ħaġa li qatt ma ħass bħala. U kif qed jaġixxu l-klieb tagħhom Ġina u Simba għal dan it-tibdil? M'hemm l-ebda kelma li tiddeskrivi dan il-mument. Huwa l-forma pura t'imħabba veru. Qatt ma' ħassejt xi ħaġa hekk f'ħajti kollha! Naturalment in-nies meta jiltaqgħu miegħi jkellmuni fuq l-affarijiet li nkun qiegħed nagħmel u affarijiet li nkun għaddej minnhom f'ħajti. Din id-darba xejn inqas, in-nies qegħdin ikellmuni fuq it-trobbija tat-tfal. Ta' min insemmi li Kristina għamlet ħafna riċerka u l-korsijiet imtella' mill-qwiebel jgħinu mmens. Wieħed ta' min isemmi u jirringrazzja lin-nanna Carina u n-nanna Anita (Omm Kristina). L-għajnuna tagħhom m'għandhiex prezz. Il-pedament ta' kull relazzjoni soda hi l-komunikazzjoni. Jien u Kristina konna eċitati mill-ewwel mument li sirna nafu li se nsiru ġenituri. Inbidlitilna ħajjitna, bla dubju għall-aħjar. Kulħadd għandu dritt għall-opinjoni tiegħu u jien nirrispettaha dejjem. Protettivi, qabel ma ġiet it-tarbija ħriġna l-pushchairs u kollox sabiex il-klieb ixommu u jindunaw bil-fatt li ġej membru ġdid. Strada Stretta tista' tgħid li għeni nikber u niżviluppa. Wieħed jista' jgħid li din l-esperjenza esponietni għall-bqija ta' Malta. Din il-produzzjoni għadha tiġi meqjusa bħala waħda mill-aqwa drama Maltin li qatt saru. Kburi li kont parti minnha. Ix-xena fejn il-karattru interpretat minni kellu jtemm ir-relazzjoni tiegħu ma' Bianca. Fuq is-sett kien hemm kesħa xxoqq l-għadam, kienet xena emozzjonali ħafna. Din kienet waħda mill-aqwa esperjenzi ta' dejjem, il-fatt li tkun il-preżentatur ta' waħda mill-aqwa franchises fejn jidħol televiżjoni, kif ukoll minħabba l-fatt li uħud mill-aqwa nies fix-xena tal-midja ngħaqdu f'dan il-proġett. Kien tassew unur li naħdem ma' dawn in-nies ta' talent kbir. L-isem hu li hu. Nemmen li kienet xi ħaġa naturali li dan iseħħ. Biss meta t-tim sar jaf, lanqas ridna nemmnu li wasalna, li rnexxielna! Bla ebda dubju! Il-fatt li tara nies ġodda, li ħadd qatt ma sema' bihom u tarahom jaslu fażi wara fażi, tinduna kemm il-programm hu b'saħħtu u li l-għan ewlieni tiegħu qiegħed jintlaħaq. Apparti minn hekk, kienet esperjenza tal-ġenn meta tara li kantanti stabbiliti indunaw li dan il-programm se jagħtihom pjattaforma ikbar. Ovvjament kulħadd għandu opinjoni personali, u kulħadd għandu l-gosti tiegħu, biss bħal kull ħaġa fid-dinja, inħallu f'idejn l-esperti li bla ebda dubju jafu x'inhi l-viżjoni tal-programm u jafu fejn iridu jwasslu lill-artisti tagħna. Bħal ta' kwalunkwe ġenitur, li ssib bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja! Ingawdi lill-familja! Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fir-rivista l-Gwida li toħroġ kull ġimgħa u ssibuh a għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/sue-u-frankie-jmorru-lura-28-sena---seba-snin-ilu-hadu-r-relazzjoni-bis-serjeta | Sue U Frankie Jmorru Lura 28 Sena - Seba' Snin Ilu Ħadu R-Relazzjoni Bis-Serjetà | www.gwida.mt | Fl-aħħar ġimgħat spikka fuq fomm ħafna nies it-tieġ ta' Sue Rossi u Frankie Grima, tnejn magħrufa sew fil-qasam tal-ispettaklu, għalkemm ġejjin minn oqsma differenti. Ftit jiem wara t-tieġ, Sue u Frankie tkellmu magħna. Kelmtejn ma' Sue Sue, kif iltqajt ma' Frankie? X'kienu l-ewwel karatteristiċi li laqtuk fih? Jien u Frankie mmorru lura 28 sena meta hu kien fetaħ wieħed mill-istabbilimenti u kien avviċinani biex inkun parti mill-organizzazzjoni tas-serata tal-ftuħ. Xtaqni wkoll norganizza sfilata tal-moda fl-istess serata. Dik kienet l-ewwel darba li ltqajna. Ftit wara konna bdejna noħorġu flimkien għal ftit xhur. Għalkemm imbagħad ma bqajniex, però dejjem bqajna b'kuntatt tajjeb u spiss konna qed naħdmu flimkien. Imbagħad, ovvjament, dawn l-aħħar seba' snin bdejna mill-ġdid bir-relazzjoni u din id-darba ħadnieha b'serjetà li ovvjament wasslitna biex nieħdu l-pass u nikkommetu lejn xulxin bis-sagrament taż-żwieġ. It-tnejn li intom ġejjin minn oqsma differenti. Madanakollu kif tappoġġjaw lil xulxin fix-xogħol rispettiv tagħkom? Iva, ix-xogħol tagħna huwa differenti għal kollox. Għalkemm it-tnejn li aħna naħdmu fl-entertainment, jien naħdem fil-qasam tal-moda waqt li Frankie jaħdem fil-qasam tal-istabbilimenti. Però mmorru tajjeb ħafna flimkien. Jien nista' ngħid li nieħu ħsieb li nippromovi x-xogħol tiegħu fejn jidħol marketing u nitkellmu ħafna dwar pjani ġodda. Fl-istess hu jaqsam miegħi ħsibijiet, opinjonijiet u pjani li għandhom x'jaqsmu max- xogħol tiegħi. B'hekk nikkumplimentaw lil xulxin. Kif kienet l-ewwel reazzjoni ta' wliedek Valentina u Dean ftit tas-snin ilu meta bdejt toħroġ ma' Frank? Valentina hija persuna li tħobb tarani kuntenta. Nista' ngħid li Frank jadurahom, kemm lil Valentina kif ukoll lil Dean. Ir-relazzjoni bejni u bejn Frank hi b'saħħitha ħafna, u apparti r-relazzjoni maż-żewġ uliedi, għandna relazzjoni mill-aqwa mat-tifel ta' Frankie li llum jgħix barra minn Malta. It-tieġ kellu xi tifsira partikolari biex jiġi ċċelebrat fl-28 ta' April? L-istess għall-knisja tal-Karmnu fil-Belt Valletta, kien hemm xi raġuni partikolari li żżewwiġtu fiha? Frankie huwa wieħed li hu devot ħafna lejn il-Madonna. Infatti aħna noqogħdu tista' tgħid bieb ma' bieb mal-knisja tal-Karmnu fil-Belt. Hija knisja li ġibditna ħafna lejha. Id-data li żżewwiġna fiha, dik tal-Ħadd 28 ta' April, kienet id-data li qbilna fuqha t-tnejn li aħna. Inzertat ġimgħa fuq l-Għid u kienet konvenjenti ħafna minħabba fix-xogħol rispettiv tagħna. Bħala tema xtaqt li nżommu fuq vintage minħabba li din hija tema li personalment togħġobni ħafna u kemm-il darba wżajtha wkoll għax-xogħol tiegħi. Il-preparazzjonijiet tat-tieġ ħabtu proprju fi żmien meta kont għaddejja wkoll bil-preparamenti għall-finali ta' Miss World Malta li se jsir fit-8 ta' Ġunju. Kif irnexxielek tibbilanċja l-orġanizzazzjoni ta' żewġ avvenimenti bħal dawn? Jien dejjem għaddejja, daqqa b'xi tieġ, jew xi show jew xi ħaġ'oħra. Qatt ma nafni li ma għandi xejn għaddej fil-ħajja tiegħi. Apparti li ħadt ħsieb kollox jien, kienet okkażjoni li għalija kienet attività wkoll. Imma nista' ngħid li l-preparazzjonijiet tat-tieġ kienu ferm aktar speċjali u ovvjament għal qalbi li se jibqgħu jissarrfu f'memorji sbieħ li stajt naqsam ma' wliedi, familjari u nies ħafna viċin tiegħi u dawk għal qalbi. Wara l-ewwel ġimgħat mit-tieġ tiegħek kemm tħoss li nbidlet ir-rutina tiegħek ta' kuljum? Diġà kont f'rutina peress li jien u Frankie it-tnejn konna noqogħdu l-Belt flimkien u ppruvajna nżommu kollox l-istess. Apparti li forsi nżidu ftit safar aktar fiż-żmien li ġej. Xi tgħidilna dwar il-qamar il-għasel? Il-qamar il-għasel għadu ġej! Kif diġà għidt peress li f'dan il-perjodu ninsab imħabbta bil-preparazzjoni tal-Miss World Malta, kelli nagħmel ċerti għażliet u fil-fatt biex kollox jitlaħħaq fil-ħin tiegħu, minħabba fl-iskeda ta' preparamenti li jkun hemm mar-rebbieħa tal-konkors saż-żmien meta tmur it-Tajlandja, kellna nwarrbu fil-ġenb il-pjan li mmorru għall-qamar il-għasel. Però jien u Frankie diġà qed naraw xi destinazzjonijiet biex kif jgħaddi l-finali tal-konkors Miss World Malta mmorru nqattgħu ftit jiem għalina għall-kwiet. Min hu l-aktar romantiku? Int jew Frank? Naħseb it-tnejn li aħna. Imma jien u Frank inħobbu nqattgħu ħafna ħin waħedna d-dar peress li bix-xogħol li t-tnejn li aħna għandna, inqattgħu ħafna ħin niltaqgħu kontinwament ma' ħafna nies u għaldaqstant il-fatt li nkunu fid-dar għalina għall-kwiet hija xi ħaġa li t-tnejn li aħna nfittxu u ngħożżu għax napprezzaw il-ħin tagħna flimkien u napprezzaw il-kumpanija ta' xulxin. Liema hija l-aktar ħaġa romantika li qatt għamillek Frank? Diffiċli nintrabat ma' xi ħaġa partikolari għax Frankie huwa bniedem spontanju ħafna u kultant is-sorpriżi tiegħu ma jkunux ippjanati. Iżda mhux sejra ma nsemmix xi ikliet sorpriża li ħadni għalihom minn żmien għall-ieħor. Kelmtejn ma' Frank Frank, x'kienu l-ewwel impressjonijiet tiegħek dwar Sue meta ltqajt magħha l-ewwel darba? Jien u Sue ilna nafu lil xulxin għal snin twal ħafna però nistqarr li f'dawn l-aħħar snin Sue biddlitni ħafna u bħala persuna llum il-ġurnata nħossni aktar issetiljat. Min minnkom hu l-aktar romantiku? Int jew Sue? Bla dubju ta' xejn li l-aktar waħda romantika minna t-tnejn hija Sue. Liema hija l-aktar ħaġa romantika li qatt għamlitlek Sue? Sue tħobb toħroġ għal-lunches u mhux l-ewwel darba li nsib li tkun ippjanat xi sorpriża fejn tkun ippjanat xi safra. Hija persuna sensibbli ħafna u jien u hi mhux talli napprezzaw lil xulxin, iżda nkunu fejn inkunu, nieħdu gost ħafna bil-kumpanija ta' xulxin. Issa li tinsab miżżewweġ, kif taħseb li se tinbidel ir-rutina ta' kuljum? Mhemmx wisq affarijiet differenti għax ir-rutina tagħna t-tnejn baqgħet l-istess. It-tnejn li aħna mmorru bħas-soltu għax-xogħol u ovvjament wara sigħat twal li nkunu qattajna man-nies, infittxu li nqattgħu ħafna ħin għalina. Xi jmiss aktar fl-impenji tiegħek ta' xogħol għaż-żmien li ġej? Bħalissa nkunu qed nippreparaw għas-sajf. Tista' tgħid li s-sena kollha hi waħda impenjattiva però hekk kif ikompli joqrob is-sajf, dan ifisser li ħafna aktar nies se jkunu qed ifittxu l-istabbilimenti tad-divertiment u għalhekk xi ftit jew wisq, ix-xogħol fil-qasam tiegħi, jiżdied ftit aktar mis-soltu. Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fir-rivista l-Gwida li toħroġ kull ġimgħa u ssibuha għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/keith-u-alexia-demicoli-ir-regoli-importanti-hafna-fit-tishih-ta-relazzjoni | Keith u Alexia Demicoli – Ir-Regoli Importanti Ħafna fit-Tisħiħ ta' Relazzjoni | www.gwida.mt | Lil Keith Demicoli issa drajnih sew li hu sinonimu mal-ġurnaliżmu, iwasslilna l-aħbar b'mod mill-aktar professjonali, f'din l-intervista nsiru nafu aktar dwaru mill-aspett personali, partikolarment dwar ir-relazzjoni ta' bejnu u l-mara tiegħu Alexia. Keith u Alexia jirrakkuntaw l-istorja ta' kif iltaqgħu u kif bdiet ir-relazzjoni tagħhom, li minn dakinhar ma ħarsu lura qatt. F'Novembru tal-2005 ltqajt ma' ħabiba tiegħi li nsertat kienet ma' Alexia wara riċeviment tal-ġurnalisti. Ftit minuti wara kollega tiegħi fil-ġurnaliżmu saqsieni mmur fuq Alexia u ngħaddilu kelma! Alexia assertiva u ma tantx iddur mal-lewża. Qaltli minnufih li ma kinitx interessata. L-istorja waqfet hemm iżda ftit jiem wara erġajna ltqajna u Alexia kienet staqsitni ngħinha fil-karozza għax kienet qed ittiha problemi tmur lura d-dar. Kien hawn li tajna n-numri lil xulxin u kif waslet id-dar bagħtitli grazzi. Minn hemm bdejna nikkomunikaw aktar sikwit u fil-festa tal-Kunċizzjoni tal-2005 bdiet l-istorja ta' mħabba li t-tnejn naħdmu qatigħ biex ma tintemm qatt. Alexia: Fil-bidu li sirt naf lil Keith ma ħsibt fuq xejn għax jien tip ta' persuna li nkellem lil kulħadd u ma nħalli xejn jinfluwenzali l-ġudizzju tiegħi. Wara ftit żmien l-umiltà u s-sinċerità tiegħu ħallew impatt fuqi. Keith: Alexia hi attrajenti ħafna u meta rajtha l-ewwel darba qatt ma ħsibt li setgħet tkun tiegħi. Għadni s'issa naħseb 'it's too good to be true'. Niftakar li fil-bidu meta konna għadna insiru nafu lil xulxin Keith kien qalli li ma setax jidħol f'relazzjoni għax kien missier. Issorprenda ruħu meta għidtlu li għalija ma kinitx problema. Għalija l-fatt li kien missier fissret li kien persuna responsabbli, sensittiv, li d-dinja ma ddurx miegħu biss u li għandu intelliġenza emozzjonali li fil-fehma tiegħi hi aktar importanti mill-intelliġenza intellettwali f'relazzjoni. Maż-żmien irrealizzajt li Keith kellu u għad għandu dawn il-kwalitajiet. Keith: Aħna ddeċidejna li niżżewġu b'mod każwali ħafna. Konna mistednin tieġ ta' koppja ħbieb t'Alexia u waqt it-tieġ għamilna lejla sħiħa nanalizzaw ir-relazzjoni tagħna u rrealizzajna li kien wasal iż-żmien li neħduha f'livell ieħor. F'waqt minnhom Keith semma ż-żwieġ u t-tnejn lissinna "iva niżżewġu". Mill-għada filgħodu bdejna bit-tħejjijiet! It-tnejn bqajna ngħixu l-ħajja miżżewġa bl-istess entużjażmu u eċitament daqslikieku għadna qed nibdew noħorġu flimkien. Illum għadna nkunu ħerqana li mmorru nieħdu kafè flimkien, insiefru flimkien, naqraw flimkien, nagħmlu eżerċizzju fiżiku flimkien u fuq kollox li nikkomunikaw flimkien. Għalhekk issaħħaħna għax aċċettajna d-differenzi fil-karattri u l-personalitajiet tagħna waqt li bqajna nagħtu lilna nfusna lil xulxin kif effettivament wegħdna li nagħmlu fl-2011. Kollox jiddependi mill-kwalità mhux mill-kwantità. Din mhux clichè. Hemm differenza bejn tiekol flimkien madwar mejda bil-mobile f'idejk jew moħħok fit-TV flok tikkomunika dwar kif marret il-ġurnata. Ironikament kienet it-tifla Rianne li kienet tatna l-aħjar tagħlima dwarha din. Darba minnhom kienet ġibdet l-attenzjoni ta' Keith fuq l-użu tal-mobile u minn hemm 'il quddiem għamilnieha regola li kif inpoġġu mal-mejda ma jiġix magħna. Ir-regoli importanti ħafna fit-tisħiħ ta' relazzjoni. Il-komunikazzjoni kruċjali u l-qofol ta' kollox. Il-mument li ma tibqax titkellem u tesprimi dak li tħoss, tibda taħbi, tfittex il-wens ta' ħaddieħor u possibilment tibda tisfaxxa r-relazzjoni. L-ebda relazzjoni ma tissaħħaħ f'hakka t'għajn. Irnexxilna niżviluppaw relazzjoni mibnija fuq il-fiduċja u l-imħabba għax sa mill-ewwel ġurnata li ltqajna aċċettajna d-differenzi fil-karattri u żammejna r-rispett u l-komunikazzjoni fiċ-ċentru tar-relazzjoni tagħna. Alexia għamlitni persuna aħjar u f'dak kollu li għamilt u għadni nagħmel sibtha spalla ma' spalla miegħi mhux sempliċiment warajja. Ma stajtx insib aħjar. Qatt ma bsart li f'din id-dinja se nsib persuna li verament tinsa lilha nnifisha biex tagħtiha lil ħaddieħor bl-għemil u bil-fatti flok bil-kliem sabiħ. Għandha sens kbir ta' altruwiżmu u mħabba. Mhux biss aċċettat li kont missier imma sa mill-ewwel ġurnata rat u ħadmet biex it-tifla tkun tassew prijorità f'ħajti u fir-relazzjoni tagħna. Dak kollu li xtaqt f'raġel sibtu f'Keith. Huwa sinċier, umli, ġenwin, bla ħażen, qalbu tajba, ċajtier u nħaddnu l-istess valuri. Kburija li hu r-raġel tiegħi. Alexia: Jien, bla ebda dubju iżda Keith jaf jissorprendik meta l-anqas li tkun qed tistenna. Jien nikkuntenta ruħi b'sorpriżi u rigali żgħar. Darbtejn minnhom kien imsiefer f'Jum San Valentinu bla mistenni sibt il-ward ix-xogħol waqt li ħalla card mimlija kliem sabiħ taħt is-seat tal-karozza! Keith: Kważi f'kull għeluq snini Alexia jirnexxilha tissorprendini b'xi sorpriża. Darbtejn minnhom taparsi se mmorru għal kafe l-ajruport u spiċċajna fuq ajruplan għal tliet ijiem l-Italja, pajjiż favorit tagħna t-tnejn. Tliet darbiet oħra organizzatli festin sorpriża! Kollha kienu speċjali. Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fir-rivista l-Gwida li toħroġ kull ġimgħa u ssibuha għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/joseph-chetcuti---il-programm-arani-issa-qisu-t-tarbija-tieghu | Joseph Chetcuti - Il-Programm Arani Issa Qisu T-Tarbija Tiegħu | www.gwida.mt | L-avukat u l-preżentatur Joseph Chetcuti, jew aħjar kif inhu magħruf l-aktar, Joseph tal-vjolin ikellimna dwar il-bidu tal-karriera tiegħu bħala preżentatur, l-involviment tiegħu fil-Eurovision Young Dancers u l-Eurovision Young Musicians u kif ukoll dwar il-fatt li baqa' assoċjat mal-vjolin fejn jistqarr li ma jiddejjaq xejn Arani Issa huwa l-mimmi t'għajnejja, qisu t-tarbija tiegħi li wellidt u qed inrabbi b'għożża liema bħala. Matul is-snin kiber u evolva u nistgħu ngħidu li llum hu l-akbar programm fix-xena tat-televiżjoni lokali b'kuxjenza soċjali qawwija. Iżda proprju din is-sena Arani Issa għadda minn face-lift liema bħalu. Ir-responsabbilitajiet huma immensi. L-ewwelnett hemm piż finanzjarju qawwi ħafna, bla dubju hu wieħed mill-aktar programmi, jekk mhux l-aktar programm li jinvolvi spejjeż fil-produzzjoni. Apparti minn hekk il-programm jinvolvi tlett stejjer kbar kull ġimgħa fejn jiġu ippremjati nies li tassew jistħoqilhom, eroj siekta li jgħixu viċin tagħna mingħajr forsi ma nintebħu. Hu għalhekk li minn hawn jien ngħid grazzi mill-qalb lill-isponsors għeżież tiegħi, li kulma jmur, sena wara l-oħra, dejjem jiżdiedu. Grazzi mill-qalb lil kull wieħed u waħda minnkom tal-fiduċja li turu fija u fil-programm tiegħi. Meta jien inxandar il-programm inħossni qisni qed inwelled tarbija, ikolli eċitament kbir u emozzjoni liema bħala u dan għaliex meta nara l-elementi kollha tal-programm jingħaqdu u b'għaqal kbir jintisġu fi programm mill-isbaħ hemmhekk inħossni kburi li jien immexxi programm bħal Arani Issa, u aktar u aktar kburi li nwasslu lit-telespettaturi li kif dejjem ngħid, jistħoqqilhom biss l-aħjar u l-isbaħ! Minn dejjem kont noħlom li jien għad insir preżentatur. Niftakarni minn mindu kont żgħir, l-uniku mod kif ommi u missieri kienu jirnexxilhom jikkalmaw lil dan it-tifel imqareb u mqarqaċ hi meta jiftħuli t-televiżjoni u kont minn età żgħira ħafna nara u nsegwi bosta preżentaturi tat-televiżjoni Taljani. Biss, bdejt il-karriera televiżiva tiegħi bħala l-vjolinist ta' Xarabank u wara sena u nofs kont ġejt avviċinat minn Net Television biex nippreżenta daily mal-brava Monica Attard. Ftit xhur wara kienu offrewli biex nippreżenta l-Malta Eurovision Song Contest. Niftakar lil missieri jgħidli "Int miġnun, għadek tibda, m'għandekx l-esperjenza biex tmexxi l-aktar kompetizzjoni segwita fil-gżejjer tagħna!". Iżda jien rasi iebsa u jekk għandi ħolma ma noqgħodx bi kwieti sakemm isseħħ. Dħalt għal dik l-isfida b'ruħi u b'ġismi u ħriġt tassew bl-unuri! Wara dak in-nhar ma ħarist qatt lura u bqajt kull sena, mingħajr waqfien, issa għal dawn l-aħħar għoxrin sena! Din hija fergħa tal-kontribut fix-xena tat-televiżjoni lokali li hi għal qalbi ħafna. Il-PBS fdali f'idejja l-organizazzjoni tal-Eurovision Young Dancers u l-Eurovision Young Musicians, rappreżentazzjonijiet li jseħħu b' mod alternat sena wara l-oħra. Flimkien mad-diriġenti tal-PBS, norganizzaw l-għażla tar-rebbieħ/a ta' dawn il-konkorsi, nippreżenta s-serata finali u nieħu ħsieb l-istess rebbieħ fil-kompetizzjoni, fil-pjattaforma Ewropea. Hekk hu, jien kont, għadni u nibqa' magħruf bħala Joseph tal-vjolin u xejn ma jiddispjaċini għaliex kburi ħafna bit-talent tiegħi u bl-assoċjazzjoni ma' strument li tista' tgħid kien iċ-ċavetta li fetħitli l-bibien beraħ għal dak kollu li għandi llum. Bdejt ta' età żgħira ħafna, ta' ħames snin, jiġifieri ili ndoqq il-vjolin 'il fuq minn 40 sena u għadu l-mimmi t' għajnejja sal-ġurnata tal-lum. Iva għandi oħti tewmija li nħobbha daqs dawl għajnejja għalkemm niġġieldu mhux ftit. Hi esperjenza inkredibbli li tkun tewmi u jkollok rabta ma' oħtok li ma tistax tiddeskriviha, rabta soda u qawwija li ebda għawġ u nkwiet ma jista' qatt ikissirha. Inħobbha ħafna 'l oħti l-għażiża u nixtiqilha d-dinja kollha. Memorji tat-tfulija għandi kemm trid, waħda li nibqa' niftakar hi dik meta ftehmna biex insakkru lil ommi barra, u rnexxilna tafux! Imma ma ngħidilkomx il-kastig li qlajna wara, imma l-pjaċir li kont ħadt nara ommi tinkwieta għax sakkarnieha barra ma nista' ninsieh qatt, ovvjament ta' tfal li konna! Il-professjoni ma nħossx li ġiet affetwata, jew jekk forsi ġiet, verament mill-inqas. Jien nagħmel kollox b'dedikazzjoni kbira u kulma nagħmel nagħti ħilti kollha kemm f'qasam u kemm f'ieħor. Jien naqra ta' perfezzjonist f'kulma nagħmel u dak kollu li jiġi għal idejja rrid nagħmlu minn qalbi u b'dedikazzjoni kbira, dik hi r-riċetta tas-suċċess f'kull ma nagħmlu fil-ħajja! Bla dubju meta tpoġġi lill-persuna l-oħra qabel l-interessi tiegħek. Hemm tkun taf kemm verament tħobb persuna, meta tiċċaħħad int biex tara lil ħaddieħor ferħan u jimxi 'l quddiem. Men for Others kienu jgħiduli l-Ġiżwiti l-iskola u l-eżempju ta' ommi u missieri tani baħar ta' valuri li jien nibqa' nħaddan sakemm nibqa' fuq wiċċ din id-dinja. Iva ħafna. Jien immur quddiesa kuljum, nipprova ma nitlifha qatt. Ngħid grazzi lill-Mulej ta' dak kollu li tani, tas-suċċessi tiegħi, tas-saħħa tieghi u ta' familti u nitlob dejjem biex inkun kuntent u ferħan b'dak li għandi, u ngħidilkom illi nibda l-ġurnata bi grinta kbira u b' entużjażmu liema bħalu. Jien bħal tifel żgħir u mqareb, għajnejja dejjem iżebbġu u dejjem naħseb x'nista' nagħmel b'ħajti. Iva jien noħlom ħafna, għax min ma joħlomx ma jgħix. Għandi ħolma ta' produzzjoni televiżiva li qed tinħema bil-mod il-mod, ħolma li ma nixtieqx niżvela iżda li tfisser ħafna għalija u meta sseħħ żgur li nkun qed intir bil-ferħ! | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/michela-galea-li-tisma-isem-malta-bhala-rebbieha-kien-ta-sodisfazzjon-kbir | Michela Galea: "Li Tisma' Isem Malta Bħala Rebbieħa Kien Ta' Sodisfazzjon Kbir." | www.gwida.mt | Michela Galea, l-kantanta, l-attriċi u l-mudella. Kantanta residenti għal dawn l-aħħar snin waqt il-programm tas-sibt flgħaxija The Entertainers fuq Net TV. Tkellimna ftit ma' Michela biex insiru nafuha aktar mill-qrib, iddiskutejna magħha l-esperjenzi li kellha s'issa fil-karriera tagħha, dak li qed tagħmel u dak li għandha pjanat għal ġejjien! Forsi niskopru ukoll xi intriċċ jew ieħor! Ma tafx kif! Kemm fil-kant, fir-reċtar u fl-imudellar irid ikollok preżenza fuq il-palk u anke għat-televiżjoni. Trid tkun kunfidenti u b'attitudni pożittiva. Kull dixxiplina għandha l-isfidi tagħha però kieku jkolli nagħżel dixxiplina li nsib l-aktar ta' sfida tkun l-imudellar. Mistoqsija daqsxejn diffiċli għaliex ma nistax nagħżel dixxiplina waħda. Il-mużika u d-drama huma wisq għal qalbi allura diffiċli ħafna biex nagħżel. Din l-opportunità ġiet vera bla ħsieb. Lanqas qatt f'mitt sena ma kont nobsor li se nipparteċipa ġo kuntest tal-imudellar speċjalment fil-kuntest Miss World Malta. Diversi nies kienu dejjem jinkuraġġuni biex nibda nimmudella, u biex ngħid il-verità, l-imudellar minn dejjem kien jogħġobni però qatt ma ħadt il-pass biex nibda nimmudella. Iddeċidejt nidħol għal din il-kompetizzjoni biex nipprova xi ħaġa ġdida u kont nemmen li hija pjattaforma tajba għall-karriera tiegħi. Niftakar meta sirt naf li kont għadni kif irbaħt it-titlu ta' Miss World Malta bqajt iċċassata, ma stajtx nemmen però kont kuntenta mmens. Il-preparazzjonijiet għal din l-avventura kienu ħafna, fosthom, deċiżjonijiet mat-tim rigward il-ħwejjeġ u l-ilbiesi li kelli nieħu miegħi, li nżomm ruħi fiżikament attiva u li niekol healthy, preparazzjonijiet għall- fast track competitions li jsiru f'Miss World fosthom talent, sports, Beauty with a Purpose u Multimedia fost ħafna iktar preparazzjonijiet. Kont fis-seba' sema. Li tisma' isem MALTA bħala rebbieħa kien ta' sodisfazzjon kbir iktar u iktar għax kienet l-ewwel darba li Malta rebħet dan it-titlu. Titlu li fisser ħafna għalija. Kien hemm madwar 100 kontestanta madwar id-dinja jiġġieldu għal dan it-titlu. It-talent li rajt kien inkredibbli: kien hemm kantanti, żeffiena, mużiċisti u min jagħmel il-maġija. Il-fatt li jiena u Malta rbaħna dan it-titlu kien ta' sodisfazzjon kbir. Esperjenza li nibqa' nġorr tul ħajti kollha. L-avventura kollha kienet sabiħa. Iltqajt ma' kontestanti mid-dinja kollha b'kulturi differenti. Żorna postijiet ferm sbieħ ġewwa ċ-Ċina fosthom ġo gżira jisimha Hainan, Shenzhen, Guangzhou, Sanya, fost oħrajn. In-nies tal-pajjiż huma fanatiċi ħafna fuq Miss World u kull fejn konna mmorru konna nsibu għadd kbir ta' nies lesti biex jieħdu r-ritratti. Sfida waħidha kienet li vvjaġġajt waħdi għal tul ta' ħin fejn kelli nħabbat wiċċi ma' diversi sfidi sakemm wasalt u ġejt milqugħa mill-kontiġent ta' Miss World. Sfida oħra kienet li ridna nbakkru kmieni filgħodu biex nippreparaw kif nidhru inkluż xagħarna, irtokk, ilbies u ġojjelerija, għax kull ġurnata kienet tkun mimlija b'ħafna attivitajiet, avvenimenti u appuntamenti u dan kollu kien joħloqilna stress kbir però dejjem żammejt f'moħħi li qed nirrapreżenta lil pajjiżi, u għaldaqstant nistqarr li għamilt ħilti biex dejjem nidher tajba kemm fl-attitudni kif ukoll fil-impenji li kellna. Missieri Adrian huwa kantant, mużiċista u perkussjonista. In-nannu tiegħi huwa Edwin Galea li huwa kantant u mużiċista. Kien irrappreżenta lil Malta ġewwa l-Ġappun u rebaħ it-titlu tal-Aqwa Kantant fost 37 pajjiż madwar id-dinja. Il-bużnannu tiegħi m'huwa ħadd ħlief il-mużiċista u 'showman' popolari Oscar Lucas. Il-familja tiegħi ħalliet impatt kbir fil-karriera tiegħi għax il-mużika daħlet b'mod naturali. Huwa ta' sodisfazzjon kbir u kont inkun ħerqana għall kull ġimgħa biex niltaqa ma' diversi kantanti u mużiċisti bravi li għandna f'pajjiżna. Nista' ngħid li dejjem ħadt il-programm bis-serjetà u b'responsabbilità kbira. Min jafni, jaf kemm il-lingwa Maltija hija għal qalbi b'mod speċjali l-kanzunetti bil-Malti. Iż-żewg konkorsi huma prestiġġjużi f'Malta u għalhekk inħossni onorata li rbaħthom. Kemm meta rbaħt bil-kanzunetta Mixja Li Bdiet u wkoll meta rbaħt bil-kanzunetta dwar id-dinja tal-imudellar, Mhux Kulma Jleqq Deheb Proġetti dejjem ikun hemm, nipprova naħtaf kull opportunità li tiġi u din is-sena għandi proġetti sbieħ ħafna. Kull esperjenza qiegħda hemm għal tagħlima u minn din l-esperjenza ħassejt is-sapport qawwi tal-poplu Malti u Għawdxi li ħallieli impatt pożittiv u sabiħ biex inkompli nikber bħala artista. L-hena tiegħi nistudja u ninterpreta karattri differenti li bla dubju joħolqu sfida u sodisfazzjon kbir meta nara r-riżultat finali. Bla dubju, l-akbar sfida huwa t-teatru għaliex in-nies tħosshom preżenti miegħek fil-veru sens tal-kelma. Ir-reazzjonijiet tan-nies waqt ix-xogħolijiet teatrali tismagħhom u tarahom dak il-ħin. It-televiżjoni minn naħa l-oħra jsiru jafuk iktar nies. Allura, kemm it-televiżjoni u l-palk ituni sodisfazzjon kbir. Hija esperjenza ta' ħlewwa liema bħalha li tara l-istudenti juru potenzjal, interess u imħabba lejn l-arti, dan lili jimlieni b'ferħ biex inkompli nwassal dak kollu li tgħallimt u li naf b'qalbi kollha. Dejjem nipprova nqassam il-ħin biex nagħmel dawn l-affarijiet u b'xi mod jirnexxieli dejjem. Inħossni nirrilassa meta mmur nara xi film, immur it-teatru, nattendi xi kunċert, noħroġ mal-ħbieb u nqatta' l-ħin mal-familja. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/l-esperjenza-gdida-tar-radju-u-dwett-taghha-ma-mary-rose-mallia | Amber Bondin – L-Esperjenza Ġdida Tar-Radju U Dwett Tagħha Ma' Mary Rose Mallia | www.gwida.mt | The Ride Home hu l-programm tar-radju li bdiet tippreżenta Amber flimkien ma' Dorian. Nistaqsu lil Amber kif sejra fl-ewwel esperjenza tagħha f'dan il-qasam. Insemmu l-kanzunetta Tifkiriet, li ħarġet flimkien mal-kantanta veterana Mary Rose Mallia. Amber tiżvela li bħalissa qed taħdem fuq l-album il-ġdid tagħha. Il-Ħanina Maddalena kienet il-produzzjoni li nibtet f'Amber interess ġdid, dak lejn it-teatru. U xi ġralha waqt waħda mir-rappreżatazzjonijiet? Din hija l-ewwel esperjenza tiegħi fuq ir-radju u onestament qatt ma immaġinajt li ħa nkun qed nippreżenta programm. Carlo Borg Bonaci kien dejjem jgħidli li għandi nipprova nippreżenta fuq ir-radju xi darba però jien qatt ma ħsibt li xi darba ħa jkolli programm tiegħi fuq ir-radju. Sakemm din is-sena reġa' bagħat għalija Carlo u reġa' staqsini jekk nitħajjarx. Iddeċidejt li nippruvaha u nara kif immur. Ma' Dorian qatt ma ħdimt qabel, kont nafu biss ftit allura kont ftit xettika jekk naqblux. Però nista' ngħid li ma setax ikolli co-host aħjar minn Dorian. Immorru tajjeb ħafna flimkien, u pjuttost nidħku iżjed off air milli on air. L-esperjenza tar-radju hija xi ħaġa li vera qed nieħu gost nagħmel. Qed nieħu pjaċir niltaqa' man-nies u jgħiduli li jieħdu pjaċir jisimgħu l-programm. Għalija tifsser ħafna dik. Għall-bidu kont daqxejn imbeżża', biex ngħid il-verità. Bħal kwalikwa ħaġa oħra meta tkun l-ewwel darba, iktar tibda tara l-affarijiet ħżiena milli s-sabiħ. Bdejt nibża' li neħel, jew ma nkunx naf x'se naqbad ngħid, li se nidejjaq jew forsi ma togħġobnix l-esperjenza jew li ma mmurx tajjeb ma' Dorian. Pjuttost sar kollox l-oppost għaliex spiċċajt qed nitkellem ħafna u lil Dorian ma nagħtihx ċans. Ma nidejjaq qatt nagħmlu l-programm u qiegħda nitgħallem ħafna affarijiet ġodda kuljum. Ħafna sodisfatta. Ir-rispons hu importanti ħafna għalija. Hemm min jgħidilna li għalihom aħna wens jew inżommulhom kumpanija. Apparti li llum il-ġurnata n-nies qed idumu iktar fit-traffic allura mhux dejjem iħobbu jisimgħu mużika biss, u jkunu jridu jisimgħu nies jitkellmu u jiddiskutu. Għalhekk aħna kemm jista' jkun nippruvaw nagħmlu l-ħin tan-nies fit-traffiku iktar rilassanti. Aħna fl-aħħar mill-aħħar il-programm nagħmluh għan-nies, allura r-rispons hu importanti ħafna. Waqt il-Ħanina Maddalena, il-musical li ħadt sehem fih dan is-sajf iltqajt ma' Simon Bartolo li kien il-kittieb ta' dan il-musical. Flimkien tkellimna u xtaqna li xi darba naħdmu fuq diska flimkien. Kellna xi ħaġa komuni li bla ma ridna iktar għaqqditna biex naħdmu fuq mużika flimkien. Din kienet Mary Rose Mallia. U minn hemm bdiet l-idea għal 'Tifkiriet'. Iltqajna ma' Elton Zarb biex naħdmu fuq il-mużika, kif ukoll ma' Olwyn Jo Saliba biex nitkellmu dwar il-vidjow mużikali. Konna tim tal-ġenn naħdmu flimkien, u dħakna ħafna, tkellimna ħafna u ħdimna ħafna wkoll. Tifkiriet hija diska għal qalbi ħafna. Mary Rose Mallia tagħmilha speċjali ħafna. Mara b'esperjnza kbira fix-xena tad-divertiment u li baqgħet saqajha mal-art. Għandek ukoll it-tema tad-diska fejn fiha jisemmew diversi kanzunetti Maltin li huma familjari ma' kulħadd u li forsi maż-żminijiet intesew ftit. Għalhekk bis-saħħa ta' din id-diska erġajna tajna ġieh lil dawn id-diski. Mary Rose Mallia għalija hi l-iktar artista Maltija li nammira, allura l-fatt li kantajt magħha kien ta' unur kbir għalija. Kelli ċ-ċans insir naf lil Mary Rose Mallia iktar mill-viċin. Mara b'ħafna enerġija, b'ħafna affarijiet x'tirrakonta li bla trid tpoġġi u tintefa' tismagħha titkellem, għax issaħħrek. Sirt napprezza iżjed il-palk u l-musicals speċjalment għax stajt nifhem iżjed kemm jinvolvi nies u ħin, u dedikazzjoni. Fetaħli ħafna bibien ġodda. Apparti l-fatt li tgħallimt ħafna minn dan il-musical. Hekk hu, f'Novemebru gradwajt f'Master in Innovation & Creativity mill-fakkulta ta' Edward Debono ġewwa l-Università ta' Malta. Kienet kisba importanti ħafna għalija. Ma kinitx faċli għalija li nagħmel din il-master għaliex kienet tirrikjedi ħafna ħin imma rnexxili u għamiltha. L-iktar ħaġa sabiħa kienet li rajt lil ommi u missieri kuntenti waqt il-gradwazzjoni għaliex bħal ħafna ġenituri oħra għamlu ħafna sagrifiċċji biex jien u oħti nkunu nistgħu nibqgħu nistudjaw. Jien qatt ma ngħid le għal sfida. Għalkemm ngħid li se nieqaf nistudja, xota tibqa' tberren f'moħħi li nerġa' nistudja għal xi ħaġa oħra. Nixtieq nesplora iktar it-teatru speċjalment minn aspett ta' musical. Iva, bħalissa qed naħdem fuq l-album il-ġdid tiegħi fejn qed nikteb il-materjal jien stess. Hu proċess twil ħafna u jirrikjedi ħafna paċenzja u xogħol iżda qed nieħu ħafna gost naħdem fuqu. Bħalissa qiegħdin fl-aħħar fażi tal-kitba, li tista' tgħid hija l-iktar parti kruċjali. Nota: Dan l-artiklu deher l-ewwel fuq il-publikazzjoni ta' kull ġimgħa Gwida. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/cliff-zammit-stevens-it-tenur-li-waqqaf-il-fondazzjoni-marcy-b-dedika-ghall-mama-tieghu | Cliff Zammit Stevens – It-Tenur Li Waqqaf II-Fondazzjoni Marcy B'Dedika Għall-Mamà Tiegħu | www.gwida.mt | It-tenur magħruf Cliff Zammit Stevens irnexxilu jbiddel esperjenza negattiva f'waħda pożittiva billi waqqaf il-Fondazzjoni Marcy. Fondazzjoni ddedikata għall-mamá tiegħu, li kienet vittma ta' vjolenza domestika u li ħallietna f'Novembru tal-2017. Cliff jgħid li l-mamà tiegħu tfisser kollox għalih u ħass li ried jagħmel xi ħaġa li mhux biss jonora l-memorja tagħha imma li biha jgħin lil ħaddieħor. Wara s-suċċess tal-interpretazzjoni tal-kanzunetta XEMX flimkien ma' Ira Losco. Qiegħdin ngħixu f'dinja fejn kulħadd jipprova jkun l-aħjar, jaħdem l-aktar u jżomm b'saħħtu. Li nwaqqaf din il-fondazzjoni inkredibbli, li nispera li tagħmel differenza fis-soċjetà tagħna, kienet l-akbar sfida tiegħi. Jien uman, li bħal ħafna vittmi oħrajn, għaddejt minn ħafna esperjenzi diffiċli, u kienu proprju dawk l-esperjenzi li wassluni għall-persuna li jien illum. Nispera li din il-fondazzjoni tispira lil kull min għaddej minn sitwazzjonijiet simili biex ikissru s-silenzju u jfittxu l-għajnuna meħtieġa. L-għan tal-Fondazzjoni Marcy hu li tkompli tqajjem kuxjenza dwar ħames pilastri prinċipali li huma l-vjolenza domestika, l-abbuż tad-droga, is-saħħa mentali, l-HIV u l-abbuż fuq it-tfal u se tkun qed tniedi pilastru minnhom fis-sena fil-ħames snin li ġejjin. Il-fondazzjoni hi bbażata fuq il-valuri tal-onestà u tjubija u se tkun qed twassal il-messaġġ b'mod l-aktar miftuħ, kif wara kollox kienet il-mamà tiegħi – persuna onestà, twajba u moħħha miftuħ. Għalissa din l-Fondazzjoni qed tiffunzjona permezz ta' sit elettroniku li tipprovdi tagħrif u fatti. Kollha għandhom l-istess importanza u sensittività. Huma kollha kwistjonijiet li jew għaddejt minnhom jien stess jew li nies qrib tiegħi għaddejjin minnhom allura naf sew l-istigma u mistħija li wieħed iġorr b'konsegwenza ta' dan. XEMX kienet waħda mill-kanzunetti favuriti tal-mamà u allura ħassejt li kienet adattata biex niddedikaha għaliha. Il-lirika hi b'saħħitha ħafna u titrasmetti pożittivitá u kuraġġ, li jagħmlu din il-kanzunetta l-għażla perfetta biex ġiet iddedikata wkoll għall-Fondazzjoni Marcy. Jien, flimkien ma' Ira u Howard (il-maniġer ta' Ira) qattajna sigħat twal fl-istudjow naħdmu fuq din il-verżjoni ġdida u ninsab immeraviljat bir-reazzjoni pożittiva tal-pubbliku, kemm għall-kanzunetta u anki għall-vidjow. Jien inħoss li kulħadd għandu juża l-vuċi tiegħu biex iwassal il-messaġġ. Meta niġu għall-artisti imbagħad, ikun hemm dak il-vantaġġ li jkollok ammont akbar ta' nies li jsegwuk u allura jkollok l-opportunità li tilħaq aktar nies. Fil-każ tiegħi ridt li nonora lill-mamà billi nwaqqaf fondazzjoni li tgħin oħrajn u tqajjem kuxjenza. L-aħbar tat-tnedija nfirxet ma' ħafna u nista' ngħid li hi esperjenza sabiħa mmens li tara dak li tkun xtaqt jirnexxi. Din hi parti mill-akbar missjoni li trid twettaq il-Fondazzjoni Marcy. Meta nirrakkuntaw l-istorja tagħna, ħafna drabi niffukaw fuq il-pożittiv, is-suċċessi u nagħtu dehra ta' ħajja mimlija kuntentizza u kompluta. Min-naħa l-oħra, naħbu l-battalji li nkunu għaddejjin minnhom internament u fis-silenzju. Ħafna drabi noqgħodu lura milli ninfetħu dwarhom minħabba mistħija jew biża' għal x'se jaħsbu n-nies. Il-verità hi li kollha kemm aħna ngħaddu minnhom, kemm direttament u kif ukoll indirettament. Il-messaġġ tiegħi hu li intom biss tkunu tafu meta tkunu lesti biex tfittxu l-għajnuna. Il-mamà damet aktar minn 20 sena. Sfortunatament hi sitwazzjoni delikata ħafna, u intensiva ħafna aktar milli wieħed jaħseb. L-abbuż u l-manipulazzjoni jiġu psikoloġikament ukoll u hemm fejn titfaċċa l-akbar battalja. Ftakru li s-saħħa biex tikkumbattu l-battalja qiegħda x'imkien ġewwa fikom, intom uniċi u ħadd ma jistħoqqlu li jgħaddi minn dak li qed tgħaddu minnu. L-għajnuna qiegħda DEJJEM hemm, l-entitajiet kollha dejjem lesti biex jipprovdu l-għajnuna kollha li għandkom bżonn. Fejn hemm il-ħajja hemm it-tama'. Nipprova dejjem ngħix b'din f'moħħi. Minkejja li għaddejt minn ħafna sfidi diffiċli fil-ħajja tiegħi, m'għandix dispjaċiri u nħossni ferm kburi bil-persuna li jien illum. Permezz tal-fondazzjoni rnexxili nbiddel esperjenza negattiva f'waħda pożittiva għaliex mhux biss onorajt il-memorja tal-mamá imma se tkun qed tgħin lil dawk fil-bżonn. Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fir-rivista l-Gwida li toħroġ kull ġimgħa u ssibuha għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/jekk-iggib-kelb-gibu-ghall--hajtek---julie-pomorski | "Jekk iġġib kelb, ġibu għall-ħajtek!" - Julie Pomorski | www.gwida.mt | Julie Pomorski, mhux wiċċ ġdid żgur fix-xena lokali. Bdiet ta' età żgħira tippreżenta fuq it-televiżjoni u kisbet ukoll suċċess bħala kantanta fejn rajnieha fil-Malta Eurovision u rebħet ukoll l-Għajna tal-Poplu u s-Summer Hit Song Contest. Illum il-ġurnata qed taħdem fuq materjal mal-band tagħha u hi wkoll għalliema tal-vuċi. Imma 'il bogħod minn dan kollu, Julie għandha tlett iklieb tal-istess razza, ferm u ferm għal qalbha. Kważi kważi qishom it-tfal tagħha u dawk kollha li jafuha, anke ftit, jafu kemm Julie l-ħin kollu titkellem dwar il-klieb tagħha. Mir-ritratti li ħa taraw, ma tistgħux ma tiggustawx lil dawn il-klieb. Aħna minn dejjem addottajna l-klieb u qatt ma xtrajna. Però meta ġejt biex inġib ġeru u xtaqtha f'Novembru, iddeċidejt li nfittex razza (anke jekk tkun imħalta) adattata għall-lifestyle tiegħi. Il-Wire Fox Terriers kienu r-razza ideali għax żgħar, ferriħin u intelligenti ħafna. Meta mort biex nara l-puppies, tbaxxejt kokka mal-art u għidt li l-ewwel kelba li tiġi tifraħ bija, tkun hi. Nina ġiet tiġri u tilaqni bħal indunat li se nkun ommha! Qisek dħalt iż-żoo! Aħna minn dejjem bil-klieb id-dar, imma dejjem waħda biss kien ikollna. Però darba minnhom sibt il-mobile mifqugħ bit-'tags' fuq Facebook: kelb abbandunat tal-istess razza qed ifittex familja. Ma stajtx nirreżisti u addottajna lil Nelson! Nina u Nelson kellhom il-ġriewi u kienet waħda mill-isbaħ esperjenzi ta' ħajti... Nina kellha 6 u żammejna wieħed minnhom: Norbert! Lil Nina sewwejnieha issa għax ma nixtiequx li jerġa' jkollha u aħna m'aħniex breeders. L-aktar isem favorit tiegħi hu "Nina" u għalhekk kienet sempliċi li nsemmiha hekk. Però meta ġie Nelson, xtaqna insemmuh xi haġa posh għax hu vera ġentlom, u ddeċidejna li nsemmuh bin-N ukoll... is-Sur Nelson Pomorski. Imbagħad ġie ż-żgħir li semmejnieh bin-N bħalhom... Norbert Pomorski. Nina bilgħaqal ħafna! Tobdi ħafna u qisha mara żgħira! Però Nelson, peress li għadda minn trawma meta kien żgħir, qisu qatt ma rkupra miskin u għalhekk hu kwiet xi ftit iżżejjed. Però xorta jħobb jimbaħ bħalhom, speċjalment meta jħabbat il-bieb! Żgur NORBERT!!! Imqareb wisq! Għadu jqatta' l-affarijiet s'issa u mimli enerġija. Għad għandu sena però għandu karattru ħelu wisq! Jiġri mad-dar, jinbex lil Nina u Nelson, ikisser u jqatta' u nħobbuh xorta waħda, pjuttost xi ftit iżżejjed! Iż-żgħir hux! Jidhru biċ-ċar li huma familja. Iħobbu ħafna lil xulxin, għalkemm meta jiġi ħin l-ikel ikollna l-argumenti! Bħal meta t-tfal ikunu jridu l-platt ta' ħuthom "għax tiegħu fih aktar!" Jilagħbu ħafna flimkien u Norbert iċ-ċentru tad-dar, iduru għalih biex jilagħbu; tnejn kontra wieħed, il-ħin kollu jċedulu u jbusulu wiċċu. Darba missieri ħallha l-bieb miftugħ u ħarġu jimxu waħdehom hej! Min sabhom ċempilli għax dejjem bit-tags u meta mort għalihom bħal kienu komdi fid-dar il-ġdida! Għax huma dħulin hafna, però kont ħadt ghalija! Nixtieq li għandi ċans iktar magħhom. Ommi tkun magħhom 24/7 però meta narahom inħobb intihom il-ħin speċjali tagħhom, wieħed wieħed! Fis-Sajf nippreferi noqgħod magħhom milli noħroġ... il-kumpanija tagħhom inħobbha wisq! Julie. Tafni kif tafni, ma tagħmilx differenza. L-importanti li ismi jġib tbissima. Il-klieb qishom tfal! Jekk iġġib kelb, ġibu għall-ħajtek! Ma niflaħhiex meta xi ħadd jaddotta jew jixtri kelb u ma jkunx iridu aktar! Nelson għamel xagħar jagħmel pipi ma kullimkien meta ġibnieh u Norbert iqatta' affarijiet ta' valur u xorta waħda żammejniehom! Min ikollu tarbija ma naħsibx li jitfgħu 'l barra għax jibki ħafna jew għax il-ħin kollu nbiddillu l-ħarqa! Jew għax jiġġieled ma' ħuh! Kliem Julie hu wieħed ta' min jixtarr fuqu għax kultant dak li jkun ma tantx jaħseb l-affarijiet sew. F'isem Gwida.mt ningħaqdu f'dal-messaġġ li kelb hu għall-ħajtek. Kelb mhux rigal li tifraħ bih u tarmih, jew li kif jikber għax ma jibqax ħelu daqskemm ikun ħelu meta jkun ġeru neħilsu minnu. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/f-x-factor-ghext-il-holma-tieghi-ghal-aktar-minn-darba---owen-leuellen | "F'X Factor Għext Il-Ħolma Tiegħi Għal Aktar Minn Darba" - Owen Leuellen | www.gwida.mt | Owen Leuellen, l-aktar rapper żagħżugħ popolari f'Malta għal dawn l-aħħar ġimgħat. Għal Owen, X Factor mhux biss kien il-bieb li wasslu għall-bidu tal-karriera iżda kien ukoll il-bieb li wasslu għall-ħolma li minn dejjem xtaq. Kien proprju għal din ir-raġuni li ddeċieda li jipparteċipa f'X Factor għaliex b'inkoraġġiment tal-familjari u ħbieb tiegħu, emmen li X Factor seta' jwasslu għal dak li ried jasal għalih. Madankollu Owen jgħid li qatt ma stenna li jikseb tant suċċess, għaliex fil-bidu kien xi ftit xettiku dwar kemm il-pubbliku se jaċċetta l-istil tiegħu. Filwaqt li spjegalna x'fissret għalih l-esperjenza tiegħu f'x factor, Owen esprima l-gratitudni tiegħu lejn il-ġurija speċjalment Ira, li kienet il-mentor tiegħu, kif ukoll dawk kollha li emmnu fih. Ma stajniex inħallu barra l-famuż dwett li ġibed l-attenzjoni ta' eluf ta' nies u għadu jindaqq kullimkien. Għalkemm ma rbaħtx ninsab ferħan ħafna li wasalt s'hawn għax ilni b'din il ħolma minn mindu kelli 14-il sena u fl-aħħar nista' ngħid li n-nies raw u apprezzaw it-talent tiegħi. Fil-bidu kien unur li stajt naħdem ma' artista bħal Ira Losco speċjalment peress li kienet il-mentor tiegħi. Kif sirt naf li se nkun fi dwett magħha kont onorat ħafna aktar. B'din l-opportunità li stajt naqsam il-palk ma' Ira komplejt nikkonferma kemm hi artista inkredibbli. Ninsab verament grat kemm għar-riżultat tad-dwett li ħareġ fis-serata finali kif ukoll għar-rispons tan-nies. Grat ukoll għall-opportunità li ngħatajt biex nirrekordjaw id-dwett, u għal darb'oħra, għar-reazzjoni tan-nies għal din l-aħbar. Defin-ittivament nixtieq li jkun hemm aktar minn proġett wieħed ikkollaborat ma' Ira. Matul l-esperjenza kollha, speċjalment fil-bidu, ikollok ċerti kummenti mingħand il-ġurija li jimmotivawk u oħrajn li jġegħluk taħdem aktar biex turi-hom li kapaċi. Nista' ngħid li l-ġurija kollha tawni motivaz-zjoni tajba speċjalment Ira Losco li għenitni nħossni aktar kunfidenti bit-talent tiegħi. Bħala persuna li qatt ma kelli esperjenza fuq palk inħossni onorat illum li tgħallimt kif nik- kontrolla l-folla bl-enerġija tal-mużika stess u nista' ngħid li għext il-ħolma tiegħi aktar minn darba. Ninsab ċert li se nkompli ngħixha għal ħafna żmien. Minn dejjem kont fanatiku tal-mużika rap u minn meta kelli 14-il sena ddeċidejt li nixtieq insir artist internazzjonali. Il-ħolma baqgħet dejjem hemm u jien bqajt dejjem nipprepara ruħi għal meta jinfetaħ il-bieb. Meta l-X Factor ġie f'Malta wkoll il-familjari tiegħi u ħafna minn sħabi inkoraġġewni biex napplika. Peress li kienet ilha ħolma li kont nittama li xi darba sseħħ, ħassejt li dan kien il-bieb li seta' jwassalni għal dak li nixtieq. Iva, minkejja li xorta waħda kont determinat li nidħol għal din l-isfida, mill-bidu dħalt bil-ħsieb li l-ġeneru tar-rap ma tantx kien se jiġi aċċettat u apprezzat. Iżda għall-kuntrarju ta' dak li ħsibt, il-pubbliku apprezza t-talent u fehem il-messaġġ tiegħi. Meta kelli xi tmien snin kont diġà nisma' l-ħija dejjem idoqq diski rap, u darba sempliċiment smajt kelma minn diska tal-artist Eminem, u baqgħet ġo moħħi. Minn hemm ridt nitgħal-lem il-kanzunetta kollha li kien-et White America. Minn hemm imbagħad bdejt nitgħallem diski oħrajn. Jien bniedem li nuża l-mużika bħala espressjoni u wkoll bħala terapija. Minn meta kont żgħir kont nikteb lirika biex nimmotiva lili nnifsi u li l-ħolma tista' ssir realtà. Aktar 'il quddiem tgħallimt nirrakkonta storja permezz ta' kanzunetta jew ngħaddi messaġġ aktar ċar. X Factor għamel differenza kbira fija għax ġibt il-kunfidenza kemm fuq il-palk u fuq kollox, miegħi nnifsi. Fil-verità qatt ma kont nimma-ġina li l-X Factor se jwassalni għal dan is-suċċess. Imma kull darba li kont fuq il-palk ħdimt għall-mument daqs li kieku kien l-aħħar mument ta' ħajti. Issa li n-nies raw u apprezzaw, kulħadd iwaqqafni għar-ritratti u għall-kummenti. Qatt ma ppretendejt li se jiġri hekk u b'hekk iġegħluni napprezza ferm aktar ix-xogħol li nagħmel u jgħinuni nibqa' għaddej. Nixtieq ngħaddi messaġġ ċar lil kull min ivvutali u lil kull minn tani s-sapport. Kieku ma kontux intom li tajtu s-sehem tagħkom għax emmintu fija, kieku jien ma ninsabx fil-pożizzjoni li qie-għed fiha llum il-ġurnata. Nirrin-grazzja mill-qalb lilkom kollha li emmintu fija. Issa għandi pjan f'moħħi li nżomm il-produzzjoni tal-mużi-ka dejjem għaddejja u nkompli dejjem nevolvi l-karriera mużikali tiegħi. Nixtieq nagħmilha ċara daqs il-kristall li l-X Factor mhux se jkun l-aħħar darba li smajtu ismi. Kliem Leuellen huwa ċar daqs kristall, dawk kollha li huma fans taż-żagħżugħ ħa jkunu jistgħu isegwu fuq il-Fosos tal-Furjana, hekk kif Owen Leuellen ħa jingħaqad ma' numru ta' artisti Maltin li ħa jkunu qed jallegraw u jkantaw quddiem dik il-folla massiva. Folla li jkun hemm eluf ta' nies, kemm Maltin u kemm barranin li jinżlu apposta għal dan l-avveniment! Awguri Owen għal aktar suċċessi! Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fir-rivista l-Gwida li toħroġ kull ġimgħa u ssibuha għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/alexandra-alden-jien-tahlita-shiha-tad-diversi-generi-ta-muzika-li-habbejt-matul-is-snin | Alexandra Alden: "Jien Taħlita Sħiħa Tad-Diversi Ġeneri Ta' Mużika Li Ħabbejt Matul Is-Snin" | www.gwida.mt | L-unur li rċevejt matul ix-xahar ta' Mejju jissejjaħ l- 'Ad Van Meurs Jury Prijs' għal 'Het Mooiste Lietje' li jfisser il-Premju tal-Ġurija tal-awtur u mużiċista Olandiż Ad Van Meurs għall-Isbaħ Kanzunetta. Dan isir bi sħab mal-Muziekgebouw Eindhoven u d-De Rozenknop Music Venue. Il-kanzunetta li għażlet il-ġurija kien jisimha Darling mill-album li ħriġt is-sena l-oħra Wild Honey, maħruġa fuq it-tikketta MARS Worldwide u rrikordjat fir-Rocktown Studios f'Rotterdam flimkien mal-producers Ocki Klootwijk, Hanyo Van Oosterom u ċ-ċellista Marien Okkerse. L-unur li ngħatajt huwa wieħed prestiggjuż. Ad Van Meurs huwa personaġġ influwenti ħafna fil-qasam mużikali fl-Olanda u kiteb għadd kbir ta' kanzunetti u ta opportunitajiet lil ħafna awturi ta' ħafna kanzunetti u anki kollaborazzjoni ma' leġġendi bħal Townes Van Zandt. Ir-rispons li ngħatajt kien wieħed inkuraġġanti ħafna u ngħatajt ħafna kumplimenti sbieħ. Waqt iċ-ċerimonja jien ġejt mistiedna nkanta l-kanzunetta quddiem l-udjenza u issa se nkun qed inkunta f'kunċerti u festivals madwar l-Olanda. Fi ftit kliem ngħid li l-mużika tiegħi hija jazz u acoustic folk. Jien influwenzata ħafna mis-Snin 60 u 70 u minn artisti bħal Joni Mitchell u Nick Drake. Nixtieq ngħid li jien taħlita sħiħa tad-diversi ġeneri ta' mużika li ħabbejt matul is-snin, inklużi wkoll dawk li qed insegwi dan l-aħħar. Kbirt imdawra bl-arti peress li ommi u nannuwi kienu artisti ħajjithom kollha. Meta konna ngħixu fil-Ġermanja, jien u ħija dejjem attendejna esebizzjonijiet tax-xogħlijiet ta' ommi. Kont inħossni affaxxinata nisma' n-nies jitkellmu dwar ix-xogħlijiet tagħha. Qattajt ukoll sigħat twal fl-istudjo tan-nannu fejn kont nagħti daqqa t'id u anki nagħmel xi suġġerimenti. Qabel ma bdejt niffokka fuq il-mużika kont qed niffoka aktar fuq it-tpinġija. Missieri kien għallimni l-bażiċi tal-kitarra u ta' tnax-il sena kont naf indoqq Smoke on the Water. Kien madwar dak iż-żmien li rajt liz-ziju tar-rispett Marc Storace jkanta waqt il-maratona mużikali f'Simon's Pub f'Tas-Sliema u bqajt impressjonata bil-mod kif in-nies laqgħuh. L-enerġija f'dak il-post kienet tant sabiħa li minnufih irrealizzajt li t-triq tal-kant kienet dik li jien kelli nieħu. Meta kellu 15-il sena irrekordjar l-ewwel EP tiegħi li mbagħad jien ħriġt meta kelli 18-il sena u kelli żewġ siltiet, Dancing Alone u Just Like You li kisbu l-ewwel post fil-klassifika mużikali ta' Malta. Fl-istess żmien ġejt mistiedna nagħti wirja waqt Teatru Unplugged u anki sirt naf lil Ira Losco u lil Howard Keith Debono li stednuni nkanta waqt kunċert ta' Ira. Kien għad kelli 19-il sena. It-titlu tal-album Wild Honey ġej minn silta Wild Honey & Thyme li jirrifletti l-bidla fin-natura tal-pajsaġġ Malti. L-album ħa aktar minn sena biex jiġi rikordjat fuq it-tikketta MARS Worldwide u rrikodjajtu fir-Rocltown Studios f'Rotterdam, fejn illum qed ngħix, flimkien mal-producers tiegħi Ocki Klootwijk, Hanyo Van Oosterom u Marien Okkerse fuq iċ-ċello. Ikkompnejt il-kanzunetti tiegħi fuq medda ta' tlett snin waqt li kont qed nivvjaġġa bejn Malta u l-Olanda. Nħoss li ġejt influwenzata b'mod partikolari minn Nick Drake, Joni Mitchell, Bill Callahan u John Martyn. Min iħobb kanzunetti mis-Snin 60 u 70 b'laqta moderna ta' indie pop u kanzunetti folk, mela dan l-album jgħodd għalikom. Hemm ħafna ħsejjes ta' strumenti differenti li wieħed jista' jisma' meta jisma' l-album diversi drabi. Il-lirika wkoll hija importanti. Hija komposta minn stejjer personali u ħsibijiet dwar Malta, ix-xemx, il-baħar u nżul ix-xemx. Ikolli ngħid li s-silta When The Wind Cries għandha l-iktar lirika għal qalbi. Inkitbet għal persuna li ħalliet din id-dinja iżda ħalliet warajha ħafna mħabba fil-qalb ta' dawk kollha li kienu jafuha. Kienet persuna li kienet tħobb l-għasafar, il-qari, il-kitba, tmur mixjiet qalb il-kampanja u ssajjar it-torti. Il-lirika fil-bidu tal-kanzunetta tirrifletti l-paradossi u d-dilemma ta' meta titlef persuna li tħobb u d-dubju ta' dak li għandek temmen. Kont ħassejt li l-Olanda huwa l-aktar post addattat għall-jazz u x-xena mużikali, u meta bdejt ngħix hemmhekk għoġobni l-mod kif japprezzaw il-mużika u 'il kultura. Barra minn hekk huwa post ċentrali fl-Ewropa biex tivvjaġġa minnu. Ma niċħadx li nħoss in-nuqqas tal-familja u ta' sħabi f'Malta u nivvjaġġa kemm jista' jkun biex narahom, kif ukoll biex nagħti wirjiet mużikali u okkażjonalment biex anki nagħti xi lezzjonijiet fil-mużika. Biex ikollok karriera fil-mużika huwa neċessarju li tagħmel xi sagrifiċċji u li mmur ngħix f'pajjiżi ieħor kien wieħed minnhom. Kultant in-nuqqas ta' dawk għeżież tiegħek tħossu wkoll iżda issa tant ilni ngħix f'Rotterdam li għandi wkoll ċirku ta' ħbieb. Peress li jien iffirmajt mal-kumpanija Olandiża MARS Worldwide u l-aġenzija li tirrappreżentani, Earthbeat, hija bbażata f'Amsterdam, jagħmel sens li għalissa ngħix f'Rotterdam għax hawnhekk hawn ukoll it-tim tiegħi u bħalissa qed naħdmu fuq l-album li jmiss tiegħi. L-ikbar sfida hija li jkolli nkun 'il bogħod mill-familja tiegħi għalkemm nikkomunikaw ħafna u għalhekk qatt ma jien waħdi. Għal kull mużiċist huwa importanti li jkun imdawwar b'nies li jkun jemmnu fil-mużika tiegħu. L-industrija tista' tkun kiefra kultant u għalhekk huwa importanti li jkollok miegħek nies li tista' tafda fuqhom. Iżda kultant hija iebsa biex jirnexxielek tkampa u biex tikkonvinċi lil ħaddieħor bil-valur tiegħek ħafna drabi twassal biex artisti jiġu żvantaġġjati mil-lat finanzjarju. U ngħiduha kif inhi, mhux dejjem ikun faċli li jkollok bookings għal xi wirjiet, u għalhekk tajjeb li jkollok aġenzija li tieħu ħsieb dan. Nemmen li mużiċisti jridu jieqfu jaħsbu f'li jkollhom karriera iżda jiffukkaw biex ikunu artisti. Mhux faċli. L-importanti li wieħed ikampa u jżommu ħajja l-imħabba lejn il-mużika. It-triq tan-niżla hi meta jibda jiġi ddettat xi jrid jagħmel l-artist għax b'hekk jispiċċa jkun persuna differenti milli tassew ikun. Kull artist għandu jipprova jemmen fl-intuwizzjoni tiegħu u jibqa' dejjem kurjuż biex jitgħallem dwar il-mużika u fejn jinsab il-post tiegħu f'dan il-qasam. Bdejt naħdem fuq il-muntaġġ b'mod spontanju s-sena l-oħra. Dejjem kont interessata fl-aspetti viżwali tal-arti. Qatt ma mmaġinajt li kont se nispiċċa nagħmel jien stess il-muntaġġ. Lanqas kamera li tiġbed il-vidjos ma kelli u finalment issellift waħda u qagħdt indur bir-rota niġbed filmati differenti u b'hekk spiċċajt naħdem għal sigħat twal fuq il-muntaġġ ta' dawn il-filmati u ngħaqqadhom mal-kanzunetti tiegħi. Dawn issa qegħdin kollha mtella' fuq il-paġni tiegħi ta' Facebook u tal-Instagram. Is-sena l-oħra ngħaqadt ma' Marie Claire Portelli, fotografu u vidjografu u flimkien ħdimna fuq il-vidjos għal Wild Honey & Thyme u Muscle & Blood. Nieħu gost naħdem magħha għax jirnexxielha tagħti ħajja lil ħafna ideat li jkolli f'moħħi. Hemm ħafna pitturi fil-familja tiegħi u kif jgħidu, id-demm jiġbed. Ommi, Doranne Alden, taħdem bl-ecocline u acrylics u anki tgħallem f'dan is-settur. Missierha hu Albert Caruana li jaħdem bil-watercolours. Iz-ziju tar-rispett tiegħi min-naħa ta' missieri huwa Harry Alden, li hu magħruf sew fix-xena tal-arti. Jien kont noħlom li naħdem f'dan il-qasam u kont ġejt aċċettata f'diversi skejjel tal-arti fir-Renju Unit. Iżda ma kienx hemm biżżejjed fondi u ffukkajt aktar fuq il-mużika, għax wara kollox hemm kont qed inħoss li qalbi kienet qegħda tħabbat. Għadni npitter minn żmien għall-ieħor, iżda llum il-ġurnata aktar nagħmel dan għalija nnifsi. Iffukaw fuq il-mużika u tgħallmu minn mużiċisti oħra. Żommu moħħkom u qalbkom fil-post it-tajjeb. Il-kuntentizza tiksbuha meta tkunu leali u onesti lejkom infuskom. Id-dinja mużikali hija diffiċli bħal karrieri oħra u l-isfidi huma bosta. Iżda finalment tkunu qed tagħmlu dak li tassew tħobbu. Tgħollux l-aspettativi tagħkom iżda żommu ħajja l-imħabba lejn dak li tassew tħobbu tagħmlu. Aħdmu ma' nies li huma viċin tagħkom u li tafdaw fihom. Fil-ħarifa se nkun qed noħroġ il-verżjoni deluxe tal-album Wild Honey, kif ukoll se nkun qed inniedi xi singles li għandhom iwasslu għall-ħruġ tal-album ġdid tiegħi fir-Rebbiegħa. Earthbeat, l-aġenzija li tieħu ħsiebi, diġà għandha pjanati xi dati ta' xi wirjiet li se nagħti. Ovvjament se nkun qed nirritorna Malta għall-kunċert annwali tiegħi s-sena d-dieħla. Riċentement tajt kunċert fil-Librerija Nazzjonali u l-post kien ippakkjat. Tassew kienet serata maġika bis-sehem tal-band internazzjonali tiegħi u dawk kollha li għażlu li jattendu għal din il-wirja. Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fir-rivista l-Gwida li toħroġ kull ġimgħa u ssibuha għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/fabian-scerri-de-carlo-lino-grech-kien-strumentali-fit-tishih-ghax-xoghol-teatrali-u-televiziv | Fabian Scerri De Carlo – Lino Grech Kien Strumentali Fit-Tisħiħ Għax-Xogħol Teatrali u Televiżiv | www.gwida.mt | Fabian Scerri De Carlo mill-karattru ta' Liam fi Ħbieb u Għedewwa, għall-karattru partikolari li jinterpreta ta' Gawdenz, karattru li għalih ifisser ħafna. Kellu bosta esperjenzi memorabbli fil-karriera tiegħu matul is-snin fosthom Kristu tal-Kerrejja u Vittmi. Dan tal-aħħar kien wieħed speċjali għal Fabian u kull min ħadem fih minħabba l-fatt li kien l-aħħar xogħol mill-pinna ta' Lino Grech. Fi Ħbieb u Għedewwa ninterpreta l-parti ta' Liam, karattru għal qalbi u dan għaliex joffri sfida fejn naraw lil Liam bħala raġel tal-familja, seren, umli u eżemplari, li għalkemm jisfa vittma ta' komplott, jibqa' jżomm sod biex iħares l-interess tal-familja. Min-naħa l-oħra naraw lil Liam misterjuż u aggressiv sforz ta' piż li jġorr mill-imgħoddi u narawh isib diffikultà kbira biex jinsa l-passat u jibda kapitlu ġdid fil-ħajja tiegħu u forsi jikseb is-serenità u l-paċi. Kull karattru għandu l-istorja tiegħu għaliex l-ebda wieħed mhu l-istess. Nista' ngħid li qed nieħu gost ninterpreta dan il-karattru, esperjenza pożittiva fejn tlaqqgħek ma' bosta ħbieb antiki kif ukoll ma' atturi ġodda. Fuq kif se jiżvolġi l-karattru ma tantx nista' nelabora u r-raġuni hija waħda evidenti, però nista' ngħid li se tkun ferm interessanti. Gawdenz ifisser ħafna għalija, u jkolli nammetti li huwa l-aktar karattru li tani taħlita ta' emozzjonijiet. L-akbar sodisfazzjon personali hu l-esperjenzi ta' ħafna familji bit-tfal, adulti u anzjani li jwaqqfuni u jirringrazzjawni għax fl- aktar mumenti diffiċli, Gawdenz irnexxilu jnessihom ftit mill-imrar li taf toffri l-ħajja u jnisslilhom tbissima. X'hemm isbaħ minn hekk ma nafx. Fenomenu u misteru ieħor ta' Gawdenz hu li jirnexxilu jinftiehem minn kulħadd, anke minn min qatt ma kellu reazzjoni għal xejn minħabba xi kundizzjoni. Fisser ukoll uġigħ u taqtigħ il-qalb, riżultat tal-għira. Iżda fuq nota pożittiva, bla ebda dubju, is-sodisfazzjon u l-ferħ li tani dan il-karattru jissupera dan kollu. Vittmi jfisser ħafna għalija u nħossni ferm onorat li ġejna fdati bl-aħħar sensiela mill-pinna ta' Lino Grech u li Frederick Camilleri rnexxilu jkompli b'mod impekkabbli biex b'hekk kellna s-sekwenza tiegħu Vittmi 2. Vittmi tani taħlita ta' emozzjonijiet. Dispjaċir kbir li Lino Grech ma laħaqx jara l-aħħar xogħol tiegħu fuq it-TV. Sodisfazzjon kbir li ġejt fdat waħda mill-partijiet prinċipali li kienet tirrikjedi sfida u riċerka intensiva. Sensiela attwali li ġġibek wiċċimbwiċċ mar-realtà tal-ħajja, b'messaġġ qawwi fuq l-importanza biex ngħożżu u nibżgħu għal waħda mill-akbar rigali, il-familja. F'Vittmi flimkien ma' Daniel Borg Carbott, kont ukoll produttur u direttur u għalhekk s-sensiela kienet tinvolvi wġigħ ta' ras kemm, locations, kast, skedi, eċċ. U wkoll ħafna ħinijiet twal ta' filming, sigħat twal mal-editur, eċċ. Produzzjoni ferm għal qalbi u li ntgħoġbot minn eluf kbar li segwewha. Lino Grech kien strumentali fit-tisħiħ tax-xogħlijiet teatrali u televiżivi, direttur, attur u kittieb bravu mmens. Raġel umli u li kellu għal qalbu l-familja. Il-kitba tiegħu kienet tkun dejjem nadifa u minsuġa tajjeb ferm, fejn kien jirnexxilu jbikkik u jlissinlek tbissima fl-istess waqt. Jekk wieħed jifli l-kliem tiegħu bir-reqqa jifhem ukoll il-messaġġ li dejjem kien ikun irid iwassal, messaġġ fejn ngħożżu l-isbaħ il-valuri li toffri l-ħajja. Ma nistax ngħidlek liema hu l-aktar mument li ngħożż ma' Lino għax nibqa' ngħożż kull mument li kelli x-xorti nqatta' miegħu. Bdejt il-karriera tiegħi madwar 30 sena ilu, l-iskola tad-drama MTADA. Dak iż-żmien kienet ferm aktar impenjattiva għaliex kienet erba' darbiet fil-ġimgħa. Wara seba' snin iggradwajt u minn hemm ma ħaristx lura. Ħadt sehem f'bosta produzzjonijiet teatrali, televiżivi kif ukoll fi-ċinema lokali. F'Baħar Wieħed, Simpatiċi, Ipokriti, Kristu tal-Kerrejja, Tgħanniqa, Gawdenz, u Vittmi huma wħud minnhom. U issa wkoll fi Ħbieb u Għedewwa. Għalkemm sar progress f'dan il-qasam,naħseb li fadal ħafna xi jsir. Kieku kulħadd jingħata ċ-ċans, speċjalment għal produzzjonijiet televiżivi, it-telespettaturi jkollhom taħlita ta' drama/programmi msejsa fuq ideat ġodda. L-aktar ħaġa li tagħmilni kuntent hija l-imħabba, l-għaqda tal-familja u l-ħbieb tal-qalb. Ir-rispett li għandu jkun dejjem reċiproku, is-saħħa, serħan tal-moħħ u paċi fil-qalb. Xejn aktar. Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fir-rivista l-Gwida li toħroġ kull ġimgħa u ssibuha għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/gianluca-bezzina-ir-rutina-tad-dar-hija-iktar-mimlija-minn-qatt-qabel | Gianluca Bezzina: "Ir-rutina tad-dar hija iktar mimlija minn qatt qabel." | www.gwida.mt | Gianluca Bezzina ġej minn familja mużikali, irrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest fl-2013 bil-kanzunetta Tomorrow u huwa wkoll tabib. Fl-aħħar xhur hu u martu Vanessa esperjenzaw rwol ġdid f'ħajjithom, dak ta' ġenituri wara t-twelid ta' binthom Lyla. Magħna din il-ġimgħa Gianluca qed jaqsam bosta emozzjonijiet li bdew minn meta hu u martu saru jafu li se jkollhom tarbija. X'kienu l-ewwel reazzjonijiet tagħhom? U llum kif inbidlet ir-rutina ta' Gianluca? Jien u Vanessa dejjem xtaqna li l-ewwel tqala niskopruha flimkien, u fil-fatt, ħadna sorpriża sabiħa t-tnejn li aħna kif sar l-ewwel test u sirna nafu li konna se nsiru ġenituri. Naturalment, kienet reazzjoni ta' ferħ, li fl-istess ħin tħalltet ma' ħsibijiet u kurżità dwar dak li konna se nesperjenzaw. Dakinhar konna wkoll sejrin irtir ma' grupp tal-Youth Fellowship, allura t-test għamilnieh b'ċertu għaġla. Għalkemm xtaqna li kellna aktar ħin ingawdu dak il-mument ta' sorpriża flimkien, waqt l-irtir stess irnexxielna nsibu ħin biex imorru nimxu waħedna u ngħixu ftit aktar fit-tul il-ferħ li din l-aħbar sabiħa kienet ġabitilna. Jiena u Vanessa għandna relazzjoni sabiħa ħafna. Waqt l-għerusija u l-ewwel xhur taż-żwieg naħseb li l-ħin li kien ikollna flimkien konna nagħmlu użu tajjeb ħafna minnu. Nieħdu gost ħafna fil-kumpanija ta' xulxin u nfittxuh ħafna dak il-ħin. Naħseb l-ikbar sfida li kellna meta ġiet Lyla fil-ħajja tagħna kienet li dak il-ħin li kellna flimkien kellna naqsmuh ukoll ma' membru ġdid. Fil-fatt, fl-ewwel ftit ġimgħat, għalkemm konna nkunu flimkien il-ħin kollu, konna nħossuna aktar 'il bogħod minn xulxin mis-soltu. Madankollu, dan l-istil ġdid ta' ħajja ġab miegħu avventura ġdida għalina bħala familja, u waħda li dejjem aspirajna għaliha u li qed nieħdu gost niskopruha u ngawduha. Għalkemm il-ħin tagħna huwa aktar limitat u forsi naqsitilna xi ftit il-libertà li kellna fl-ewwel snin tal-għerusija u taż-żwieġ, il-bidla hija waħda pożittiva u qed insibu l-gost f'affarijiet ġodda. Naturalment, illum il-ġurnata nista' nempatizza aktar ma' ġenituri li jkollhom jaffaċċjaw sfidi akbar minn dawn li semmejt, speċjalment meta jinqalgħu kumplikazzjonijiet li ma jkollokx kontroll fuqhom, bħalma huwa l-mard. Għalina Lyla kienet qisha twieldet għat-tieni darba wara perjodu qares li kellna ngħaddu minnu meta kien għad kellha biss tliet ġimgħat. Ma nistax ma nirringrazzjax lill-pubbliku ta' kemm kien magħna u ta' kemm tana l-appoġġ kollu tiegħu f'dawn il-mumenti. Jien u Vanessa grati ħafna għal dan. Illum Lyla mlitilna d-dar b'ħafna ferħ! Mhux biss lilna, imma anke lil dawk viċin tagħna. Bħala miżżewġin f'dan ir-rwol ġdid ta' ġenituri ngħinu ħafna lil xulxin u nsibu wkoll ħafna għajnuna mill-familjari u l-ħbieb tagħna, u kollha kemm aħna qed ingawdu tant mumenti sbieħ. Il-familja minn dejjem kienet tfisser ħafna għalija, allura li nsir missier u jkolli familja tiegħi kienet dejjem xewqa kbira. Il-papà tiegħi huwa wieħed mill-iktar nies li nammira, u huwa wieħed mill-iktar nies li sibt għajnuna u wens mingħandu. Kemm hu u l-mamà rabbewna b'għozza u imħabba kbira, u dejjem raw kif għamlu biex investew ħafna minn ħinhom fina u biex għaddewlna valuri sbieħ. Il-fatt li issa jien stess għandi dan ir-rwol jagħtini ċertu sens ta' dmir u responsabbiltà għat-tfal tiegħi, għax nirrealizza aktar kemm bl-istess mod li missieri kien daqstant importanti u influwenti fit-trobbija tiegħi, jiena nista' nkun mudell għat-tfal tiegħi. Dal-ħsieb iġegħelni napprezza ħafna iktar kulma għamlu l-genituri tiegħi miegħi u ma' ħuti. Ir-rwol ta' ġenitur huwa wieħed sabiħ ħafna, iżda jitlob ħafna impenn u sagrifiċċji. Illum naf li qed inrabbi persuna li se tkun parti mis-soċjetà u li 'l quddiem hi stess se tkun parti minn familja oħra, u għalhekk nixtieq nagħmel minnha l-ahjar persuna li tista' tkun, u nagħmel magħha dak li missieri għamel miegħi. Nemmen ħafna li l-ikbar rigal li ġentur jista' jagħti lit-tfal tiegħu huma u jikbru hu li jinvesti ħafna ħin fihom u li jkun preżenti fil-ħajja tagħhom. Għalhekk ir-rutina llum bilfors iddur xi ftit jew wisq ma' Lyla. Illum għandha ħames xhur, u ovvjament hija kompletament dipendenti fuqna. Ir-rutina tad-dar hija iktar mimlija minn qatt qabel, għax minbarra x-xogħol ta' kuljum, hemm ir-rutina ta' tibdil tal-ħwejjeġ, tal-ħrieqi, it-tlestija tal-ewwel ikel li qed idduq, jew il-ħin li fih nieħdu gost nikkomunikaw magħha u niggustawha tosserva u tirreaġixxi għal dak li hemm madwarha. Imma għalkemm kellna nadattaw u nkunu iżjed flessibbli, il-fatt li issa għandna lil Lyla magħna ma jwaqqafx lili u lil Vanessa milli nsibu ħin għal xulxin, jew biex niddevertu bħala familja. It-tnejn li aħna nħobbu noħorġu ħafna, speċjalment għal mixjiet twal fil-kampanja mal-ħbieb jew il-familja, u llum għadna nsibu ħin għal dan flimkien ma' Lyla. Dejjem kien jogħġobni l-isem Lyla, u lil Vanessa għoġobha wkoll, allura għażilna lilu. Aktarx għandu oriġini Semitika, minn 'lejla', imma għażilnieh l-aktar għall-ħoss melodjuż tiegħu. Il-mużika nħobbha ħafna u għadha parti kbira ħafna minn ħajti. Illum il-ġurnata impenjat mal-band 'Pilgrim and King' fi ħdan il-Youth Fellowship, u magħha nanimaw diversi laqgħat għaż-żgħażagħ. Il-mużika għandha s-saħħa li tikkomunika faċilment u tattira lil persuni minn kull qasam tal-ħajja, għalhekk aħna nużawha biex nattiraw u ngħinu liż-żgħażagħ mill-aspett spiritwali. Dan jagħtini ħafna sodisfazzjon u nħoss li jagħti lil-mużika tiegħi skop iktar profond minn sempliċiment għodda ta' divertiment. Madanakollu, għadni nuża l-mużika bħala forma ta' divertiment ukoll. Nifforma parti minn diversi bands u nkanta f'diversi okkażjonijiet, u nsib anke ħin nikteb u nirrekordja materjal oriġinali. Però l-mużika minn dan l-aspett dejjem kienet proġett kemxejn sekondarju f'ħajti. Ix-xogħol tiegħi bħala tabib jogħġobni ħafna. Għalija huwa verament vokazzjoni, u ma naħsibx li qatt nasal nieqaf nagħmlu. Kemm il-muzika kif ukoll ix-xogħol ta' tabib jinvolvu ħafna ħin u dedikazzjoni, għalhekk xi ftit jew wisq ikollok tagħżel f'liem minnhom tixtieq tinvesti l-iktar fih. Naħseb li fil-każ tiegħi, l-għażla kienet dejjem ċara. Il-professjoni tiġi l-ewwel, u l-mużika nixtieq inżommha bħala l-passatemp prinċipali. Minkejja li nieħu gost bis-suċċessi mużikali tiegħi, ma naspirax li nikser rekords u nilħaq qċaċet fil-klassifiki daqskemm li mmiss il-qalb ta' min qed jismagħni nkanta dak il-ħin. Għalija dak sodisfazzjon biżżejjed. Naħseb li kull min ġej minn sfond mużikali jipprova jħeġġeġ lit-tfal tiegħu jinteressaw ruħhom fil-mużika. Nemmen li l-mużika kapaċi tkabbar u ssebbaħ ħafna lil dak li jkun. Hija xjentifika u matematika daqskemm hi artistika, u m'għandix dubju li t-tfal jiżviluppaw ħiliet oħra permezz tagħha. Madanakollu, hemm ħafna forom ta' arti u talenti oħrajn li wieħed jista' jiżviluppa. Naħseb li diffiċli biex lil Lyla l-mużika ma tkunx tinteressaha minħabba l-ambjent li ser tikber fih, però jekk tkun tixtieq tinvesti ħinha f'affarijiet oħrajn, bħal xi sport jew xi forma oħra ta' arti, żgur li mhux se nwaqqafha biex inġegħelha tkompli fuq il-muzika. Dejjem inkun qed nistenna bil-ħerqa li mmur id-dar, kemm biex nara lil Lyla kif ukoll lil Vanessa, speċjalment meta jkolli ġurnata twila, għaliex naturalment huma l-ktar nies li nieħu gost inqatta' ħini magħhom. Minn mindu żdidna b'membru ġdid fid-dar, inħoss li hemm aktar ħajja minn qatt qabel. Hemm ukoll iktar lil min timmissja, u hemm iktar nies li se jieħdu gost jarawk. Ovvjament din il-ħaġa tagħmel ix-xogħol xi ftit iżjed diffiċli, għaliex il-ġurnata kultant tinħass itwal. Però ma nistax ingerger, għax ix-xogħol immur kuntent u nieħu gost ħafna nagħmlu. Tant kbirt f'ambjent sabiħ ma' ħuti u tant għandi tifkiriet li ngħożż, li dik hija l-mira tiegħi u ta' Vanessa. Ovvjament, nimxu pass pass. L-ewwel tifla waslet, u qegħdin nieħdu gost ingawdu dan iż-żmien magħha. Jien dejjem immaġinajt li d-dar li ngħix fiha bħala ġenitur tkun tixbah lil dik li għext fiha bħala tifel. Żgur li waħda mill-akbar barkiet li rċevejt kienu ħuti, għalhekk nixtieq li Lyla, u jekk Alla jrid tfal oħrajn tagħna, ukoll ikunu mberkin bl-istess mod. Naħseb l-isfidi jinbidlu ħafna skont il-fażijiet li kemm it-tfal kif ukoll il-ġenituri jgħaddu minnhom. Tarbija tat-twelid tippreżentalek sfidi li jduru man-nuqqas ta' rqad, filwaqt li l-adoloxxenti jippreżentawlek sfidi ġodda u jerġgħu jfakkruk tilbes żarbun li tkun ilek xi ftit li warrabtu. Fl-aħħar mill-aħħar naħseb li, aktar milli sfida, għandha tkun aktar mira tal-ġenituri li jrabbu lit-tfal f'ambjent kalm u seren biex jagħtuhom iċ-ċans jiżviluppaw u jikbru fl-isbaħ persuna li jistgħu jkunu. Għalija tiġi naturali li nżomm lill-ġenituri tiegħi bħala l-mudell ewlieni li fuqu għandi nimxi, u naħseb dak huwa l-akbar sodisfazzjon għal kull ġenitur – meta l-ulied jibqgħu jarawhom bħala mudell tul ħajjithom. Dejjem mexxewna bl-eżempju, aktar milli bil-kliem u l-prietki, u dejjem kienu preżenti f'kull mument tat-trobbija tagħna. Nittama li jien u Vanessa jirnexxielna nagħtu lil Lyla l-aħjar eżempju u nkunu mudell tajjeb u konsistenti għaliha. Aġixxi dejjem skont dak li temmen fih, u fuq kollox, ibqa' ħobb lil Alla u lill-proxxmu. Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fir-rivista l-Gwida li toħroġ kull ġimgħa u ssibuha għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/damian-buhagiar-mis-serje-lokali-dreams-ghal-fuq-il-west-end | Damian Buhagiar: Mis-Serje Lokali Dreams Għal Fuq Il-West End | www.gwida.mt | Damian Buhagiar, il-Malti li jinsab ġewwa Londra jgħix il-ħolma ta' dawk li għandhom għal qalbhom id-dinja tal-ispettaklu u l-musicals. Aħna kellna ċ-ċans nibgħatu ftit mistqosijiet lil Damian biex niskopru aktar dwar dak kollu li qed jagħmel u dak li għamel biex wasal s'hawn. Bir-risposti ta' Damian ħa tieħdu idea ċara ta' dan u aktar. Minn età żgħira, dejjem kont enerġetiku, vibranti u l-ħin kollu naqbeż u nogħla allura nista' ngħid li l-irwol ta' Pepper f'dawn l-aħħar sentejn kien verament wieħed li joqgħodli. Mit-tielet sena tiegħi waqt li qed nistudja, dan l-irwol kien wieħed li dejjem xtaqt nagħmel u wara tliet snin ta' ħidma intensiva, persistenza u numru ta' auditions irnexxieli nieħu dan l-irwol. Għalkemm l-irwol ta' Pepper hu wieħed li tieħu gost tagħmel għax għandu ċertu enerġija dwaru, jirrekjedi ħafna dixxiplina. Hu rwol li importanti ferm li żżomm ruħek fit u b'saħħtek, l-aktar ħaġa importanti hi li trid dejjem tisma' lil ġismek. Huwa ta' unur li issa dħalt fil-karattru ta' Sonny fil-musical Grease għax tani l-opportunità li niffoka fuq xi ħaġa differenti u grazzi għalih inżomm l-eċitament ħaj. Mammia hu għandu l-elementi tas-snin 80, b'elementi ritmiċi u kwalitajiet preċiżi filwaqt li Grease għandu l-elementi tas-snin 60, b'movimenti friski u tal-jive, b'ritmu aktar mgħaġġel. Nista' ngħid li jirrekjedu ħafna enerġija, stamina u attenzjoni. Nużaha bħala form ta' cardio, dan jgħinni inpoġġi moħħi hemm kemm mill-att fiżiku u anke mentali. Dan kollu biex nipprepara wkoll għal dak li għandi ġej wara Grease. Kollox għandu t-tlajja u nżul fil-ħajja imma kif jgħidu l-Ingliżi "when there's a will, there's a way round everything." Ma hemmx punt li taqta qalbek fuq xi ħaġa li wieħed iħobb jagħmel. Meta ġejt l-Ingilterra ta' 15-il sena biex nistudja fi Tring Park School For Performing Arts, inkun qed nigdeb li ngħid li kollox kien perfett. Li nadatta għall-kultura kienet sfida kbira u anke l-fatt li kont nimmisja d-dar imma kont għamilt patt miegħi nnifsi li ninsab hawn biex nagħmel suċċess u b'dak it-tir f'moħħi bqajt niġġieled l-ostakli. Li nkun fil-West End jew indur madwar ir-Renju Unit ma kinitx xi ħaġa li qatt immaġinajt li nagħmel sakemm dħalt f'din ix-xena. Imma l-vjaġġ hu wieħed interessanti għax nitgħallem aktar dwar il-pajjiż, ix-xogħol u n-nies li jkolli ċans naħdem magħhom li għandhom l-istess passjoni tiegħi. Sabiex tasal s'hemm, hemm numru ta' auditions li jsiru u dawn taf idumu xahar sħiħ. Meta tkun f'kamra mimlija atturi, żeffiena u artisti mhi faċli xejn. Mhux l-ewwel darba li jkollok risposti negattivi minħabba tul, kostumi, dehra, abilità etċ... Imma dejjem tieħu tagħlima u timxi 'l quddiem. Ħadd mhu perfett, aktar ma tieħu minn lezzjonijiet u teknika aħjar. DREAMS għandu memorja speċjali f'qalbi għax kien l-ewwel darba li kellu rwol tajjeb fuq it-televiżjoni lokali u kelli ċ-ċans naħdem ma tant nies, u nistqarr li uħud minnhom għadhom f'qalbi. L-irwol ta' Philip Roger Tringanza The Third, żied fija l-passjoni li nagħmel irwoli tad-daħk u ninvesti aktar ħin nesplora l-karattru fid-dettal. L-iktar ħaġa speċjali fi DREAMS kienet li nara l-membri tal-kast u l-krew jieħdu gost u dik hi xi ħaġa li għadni nfittex sa llum il-ġurnata. Tajjeb li tmur għax-xogħol taf li tista' tidħak u tmexxi. Ix-xogħol m'għandux ikun ta' dwejjaq. Kollox beda minn Stagecoach fejn għamilt ħdax-il sena nitgħallem. Meta l-għalliema tal-kant tiegħi, Denise Mulholland issuġġeriet li napplika għal barrra, ftit kont naf fiex tikkonsisti imma ma qtajtx qalbi u provajt. Meta mort l-Ingilterra kont għamilt l-eżamijiet tal-livell avvanzat u komplejt nibni t-teknika u nitgħallem aktar il-vokabolarju tal-industrija. Minn hemm għamilt audition oħra biex inkabbar il-ħiliet tiegħu, wara tliet snin nista' ngħid li kelli ċ-ċans li niltaqa' ma' nies professjonali fl-industrija li gwidawni fid-direzzjoni t-tajba. L-isbaħ ħaġa dwar din id-dinja hi li jkollok filgħodijiet liberi u trid tidħol għax-xogħol tard wara nofsinhar, sakemm ma jkollokx xi show wara nofsinhar, f'dak il-każ tibda f'nofs il-ġurnata. Filgħodu nħobb immur il-gym, nistqarr li jien kemxejn iffisat, inħobb id-dixxiplina, inħobb inżomm il-livell ta' fitness tiegħi għoli, niekol bnin u nagħmel l-eżerċizzju regolari. F'ġurnata normali, nibda bil-kolazzjon imbagħad immur il-gym, immur għax xi klassi tal-fitness, għawma tajba imbagħad nibda nipprepara l-ikel. Għandi passjoni għal karozzi wkoll u nħobb insib ħin għall-arti. Tgħini niffoka fuq affarijiet differenti u ninsa ftit mix-xogħol, naħseb din l-aqwa terapija. Naħseb mhux fix-xena tal-musical theatre biss imma kemm fix-xena tal-isport u fix-xena tal-ispetakklu inġenerali. Tiġi ġġudikat minn ġurnata għall-oħra u meta jkollok audition, id-dehra tiegħek tagħmel differenza kbira. Diretturi, korjografi u produtturi jfittxu lil dawk li kapaċi jimbuttaw lilhom infushom u jkunu b'saħħithom biex jagħmlu tmien jew disa' xows fil-ġimgħa għal sena sħiħa. Nista' ngħid li jien grat li bdejt il-karriera tiegħi fix-xow In The Heights fl-irwol ta' Sonny ġewwa Southwark Playhouse li aktar tard mexa ġewwa Kings Corss Theatre. Kelli l-irwol ta' Joe Pesci u kont 2nd cover għal Franki f'Jersey Boys. Ching Ho fil-musical Thoroughly Modern Millies, Bugsy Malone u sentejn fil-parti ta' Pepper f'Mamma Mia, fejn kelli l-privileġġ li niċċelebra l-20 Anniversarju ta' dan il-musical. M'hemmx xi rwol speċifiku li nixtieq nagħmel għax l-irwoli li l-aġent tiegħi bagħatni għalihom kienu adatati għalija. Inħobb ikolli sfida miegħi nnifsi u kull karattru li jkolli, dejjem insib diversi modi biex nisfida lili nnifsi. B'hekk nifhem il-karattru u l-perspettiva vera milli nirreċta l-verità. Nistqarr li jien grat li ġejt mogħti din l-opportunità, diffiċli kemm hi diffiċli jekk din xi ħaġa li tixtieq tagħmel, m'għandu qatt ikun hemm limiti ta' x'tista' tagħmel. Jekk ma tippruvax, ma tirnexxix. Taf tfalli u taf tkun ta' suċċess u tmur tajjeb imma dejjem għandek tibqa' leali lejn dak li jagħmel kuntent. Nirringrazzja lil ġenituri tiegħi Michael u Rosalind, familjari ħbieb ġenwini li dejjem kienu hemm bħala sapport. Kollox hu possibli jekk taħdem ħafna għalih. Minn hawn nixtiequ nirrigrazzjaw lil Damian li sab ħin iwieġeb dawn il-mistoqsijiet u nawgurawlu aktar u aktar suċċessi barra minn xtutna. Żgur li qed jagħmel isem għal pajjiżna u jħalli impatt pożittiv. Awguri. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/ivan-grech-tajt-il-kelma-li-se-nibqa-naghti-l-kontribut-tieghi-lil-puttinu-cares | Ivan Grech: "Tajt Il-Kelma Li Se Nibqa' Nagħti L-Kontribut Tiegħi Lil Puttinu Cares" | www.gwida.mt | Ivan Grech jkellimna dwar kunċert li se jkun qed jagħti f'Novembru li ġej ġewwa l-Awstralja b'risq il-guide dogs Victoria. Tkellimna dwar l-importanza għalih li jgħin lil min hu fil-bżonn, u għaliex iħoss il-bżonn li jagħmel dan. Somebody Like You, li ġiet imnedija ftit ġranet ilu, wasslet lil Ivan għall-ewwel kanzunetta u vidjow mużikali tiegħu bħala solista. Nemmen li fil-ħajja meta tagħti u tgħin fejn tista', tkun qed tieħu lura f'qalbek. Int għidtli li mhuwiex obbligu, però jien ngħid iva, huwa obbligu li nkunu hemm għal xulxin, dan jagħmel il-ħajja ta' kull wieħed u waħda minna aktar serena. ħadd m'għandu jbati fis-skiet mingħajr għajnuna, ħadd m'għandu jkun injorat u abbandunat, persuna mhijiex numru. Il-ħajja qabel kollox għandha tkun mibnija fuq rispett, simpatija u dinjità. Jien esperjenzajt tbatija bħal kulħadd, kemm personali u kif ukoll ma' familjari, qraba u ħbieb. Tgħallimt li jkun xi jkun dak li għadejja minnu persuna, huwa importanti li jkun hemm xi ħadd ta' spalla, ta' għajnuna, xi ħadd li jisma' u jipprova jifhem, is-solidarjetà għandha tirrenja b'kull mod possibbli. Il-maġġoranza tal-kollegi u artisti Maltin jinvolvu ruħhom u jagħtu sehemhom f'attivitajiet filantropiċi, ħafna avvenimenti u trasmissjonijiet xahar wara xahar, sena wara sena jagħtu xhieda ta' dan. Ħafna u ħafna artisti u personalitajiet minn kull qasam jieħdu inizjattivi u jagħtu sehemhom biex jippromwovu kawżi ġusti. Naqbel perfettament, u meta b'dak li tagħti tgħin lil ħaddieħor aktar u aktar. Kultant ma jkunx hemm bżonn wisq biex toħloq tbissima fuq wiċċ xi ħadd, sempliċiment b'ġest sempliċi tista' tibdel il-burdata u l-ġurnata ta' dak li jkun. Bħalissa qed niffoka ħafna fuq il-karriera bħala solist u ili ħafna bix-xewqa li nirrikordja u noħroġ xi ftit mill-ħafna kanzunetti li ktibt u kkomponejt tul dawn l-aħħar snin. Għandi ħafna siltiet interessanti u sbieħ li baqgħu fuq l-ixkaffa u issa għandi ċ-ċans. Somebody Like You hija l-ewwel kanzunetta u hija kemmxejn differenti minn dak li nipproduċi ma' Winter Moods. Xtaqt nibda b'xi ħaġa pożittiva u b'ħoss u atmosfera ftit aktar kummerċjali. Il-kanzunetta hija fuq kemm għandna ngħixu kull mument ta' ħajjitna l-aħjar li nistgħu, ma nħallux il-passat ikun ta' xkiel għall-preżent u l-futur tagħna. Titkellem ukoll kemm huma kollha uniċi u importanti għalina l-individiwi li jagħmlu parti minn ħajjitna, kulħadd huwa uniku u speċjali b'xi mod jew ieħor. Il-vidjo huwa umoristiku, xejn drammatiku u kkumplikat, qed nipprova nkanta diska fi studjo u jinqala' minn kollox, nies, karattri, annimali u ħafna affarjiet oħra li ma kellhom x'jaqsmu xejn mal-vidjo, minn kollox inqala'. Mindu mort l-ewwel darba l-Awstralja fl-1985 ili noħlom li nagħmel kunċert hemm, f'Melbourne. Mort lura s-sena l-oħra biex inqatta' ftit żmien mal-familja numeruża ta' zijiet u kuġini li jgħixu hemm u ovvjament għamilt kuntatti u tħejjija biex anki din il-ħolma ssir realtà. Għandi familjari u ħbieb li huma mużiċisti popolari hemm, allura hija aktar faċli u finanzjarjament vijabli li ntella' dan il-kunċert. Dan se jkun kunċert u spettaklu sħiħ bħal ma nagħmel hawn Malta. Sibt l-għajnuna ta' ħbieb Maltin u sostenn ta' sponsors minn ġewwa Melbourne u ovvjament bħal dejjem xtaqt li bħal ma nagħmel hawn ngħin lil xi NGO b'dan il-kunċert ukoll. Jaffaxinawni ħafna l-klieb li jittrawmu biex ikunu ta' gwida u jagħtu ħajja ġdida lill-persuni neqsin mid-dawl u għalhekk inkludejt lill-Guide Dogs Victoria li ukoll għandhom konnessjoni mal-Malta Guide Dogs foundation peress li kien hemm persuna minn Malta li għamel żmien magħhom biex jitgħallem u b'hekk ġab l-esperjenza tiegħu hawn Malta. Persentaġġ żgħir mill-fondi li se jinġabru se jmur ukoll għal Malta Guide Dogs Foundation. Il-kunċert se jsir fit-22 ta' Novembru fil-Williamstown Town Hall ġewwa Victoria. Kulħadd b'xi mod jew ieħor jgħaddi minn żmien diffiċli. Jien ukoll għaddejt minn fażijiet fejn il-ħajja ma kienet xejn feliċi. Wara kull wieħed u waħda minna hemm oċean, persuna mhijiex biss dak li naraw, li naħsbu jew li mingħalina nafu, hemm ħafna aktar minn dak li ngħidu u nisimgħu. L-isbaħ ħaġa li nistgħu nagħtu lis-soċjetà li nagħmlu parti minnha hi li naraw u nfaħħru dak li huwa tajjeb f'xulxin, li nagħdru u nifhmu, li kulħadd għandu t-tajjeb u l-ħażin tiegħu, però nemmen li meta toħroġ dak li hu tajjeb minn persuna, il-ħażin aktar hemm ċans li jisfuma fix-xejn. Lil dawk li bħalissa qed jikkumbattu ma' dawn l-isfidi nibqa' nisħaq li hija xi ħaġa naturali u normali li persuna tħoss il-bżonn li titkellem u tiftaħ qalbha, il-fatt li persuna tfittex l-għajnuna anki dik professjonali huwa sinjal ta' kuraġġ u mhux ta' djufija. M'hemm xejn ta' mistħija meta persuna tfittex u titlob l-għajnuna, xi darba jew oħra kulħadd għadda jew se jgħaddi minnha. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/emma-muscat-il-holma-tieghi-qed-nghixha-bhalissa | Emma Muscat: "Il-Ħolma Tiegħi Qed Ngħixha Bħalissa" | www.gwida.mt | Emma Muscat tibqa' għaddejja soda fix-xena mużikali Taljana. Wara Amici rajnieha diġà waqt is-Seat Music Awards li sar fl-Arena di Verona kif ukoll il-programm Verissimo u rajnieha f'kunċert ta' battiti live li xxandar fuq Italia 1 nhar l-Erbgħa 17 ta' Lulju. Emma titkellem magħna dwar l-isfidi li ffaċċjat kif ukoll il-kollaborazzjoni ma' Biondo għal Avec Moi. Fil-bidu hekk kif ħriġt minn Amiċi ltqajt ma' ħafna sfidi. L-ewwel sfida kbira kienet il-lingwa, il-kultura u l-industrija mużikali li kienu kollha ġodda, u l-ħbieb. Ħassejtni naqra maqtugħa u waħdi f'pajjiż u nies ġodda u dan kollu kien naqra ta' biża' għalija. Kont għadni kif ħriġt mill-programm twil u kont ili 'l bogħod mill-familja tiegħi u pajjiżi għal kważi sitt xhur. Dan kollu kien esperjenza ġdida imma issa wara sena nħossni qisni d-dar hawn fl-Italja. Sirt naf aktar aħjar in-nies li naħdem magħhom f'din l-industrija u issa għandi relazzjoni tajba ħafna magħhom. Dejjem hemm dawk l-isfidi li wieħed iħabbat wiċċu magħhom bħal kompetizzjoni ma' kantanti u artisti oħrajn, iċ-challenges ta' pressjoni li kulħadd jistenna mużika ġdida, trid tikkuntenta lill-fans kemm bit-tweġibijiet u kemm bil-mużika. Hemm ukoll il-fatt li meta toħroġ barra mid-dar, tmur fejn tmur, in-nies tagħrfek u int dejjem trid tagħmel mill-aħjar biex tkompli magħhom, tirrispondi l-mistoqsijiet tagħom, tieħu ritratti magħhom u dejjem ikollok tbissima fuq wiċċek... anke jekk tkun għaddejja minn ġurnata ħażina jew perjodu ftit iswed. Ir-rispons tal-pubbliku kien fenomenali. Il-fans tagħna kollha kienu ħerqanin jistennew kanzunetta flimkien. Kienu ilhom jistennew miż-żmien li ħriġna mill- programm. Sibna l-opportunità tajba. Il-kanzunetta kont ktibtha fi Frar. Kienet miktuba fuq storja ta' mħabba ta' żewġ persuni b'memorji marbuta ma' Pariġi. Meta semmajt din il-kanzunetta lil Simone (Biondo) kienet għoġbitu d-diska, tant li ried jikteb biċċa lirika fiha u bażikament hekk twieldet il-kanzunetta Avec Moi. L-atmosfera kemm fl-istudjos ta' Amiċi u ta' Verissimo hija unika. Tara ħafna fans li jibdew jibku għax int għalihom huma l-idolu tagħhom. Din hija esperjenza u l-vibe tħossha u tqabbiżlek ġismek xewk xewk. Meta tkun qed tkanta fuq il-palk u tibda tara dawk l-għajnejn mimlijin bid-dmugħ u l-espressjoniet ta' mħabba u adorazzjoni tħossok li qiegħda f'dinja oħra. Din tagħtik il-ħeġġa biex lil dawk il-fans tagħtihom performance mill-aqwa! Min-naħa l-oħra kont nervuża ħafna, mhux biss dak li tħoss qabel ma toħroġ fuq il-palk imma meta huwa programm televiżiv, speċjalment għalija, inħoss l-eċċitament tant aktar għax inħossni nervuża nitkellem ħafna iktar milli meta nkanta! Meta sirt naf li kont mistiedna biex inkanta l-kanzunetta Aveċ Moi fis-SEAT Music Awards fl-Arena di Verona bdejt naqbeż bil-ferħ. Ħassejt ferħ u eċċitament immens! Għalija kienet opportunità ta' barra minn hawn. Qatt ma ħsibt li kont se nieħu sehem f'dawn l-awards. Li tkanta fl-Arena di Verona għalija hi esperjenza kbira li ma ninsiha qatt. Kont rajt ħafna kantanti kbar fuq it-televixin ikantaw minn din l-arena u qatt ma kont noħlom li kienet se tiġini l-opportunità li nkanta jiena wkoll fuq dak il-palk storiku. Ħaġa differenti li laqtitni ħafna huwa li l-pubbliku jkun madwarek kważi dawra tond u kif ukoll fuqek u minn dak il-palk tħossok vera żgħira u kważi midfuna u miblugħa mill-pubbliku u tħossok qisek nemla. Minn Malta l-iktar li nimmissja ħuma l-familja, il-kelba u l-baħar blu. Imma peress li m'hawnx ħafna bogħod u għandna l-kumdità kollha f'inqas minn sagħtejn nista' nerġa' lura f'pajjiżi. Iddeċidejt li nsemmi l-album Moments għax dawn huma mumenti speċjali f'ħajti li għaddejt minnhom. Kienu mumenti vari fil-ħajja tiegħi fejn ħassejtni ferħana u maħbuba kif wkoll mumenti fejn ħassejtni mnkitta u mweġġa'. Mumenti fejn ħassejtni diżappuntata bl-atteġġjament ta' nies madwari u oħrajn meta ħassejtni waħdi. Dawn kienu kollha emozzjonijiet li għaddejt minnhom u ġegħluni ndur għal mużika biex nesprimi ruħi. Bosta minna ġieli għaddew minn mumenti bħal dawn u nħoss li nista' naqsam magħkom l-emozzjoni tiegħi. Kburija ħafna li l-kliem tal-kanzunetti qed jilħqu ħafna nies. M'hemmx aqwa sodisfazzjon meta tirċievi biżibielju ta' messaġġi minn fans jistqarru li ħassewhom għaddejin minn mumenti ta' diffikulta u l-mużika tiegħi tgħinhom ħafna! Dejjem emmnu f'dak li tagħmlu. Jekk tħoss xi xkiel jew diffikultà imma temmen fik innifsek sforza ruħek biex tilħaq dak li trid, speċjalment jekk din hija ħaġa ta' passjoni għalik. Trid tirbaħ il-biżgħat tiegħek. L-eżempju tiegħi kien li ddeċidejt li nidħol għal kompetizzjoni ta' talent fuq it televixin, f'pajjiż stanġier għalina u lingwa li ma kontx naf. Ma kont naf lil ħadd, kelli nitlaq lill-familja għal żmien twil, 'il bogħod mill-familja u mill-ħbieb imma kien riskju li ddeċidejt li nieħu waħdi għax vera ridt insegwi ħolma li dejjem kelli. Il-ħolma tiegħi qed ngħixha bħalissa. Li wasalt fejn wasalt s'issa u li għandi nies li jsegwuni, iħobbuni u li tolqothom il- mużika tiegħi u li nista' nwassal messaġġ mill-kanzunetti tiegħi huwa l-akbar ħolma li qatt xtaqt. Ovvjament nixtieq li nkompli nilħaq aktar nies, li nkanta mill-palkijiet differenti u f'postijiet diversi u li nibqa' niltaqa' ma' artisti u nies f'din l-industrija li jistgħu dejjem ikunu ta' ispirazzjoni għalija. Minn Diċembru s'issa qed naħdem fuq it-tieni album. Għall-ewwel darba f'ħajti qed nikteb kanzunetti anke bit- Taljan li hija sfida kbira għaija. Għandi eċċitament kbir u ħerqana li naqsam il-mużika ġdida magħkom. Dan huwa proċess twil u qattajt ħafna żmien biex nikteb u nikkomponi kanzunetti ġodda. Irid ikollok ħafna dedikazzjoni, imħabba għal dak li qed tagħmel, dixxiplina u ispirazzjoni. Kull jum huwa sfida għax bħal kittieb jew pittur, mhux dejjem issib l-ispirazzjoni li tixtieq u dan jista' jkun anke ta' qtigħ il-qalb. Imbagħad hemm l-aspett ta' stennija mill-pubbliku kif ukoll minn dawk li taħdem magħhom. Sfida kbira li forsi ħafna nies jieħdu for granted! Għalhekk trid tkun dejjem iffukata, moħħok hemm u temmen f'dak li tagħmel! Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fir-rivista l-Gwida li toħroġ kull ġimgħa u ssibuha għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/luke-chappell-qatt-ma-qtajt-qalbi | Luke Chappell: "Qatt Ma Qtajt Qalbi" | www.gwida.mt | F'temp qasir minn mindu rajnieh fil-kompetizzjoni televiżiva X Factor Malta, Luke Chappell ġibed l-ammirazzjoni ta' bosta żgħażagħ. Il-mużika tiegħu ntgħoġbot sew u issa qed iħejji biex dalwaqt jippreżenta l-ewwel album mużikali tiegħu, Cosmic Heaven. Luke jiftaħ qalbu magħna dwar kif iħoss li jista' jesprimi ruħu aħjar permezz tal-mużika filwaqt li jitkellem ukoll dwar is-sehem tiegħu fil-programm X Factor u x'nistennew mingħandu fiż-żmien li ġej. Semmejt l-album Cosmic Heaven għaliex l-album jikkonsisti f'ħafna materjal bi stejjer tal-passat tiegħi u kif ukoll tal-preżent. B'hekk dawn il-ġrajjiet kollha li ktibt fuqhom jien matul din is-sena spiċċat biex twassalni biex niġi fid-dubju għal ħafna affarijiet, fosthom fil-ħajja ta wara ta' din l-art u min-nies li kienu ikunu fic-cirku ta'madwari fil-passat. B'hekk Cosmic tfisser xiħaġa ta' fantażma, li tista'tkun vera, jew kif ukoll xiħaġa li l-moħħ jivvinta biex il-bniedem iħossu sigur li hemm xi ħaġ'oħra wara hawnhekk. U Heaven ovvjament tfisser ġenna, li mhux bilfors dik li naraw fil-Bibbja iżda dik li aħna nistennew wara l-mewt tagħna, xiħaġa sabiħa. Għalkemm dan kollu jirrelata mal-album tiegħi, il-materjal miktub fl-album mhux diski reliġjużi jew ibbażat fuq dak għaliex ktibt ħafna diski fil-perspettiva għan-nies biex jirrelataw miegħi u b'hekk forsi jkun hemm min mhuwiex Kristjan u allura b'hekk kulħadd ikun jista' jisma' d-diski tiegħi mingħajr ma jittikkjawni bħala xi Christian Singer għaliex dan m'huwiex l-iskop. Dan l-album ifisser ħafna għalija għaliex hemm bosta materjal li jikkonsisti f'mumenti ta' toqol li kont ħassejt fil-passat tiegħi. Kull diska tgħid storja individwali kif ukoll differenti. Mumenti ta' toqol fil-familja, mumenti ta' divertiment mal-ħbieb u hemm minnhom b'ġenru differenti minn xulxin. Hemm diski rap u RnB, hemm minnhom ftit iktar slow u hemm minnhom Indie Alternative. B'hekk kulħadd għandu minn fejn jagħżel minn dan l-album. Għalhekk jistgħu jisimgħu dawk id-diski li tixtieq qalbhom. Din id-diska oriġinat l-ewwel bħala diska fuq il-kitarra. Kienet bażikament plain ħafna u sempliċi u bl-għajnuna tal-Muxu kif ukoll ta' Peter Borg li huwa l-producer tiegħi, spiċċajna noħolqu diska li anke sal-lum il-ġurnata tibqa' d-diska oriġinali favorita tiegħi li toħloq ġrajja sabiħa meta tisma' l-melodiji ta' vuċijiet flimkien. Din id-diska fissret ħafna għalija għaliex ktibtha f'perjodu ta' żmien fejn kont qed inħossni iżolat mill-bqija tan-nies li kienu madwari. Għalkemm kienu fiżikament ħdejja, xorta kont qed inħossni 'l bogħod minnhom. Id-diska titkellem f'iktar minn persuna waħda, iżda għaqqadt dawn in-nies kollha bħala persuna waħda fil-perspettiva tiegħi ħalli meta persuna tisma' l-kliem tolqot kif ukoll lilu f'riflessjoni għall-ħajja personali tiegħu. Il-messaġġ li xtaqt inwassal kien li għalkemm id-diska hi kemxejn sensittiva u bi kliem ta' ċertu mod ta' toqol, jien xtaqt inwassal il-messaġġ biex in-nies jieħdu l-pożittiv minnha u jużaw il-kliem fid-diska b'mod għalihom biex jirrelataw miegħi u jħossuhom aħjar. Iridu jittrasmettu l-uġigħ psikoloġiku għal xi ħaġa sabiħa billi ma jaqtgħux qalbhom. Onestament ma nafx iżda naf li meta nara l-artisti barra minn Malta fejn jaslu permezz ta' dan il-programm, emmint li stajt nuri t-talent tiegħi lill-poplu Malti kif ukoll dawk li kienu qed jara il-programm barra minn Malta. Il-ġenituri u l-familja kollha kienu warajja meta għażilt li nidħol u dik kienet barka enormi għalija għaliex is-sapport mingħand in-nies li nħobb hu xi ħaġa li jien kelli bżonn ħafna min-naħa tiegħi f'dak il-perjodu fil-karriera tal-mużika. F'kompetizzjoni daqshekk qawwija bejn nies ta' talent kbir kienet ta' ostaklu għalija iżda Alla tani d-don li nasal fejn kelli nasal u b'hekk kuntent ħafna. Naħseb li kienet riskju iżda l-fatt li d-diska kienet oriġinali tiegħi u xi ħaġa li ktibt jien, kienet sinjal li stajt nuri dak li kapaċi nagħmel bħala artist kif ukoll kittieb tal-mużika tiegħi. Naħseb li kienet għażla tajba li mort b'diska li l-ġurija ma kinux jafuni biha. Iżda ħassejt li kienet xi ħaġa li kelli bżonn nagħmel biex in-nies ikunu jafu li nikteb il-materjal tiegħi wkoll. L-X Factor fetaħli ħafna bibien ġodda u permezz tal-programm iltqajt ma' ħafna nies professjonali fl-industrija tal-mużika. Issa qed naħdem ma' ħafna nies li meta kont ta' età żgħira kont nammirahom għax-xogħol tagħhom. Ġejt mistieden ukoll f'diversi avvenimenti, l-iktar f'dawk li fejn ikun hemm ħafna żgħażagħ tal-età tiegħi kif ukoll bl-istess stil ta' mużika li nħobb nisma' jien. Nħossni kuntent ħafna b'dawn il-bibien ġodda li nfetħu fil-karriera tiegħi. Jiena bħala persuna nħoss li qatt ma nkun sodisfatt għaliex dejjem nimmira li nolqot iktar nies li japprezzaw l-arti tal-mużika. Madankollu napprezza lil dawk li seġwewni matul il-ġrajja tiegħi kif ukoll dawk in-nies li kienu hemm mill-bidu tal- karriera tiegħi. Mingħajr dawk li japprezzaw il-mużika tiegħi probabbli m'iniex hawn illum u qed nagħmel dak li qed nagħmel. Imma nħoss li hemm iktar xogħol minn naħa tiegħi xi jsir biex nolqol iktar nies bil-mużika tiegħi. Din bdiet min mindu kelli ħames snin, meta dejjem kont nara vidjows ta' artisti bħal Queen u Micħeal Jackson u kont niġi spirat biex nagħmel dak li għamlu huma. Matul it-triq tiegħi kien hemm ħafna min ipprova jwaqqagħni, u jitmejjel bija, kemm l-iskola meta kont għadni żgħir meta kont insib xi grupp ta' żgħażagħ li kienu xi erba' snin ikbar minni u kienu jagħmlu minn kollox biex iwaqqgħuli wiċċi fl-art. Għal xi żmien ma kinitx faċli għalija iżda qatt ma qtajt qalbi u bqajt nara dawk il-vidjos biex nħossni li stajt inkun l-istess persuna bħalhom. Kont naqra l-messaġġi tagħhom fuq il-midja soċjali tagħhom fejn jikbu li qatt m'għandek taqta' qalbek. B'hekk għalkemm iffaċċjajt ħafna kumbattimenti li għadni nirċievi sal-lum xorta nibqa' naħdem għal dik li nħobb, il-mużika. Iva, naħseb il-mużika tgħinni nesprimi ruħi b'iktar mod fluwenti. Naħseb li hi iktar diffiċli biex nesprimi ruħi meta nispjega bi kliem normali, u iktar faċli meta nkanta dak li qed inħoss b'forma ta' melodija. B'xi mod jew ieħor meta nikteb dak li nħoss f'forma ta' mużika dejjem insib mod kif nesaġera dak li nħoss għaliex f'moħħi s-sitwazzjoni tkun agħar milli naħseb li tkun fir-realtà. Naħseb dik kulħadd jista' jaqbel miegħi fuqha, għaliex kulħadd jaħseb li ċerti problemi huma kbar ħafna f'moħħna u meta nispjegawha verbalment naraw kemm tkun esaġerata għalina s-sitwazzjoni fil-ħsieb tal-moħħ. B'hekk il-mużika tkun sabiħa meta tiġi miktuba b'mod li n-nies jirrelataw magħha b'mod iktar faċli għaliex qed jisimgħu l-kliem ma' melodija u f'moħħhom iqabblu dak li qed jisimgħu ma' ġrajja fil-ħajja personali tagħhom. Dik hi s-sbuħija tal-mużika. Jekk Alla jippermetti qed naħdem biex nasal f'livell internazzjonali. Iżda kollox jasal pass pass u b'ħidma serja. Il-familja hi l-aktar ħaġa importanti għalija. Naħseb l-imħabba bejn il-familja, għalkemm forsi tkun separata jew forsi bil-problemi tagħha. Jien nara li l-imħabba bejn persuna u oħra hi l-iktar ħaġa importanti għalija bħala uman. Li napprezza l-providenza kif ukoll is-sagrifiċċji li għamlu l-ġenituri tiegħi biex ġejt imrobbi għal persuna li jien illum. Dan hu don kbir għalija. Il-familja tiġi dejjem l-ewwel qabel kollox. Nagħżel li nsiefer madwar id-dinja biex nieħu iktar esperjenza barra mil-lokalità tiegħi u barra mill-kumdità tiegħi. Naħseb li għad faddali ħafna x'nitgħallem min-nies fl-industrija internazzjonali tal-mużika. Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fir-rivista l-Gwida li toħroġ kull ġimgħa u ssibuha għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/mr-world-malta-ghall-bidu-ma-kellix-il-kunfidenza-li-ghandi-issa | Mr World Malta: Għall-Bidu Ma Kellix Il-Kunfidenza Li Għandi Issa | www.gwida.mt | Ftit taż-żmien ieħor, Daryl Azzopardi se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fil-konkors ta' Mister World. Hu ntgħażel bħala r-rappreżentant Malti f'konkors li sar is-sena l-oħra minn Modelle International. Daryl tkellem magħna biex jaqsam ftit ħsibijiet dwar dan il-konkors, kif ukoll jistqarr dwar kif kien qed jipprepara u jħejji ruħu bħala l-ambaxxatur ta' Malta għal dan il-konkors li se jkun qed jittella' f'Manila fil-Filippini. Ritratt: Bernard Polidano Dan il-konkors ma kienx l-ewwel darba li ħadt sehem fih u ħassejt li wara li kelli biżżejjed esperjenza fil-qasam tal-immudellar, ridt li nerġa' nesperjenza dan il-konkors biex ikolli l-opportunità li nimmudella barra minn Malta. Apparti minn hekk, ridt li nisfida lili nnifsi mentalment u fiżikament biex nkun l-aħjar verżjoni bħala ambaxxatur ta' Malta. Jiena nemmen li kull kontestant kellu ċ-ċans biex jirbaħ u għalhekk matul il-kompetizzjoni dejjem żammejt pożittiv, kunfidenti u umli li nemmen li huma l-elementi li jkunu qegħdin ifittxu l-ġurija f'rebbieħ. Ritratt: Bernard Polidano Mindu rbaħt, l-ewwel ħaġa li għamilt kienet riċerka fuq il-Filippini li tinkludi l-kultura tagħhom, it-tradizzjonijiet u l-gżejjer. Apparti minn hekk sfidajt ruħi għal aktar trejning intensiv li huma addattati għal avvenimenti li se jkollna f'dan il-konkors. Xi ftit jgħidu li tkun id-dieta għal konkorsi bħal dawn. Imma fil-każ tiegħi din hi rutina ta' kuljum. Aktar minn hekk l-aktar sfidi li nsib huma biex insib ħin għal kollox, minn karriera, studju u trejning għalkemm nemmen li jekk vera trid tistinka għal dak li trid, issib mod kif tqassam il-ħin. Għalkemm dan huwa konkors tas-sbuħija naħseb li l-ġurija tkun qiegħda tfittex il-pakkett kollu li huma l-kunfidenza, il-personalità, id-dehra u l-ambizzjonijiet. Aktar minn hekk il-ġurija tara kif il-kontestanti jaġixxu ma' oħrajn u x'influenza pożittiva jħallu fuq ħaddieħor. Ritratt: Bernard Polidano Ilni nittrenja l-ġimm seba' snin u peress li jien konxju fuq is-saħħa, għal dawn l-aħħar tmien xhur irnexxili naddatta għal dieta veġeterjana għax nemmen li hemm benefiċċji għal saħħti u l-ambjent ta' madwarna. Meta nagħmel ġimm niffoka ħafna fuq weight training għal erba' darbiet fil-ġimgħa u darba fil-ġimgħa logħba futbol biex intejjeb l-istamina. Jien narani bniedem ambizzjuż, qatt ma naqta' qalbi meta jkun hemm żminijiet diffiċli u li dejjem ikolli għan kif se ntejjeb lili nnifsi mill-ġurnata ta' qabel. L-iktar ħaġa important għalija hi li nasal fejn nasal dejjem żammejt saqajja mal-art u ma nħallix is-suċċess li jkolli jifred lil dawk ta' madwari. Ritratt: Bernard Polidano Ħabib tiegħi li kien ħa sehem f'dan il-konkors snin ilu ra potenzjal fija u ħajjarni biex nipparteċipa għall-ewwel darba li ħadt sehem f'dan il-konkors. Għall-bidu ma kellix il-kunfidenza li għandi issa, imma bis-saħħa tal-immudellar irnexxili negħleb il-mistħija mhux biss fuq il-palk imma wkoll fil-ħajja ta' kuljum. Għalkemm dan il-qasam huwa xi ħaġa li nħobb, għalija dan hu sempliċi passatemp, mezz biex nagħmel ħbieb ġodda u naqsam esperjenzi differenti ma' oħrajn għaliex l-għan ewlieni tiegħi hu li nibqa' nikber fil-karriera tiegħi ta' accountant. Apparti l-immudellar, x'inhuma l-affarijiet l-oħra li jinteressawk fil-ħajja? Nħobb nkun ħafna fin-natura, ngħum fis-sajf u nimxi fil-kampanja fix-xitwa. Aktar minn hekk nħobb insiefer pajjiżi differenti biex nesplora u nitgħallem affarijiet ġodda. Dawn l-aħħar ftit xhur interessajt ruħi f'passatemp ġdid, il-game development għaliex hi professjoni li toħloq dak li qed timmaġina u toħroġ il-kreattività. Ritratt: Bernard Polidano Minn dan il-konkors se nesperjenza l-ewwel darba pajjiż barra mill-Ewropa u mmur fl-Asja. Għalija din hi opportunità biex nitgħallem kulturi differenti minn kontestanti ġejjin minn pajjiżi differenti. Minn dan il-konkors se nitgħallem il-proġetti volontorjati li tagħmel din l-orġanizzazzjoni. Bħalissa qed nimmira li nkompli navvanza fil-karriera ta' accountant, nibni futur mat-tfajla u ndur id-dinja. Għalkemm dawn huma l-miri li semmejt, jiena nieħu l-ġurnata daqslikieku kienet tal-aħħar u ngawdi kemm nista' minnha. Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fir-rivista l-Gwida li toħroġ kull ġimgħa u ssibuha għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/andre-penza-jien-patrijott-u-minn-dejjem-xtaqt-ninterpreta-karattru-storiku | Andre Penza: "Jien Patrijott U Minn Dejjem Xtaqt Ninterpreta Karattru Storiku" | www.gwida.mt | Lil Andre Penza narawh jittrasforma ruħu f'diversi karattri, dan l-aħħar ukoll fi Ħbieb u Għedewwa bħala Frank Cassar, ħu John Cassar. F'din l-intervista nitkellmu ma' Andre mhux biss dwar il-passjoni tiegħu tar-reċtar imma nsiru nafu xi ftit kurżitajiet dwaru kif ukoll kif jaħsibha dwar ċerti kwistjonijiet. Fost oħrajn Andre jkellimna dwar l-esperjenza tiegħu bħala l-protagonist fil-film Carmelo, kif ukoll jgħid li minkejja li għaddew is-snin, il-karattru ta' Neville li interpreta f'Dejjem Tiegħek Becky baqa' l-aktar popolari fost il-pubbliku. U xi ġralu waqt rappreżentazzjoni li għamel fi skola? Ritratt: Chris Bajada Nistqarr illi minkejja li kont nidderieġi l-ewwel staġun ta' Ħbieb u Għedewwa ma kontx inħoss li rrid inkun parti minnu bħala attur u qabel Frank Cassar irrifjutajt żewġ karattri, però il-karattru ta' Frank intrigani, rajtu wisq differenti minni u dħaltlu b'ruħi u ġismi, għamiltu tiegħi u in-nies laqgħuh tajjeb ħafna. Carmelo kienet esperjaza tal-ġenn. Jien patrijott u minn dejjem xtaqt ninterpreta karattru storiku. Meta applikajt għall-awdizzjoni ħassejtni kunfidenti li dan il-karattru kont se nagħmlu jien u hekk ġara. Fuq is-sett kien hemm tim tal-ġenn, esperjenza, enerġija u professjonalità li rari ltqajt magħha fi produzzjonijiet lokali. Il-parti kienet impenjattiva imma ninsab grat u sodisfatt ħafna li kont parti minn dan il-proġett. Jien nemmen li kull produzzjoni tgħinek tikber u titgħallem. Kelli x-xorti naħdem ma' ħafna atturi bravi u dejjem rajt kif se nitgħallem minnhom. Qatt ma rajt kbir. Jekk ikolli nagħżel karattru li għeni ħafna però, nagħzel dak ta' Francesco (San Franġisk), dramm għat-Teatru minn Skene. Kien l-iktar karattru impenjattiv li qatt interpretajt iżda li bidilli ħajti kompletament, kemm artistikament u anke spiritwalment. Jien illum missier u mhux faċli għax biex inkun it-teatru jew fuq is-sett ħafna drabi jfisser li nkun irrid nirrifjuta x-xogħol. Però minkejja li studjajt it-teatru u it-televiżjoni qatt ma rajtu bħala xogħol u dejjem żammejtu bħala delizzju fejn jien nirrilassa ruħi mill-ġenn ta' kuljum. L-ikbar uġigħ ta' ras hija biex insib il-ħin biex nistudja l-linji imma b'immaniġjar tal-ħin, jirnexxili. Xejn mhu impossibbli meta tkun verament tixtieq u tħobb dak li qed tagħmel. Min-naħa l-oħra dan kien possibbli wkoll bl-appoġġ tal-familja, ħbieb u kollegi tax-xogħol għax kieku diffiċli ħafna. Nieħu l-opportunità biex nirringrazzjahom minn qalbi. Interpretajt diversi karattri u dawk li jkunu differenti minn dak li jien illum, inħobbhom ħafna għax trid taħdem, tagħmel ir-riċerka u tesperimenta waħdek. Però dejjem noħlom li ninterpreta 'Lupin', u mhux minħabba 'Margot' biss, promise. Ħafna nies, minkejja li għaddew ħafna snin għadhom jgħajtuli 'Neville', karattru li interpretajt fis-sensiela "Dejjem tiegħek Becky' u minkejja li ma kienx l-ewwel karattru li interpretajt fuq it-TV, inħoss li kien dak il-karattru li fih urejt li kont kapaċi nkun flessibbli. Jibqa' karattru għal qalbi ħafna. Xi kultant din perikoluża għax jien nipprova ngħix dak il-karattru speċjalment meta jkun jinvolvi affarijiet li ma nkunx esperjenzajt qabel. Il-preparazzjoni tiddependi mill-karattru. Hemm karattri li apparti mentalment, ikollok tipprepara wkoll fiżikament u hawn fejn tkun l-iktar iebsa. Min jaf kemm kilt meta ma kellix ġuħ biex intella' ftit piż għal xi karattru li kien jirrikjedi dan però l-ikbar sagrifiċċji huma meta ma tkunx tista' taqta' xagħrek, tħalli l-leħja jew meta ma tkunx tista' tieħu xemx fis-sajf minħabba l-kontinwita fix-xeni. Iva, ħafna drabi tiġrili u jiddispjaċini ħafna. Darba pereżempju kelli xena nirredikola lil xi ħadd li kien itemtem u l-għada filgħodu ħebb raġel għalija u saħansitra refa' jdejh fuqi. Wara li xi nies ikkalmawh u tkellimna sirt naf li t-tifel tiegħu kien itemtem u fhimtu. Illum dawn it-tip ta' partijiet, nevitahom. L-inċentivi għallinqas. Ma nippretendix li għandna nitħallsu bħal ta' Hollywood, imma jekk se nsiefru fuq produzzjoni għallinqas ma nħallsux aħna. Jekk se nitilfu x-xogħol niġu rimborsati dak li tlifna u jekk qed naħdmu ma' tfal fl- iskejjel biex inħarġuhom fit-teatru, ma nibqgħux narawh bħala ħela ta' ħin u telf mil-lezzjonijiet, iżda bħala investiment għall-futur tagħhom. It-teatru sabiħ wisq, u minkejja li t-televiżjoni u ċ-Ċinema tawni sodisfazzjonijiet kbar, jien bdejt mit-Teatru u nimmisjah ħafna. Sfortunatament, jinvolvi ħafna ħin u peress li aħna limitati ħafna u għalhekk ma jistax ikun ix-xogħol prinċipali, nispiċċa nirrifjuta ħafna partijiet, però żgur li jekk il-Mulej jagħtini s-saħħa u uliedi jsiru indipendenti, ikolli aktar ħin fuq idejja u għalhekk nerġa' lura għat-teatru. Fil-preżent mhux inżomm iktar minn żewġ produzzjonijiet fi staġun. Ritratt: Max Cassar Kont qed nagħmel Pantomima fi Skola u waqt rappreżentazzjoni quddiem it-tfal bdejt nisma' tal-backstage jgħidu minn taħt "il-qalziet, il-qalziet". Kif spiċċajt il-linji bdejt indur lil sħabi u bdejt ngħidilhom minn taħt "iċċekkja l-qalziet", biex imbagħad ninduna li bil-piż tal-power-packs tal-mikrofonu kien niżilli l-qalziet u peress li kien wiesgħa u minn taħt kelli tights ma kontx indunajt li kien niżilli kważi kollu. Jaffettwa bil-fors. Fil-bidu ma kontx inħossni daqshekk komdu speċjalment meta jkolli bżonn ftit ħin fil-privat però maż-żmien drajt ngħix biha u napprezza li n-nies ikellmuni fuq xi karattru li nkun qed ninterpreta, għax dak jurik li jkunu qed isegwuk. Minn hawn nirringrazzjahom kollha tas-sapport li dejjem tawni. Inħobbkom. Jien bniedem bieżel, pożittiv u nħobb ngħin. Dak li nagħmel nagħmlu minn qalbi u nipprova nagħmlu l-aħjar li nista'. Ma nikkuntentax bl-"u iva". Ftit perfezzjonist. Naqbel ħafna. Il-familja nħobbha ħafna u nittama li meta jikbru, jifhmu li dejjem imxejt fl-interess tagħhom qabel tiegħi bħalma għamlu miegħi l-ġenituri tiegħi. Ritratt: Chris Bajada Nixtieq inkun avventuruż iktar milli jien, imma xi kultant noqgħod lura aktar milli jmissni, speċjalment fl-ikel. Ma tantx inħobb induq affarijiet ġodda. Iva, nixtieq ngħid le, imma sfortunatament, l-ewwel ma tiekol l-għajn. Ma jfissirx li trid tkun mudell, kollox perfett eċċ eċċ, imma li tieħu ħsieb tiegħek innifsek ifisser li tkun san u in-nies jafdawk iktar. Nemmen ukoll però li m'hemm xejn isbaħ min-natural għax kulħadd fin-natural tiegħu għandu xi ħaġa sabiħa u speċjali. Il-valur tas-solidarjetà fina l-Maltin dejjem għamilni kburi b'art twelidi. Xi kultant inħoss li tant kulħadd sar għandu x'jagħmel li donnu ħadd ma sar għandu ħin għal ħadd. Qed insiru egojisti u materjalisti iżżejjed. Jekk ma toħlomx, ma twettaqx. Hemm diversi ħolm li nixtieq, nixtieq jott, villa kbira tħares fuq il-baħar, ajruplan privat u diversi affarijiet oħra...mill- banda l-oħra dejjem kont kapaċi napprezza u nkun kuntent b'dak li għandi, għax dawk tiegħi żgur. Imma qatt tgħid 'qatt'. Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fir-rivista l-Gwida li toħroġ kull ġimgħa u ssibuha għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/nippreferi-nasal-fl-a-ar-ta-ajti-u-ng-id-forsi-ma-rnexxejtx-f-kollox-per-pruvajt---claudia-faniello | "Nippreferi Nasal Fl-Aħħar Ta' Ħajti U Ngħid, Forsi Ma Rnexxejtx F'Kollox Però Pruvajt!" - Claudia Faniello | www.gwida.mt | Eżatt wara li ġejt lura mill-Ukranija, kelli bżonn waqfa qasira biex hekk inlaħħaq ma affarijiet oħra li mhux relatati mal-mużika, kif ukoll bdejt kors l-università fuq edukazzjoni inklussiva. Però, xorta waħda bqajt indoqq mal-mużiċisti tiegħi kif ukoll nikteb xi diska 'l hawn u 'l hemm meta nsib l-opportunità. Filfatt fix-xhar li ġej ħa nkun qed noħroġ diska ġdida miktuba minni. Dawn l-avvenimenti dejjem nieħu pjaċir nidħol għalihom għaliex lil hinn mill-fatt li hija kompetizzjoni, nieħu pjaċir li niltaqa' ma' ħafna mużiċisti barranin. Letteralment minn pajjizi varji fid-dinja però bl-istess imħabba kbira għal mużika. Bla dubju ta' xejn il-Moldova ħa tkun memorja għal dejjem, filwaqt li nirringrazzja lil ħabiba tiegħi Priscilla Psaila (Kaya) talli tagħtni din l-opportunità, nista' ngħid li l-Maltin maħbubin u apprezzati għas-serjetà u għall-passjoni li nuru lejn il-mużika inġenerali. Il-Moldova tagħtni mhux biss premju iżda esperjenza li ha nibqa' ngħożż. Bla dubju ta' xejn l-iktar mument li baqa' impress f'moħħi, hija proprju l-prestazzjoni tiegħi u dawk il-mumenti ta' qabel ma tlajt fuq il-palk. Bħalma ħafna jafu kont ilni nistinka biex nitla' u l-fatt li kont hemm kien mument pjuttost indimentikabbli. Esperjenza li nittama li jgħixu kull min jaspira li xi darba jmur. Jekk ikolli diska li vera nemmen fiha, ma nidejjaqx nerġa' nidħol, huwa festival li jekk tgħixu pożittivament, jista' jtik ħafna lura. Ir-raġuni kienet għax ma kellix moħħ li nidħol għall-kompetizzjoni, filfatt kont ilni nieqsa minn meta kantajt When It's Time, diska li kelli sehem fil-kitba tagħha. Għaldaqstant meta Philip Vella semmgħali Breathlessly, ħassejt illi din id-diska tfisser xi ħaġa għalija u hekk kien. Ir-raġuni hija proprju ħafna kienu qegħdin jistaqsuni kif ma kinitx aċċessibli fuq il-pjattaformi kollha għalhekk ħassejna li huwa l-mument opportun sabiex noħorġuha. Kienu mumenti ta' attakki tal-qalb u qtugħ ta' nifs għaliex ommi ma kellix esperjenza f'dan it tip ta' avvenimenti, iżda jien dejjem emmint fit-talent tagħha u xtaqt li tesponih għal kumpliment tal-pubbliku. Fuq kollox xtaqt nuriha s-sapport tiegħi għas-snin kollha li ssagrifikat ruħha għalina. Esperjenza memorabbli għal familja kollha. Bla dubju ta' xejn, naf biċ-ċert li għad ikun hemm dan il-proġett għaliex ġieli ddiskutejnieh! Ma naħsibx li qatt kien hemm raġuni partikolari ħlief għal fatt li nħossni iżjed komda inkanta bl-Ingliż għax imdorrija f'dak l-ambjent filfatt kważi xejn ma nkanta bit-Taljan ukoll li hija lingwa għaldaqstant importanti għaliha. Però ma neskludix li fil-futur jaf nikteb b'waħda minn dawn il-lingwi tant għal qalbi. Is-safar huwa bieb għalina biex nikbru bħala persuni, speċjalment aħna li ġejjin minn gżira daqshekk zgħira. Inħobb inżur pajjiżi oħra għaliex inħoss li jżommuli saqajja mal-art, jgħallmuni kulturi ġodda, inħobb ħafna ikolli konversazzjonijiet twal man-nies tal -lokal. Apparti li naffaxxina ruħi bl-ambjenti differenti li jeżistu. Naħseb diffiċli nagħżel post wieħed għax kull post għandu l-karattru tiegħu. Gaetano, bħalma ghidt tajjeb inti, huwa ħabib tal-qalb. Dan għaliex in-nies li jkunu madwari diffiċli li jibqgħu biss ta' konessjoni fuq xoghol, tant inqattgħu ħin flimkien u esperjenzi li tiġi awtomatika illi l-ħbiberija u r-rispett jikbru. Jien u Gaetano għandna ħafna lealtà lejn xulxin u nsibu kompromess dejjem. Anki jekk ġejjin minn żewġ dinjiet pjuttost differenti u huwa proprju dak li jsaħħah il-kollaborazzjonijiet tagħna. Minn Mindy kont tifla dejjem xtaqt nistudja iżda l-mużika ħadet priorità fuq kollox però qatt ma eskludejt li nerġa' nidħol fil-ħajja studenteska. Jien nemmen ħafna illi qatt mhu tard għal ċertu affarijiet u ma tantx naqta' qalbi mill-isfidi! Anzi f'dan il-każ l-iktar sfida kbira kienet il-ħin biex inlaħħaq ma' kollox. Il-bqija ħadt pjaċir immens nitgħallem tant li ħa nibda baċellerat fuq l-istess suġġett. Inħobbu ħafna x-xogħol li nagħmel u ta' spiss nirringrazzja l'Alla illi nibtitli din l-opportunità u ħadtha. It-tfal inħobbhom immens u hija emozzjoni kbira u importanti għalija illi tagħmel differenza fil-ħajja ta' xi ħadd, mhux biss l-istudent imma l-familja in generali. Ħajja waħda għandna mislufa lilna biex ngħixuha bl-aħjar mod possibli. Mhix ħajja faċli iżda hija ħajja sabiħa u għandna napprezzaw il-fatt illi anke bid-disfatti nitgħallmu naprezzaw u nistinkaw iżjed. Imbilli naqtgħu qalbna mhux ħa nitjiebu, allura x'hemm x'titlef milli tipprova taspira li tilħaq l-għanijiet tiegħek. Xejn! Nippreferi nasal fl-aħħar ta' ħajti u ngħid, forsi ma rnexxejtx f'kollox però PRUVAJT! Kull esperjenza bla dubju ta' xejn, tajba jew ħażina, tgħallmek. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/intervista-ma-eliana-gomez-blanco-tant-fraht-li-jien-spiccajt-bilwieqfa-fuq-lilo-kbir | Intervista Ma' Eliana Gomez Blanco: "Tant Fraħt Li Jien Spiċċajt Bilwieqfa Fuq Lilo Kbir..." | www.gwida.mt | Eliana Gomez Blanco ta' 14-il sena ħa tkun qed tirrapreżenta lil Malta ġewwa l-Polonja f'Novembru li ġej. Eliana rebħet id-dritt li ttajjar il-bandiera f'isem Malta wara li kienet waħda mill-finalisti li ħadu sehem fis-selezzjoni lokali. Hi interpretat il-kanzunetta Sto Male , cover version tal-kantanta Lara Fabien. Peress li Eliana rebħet b'cover version, il-kanzunetta li biha ħa tirrapreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest għadha trid titħabbar. Grazzi lilek u lil kull min emmen fija biex nirrapreżenta lil Malta. Għadni ma nistax nemmen li l-ħolma tiegħi se ssir realta'. Ninsab ferm eċitata u fl-istess ħin ħerqana biex tasal dik il-ġurnata. Dakinhar kont ġurnata l-Blue Lagoon flimkien mal-familja tiegħi u f'mument minnhom ommi telgħet fuq id-dgħajsa għax semgħet ħafna messaġġi deħlin. F'dak il-mument nismgħha tgħajjat "Eliana, se tirrapreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision!". Ma nista' ninsa qatt l-atmosfera ta' ferħ li ġab miegħu dak il-mument fost il-familja tiegħi. Tant fraħt li jien spiċċajt bilwieqfa fuq lilo kbir naqbeż kemm niflaħ u nibki bil-ferħ, wara li kont ilni nofs siegħa nipprova nsib il-bilanċ fuqu! Jien naħseb li kull lingwa fiha s-sabiħ tagħha. Aħna l-Maltin għandna lingwa sabiħa immens u nħossni onorata tassew meta nkanta bil-lingwa tagħna. Bl-Ingliż inħossni komda nkanta wkoll, għax hija lingwa universali u b'hekk hemm aktar stili ta' diski cover versions minn fejn inkun nista' nagħżel biex ninterpreta. Nammetti ukoll li nħobb inkanta bit-Taljan għax jogħġobni l-istil tad-diski Taljani. Minn dejjem kont inħobb invarja l-istili tal-kanzunetti li nkanta biex b'hekk kont inkun nista' nesperimenta bil-vuċi. Persważa li l-kazunetta li ser tintgħażel se tkun waħda li tolqot l-aħjar kapaċitajiet tiegħi bħala kantanta. Kienet esperjenza li ma nista' ninsa qatt, fejn kienet ukoll l-ewwel darba tiegħi li kantajt ma' orkestra. Għalkemm is-suċċess tiegħi kien fi dwett, ma nistax ma nammetiex li l-kanzunetta li kelli bħala solista kienet għal qalbi ferm ukoll. Diffiċli nirrispondi jekk nippreferiex inkanta bħala solista jew fid-dwett għax nemmen li t-tnejn li huma jagħtuk sodisfazzjon. Però nista' ngħid li kienet esperjenza sabiħa li kantajt fi dwett u qsamt il-ferħ tas-suċċess ma' ħaddieħor. L-ewwel darba li rrapreżentajt il-Malta kelli sitt snin u kont mort ġo festival ġewwa Lido di Jesolo fejn min hemm intgħażilt biex nitla' r-Rumanija u rrapreżentajt lil Malta darbtejn f ́dan il-festival fejn ikklassifikajt fit-tieni post. Kelli ċ-ċans nitla' ukoll tlett darbiet l-Isvizzerra kif ukoll Ruma , Sqallija u Mantova fejn irnexxieli nagħmel unur għal pajjizna fejn kont ikklassifikajt fl-ewwel post. Esperjenza li ma nista' ninsa qatt hi meta kelli 8 snin u kont ħadt il-Grand Prix ġo festival ġewwa l-Italia fejn l-età kienu bejn 7-24 sena. Esperjenza oħra sabiħa kienet meta ġejt mistiedna nkanta bħala mistiedna speċjali fit-Teatru Bibbiena ġewwa Mantova fejn għalija kien ta' unur kbir. Waqaft għal ftit snin milli nitla' festivals barra minn xtutna għax xtaqt niffoka iktar fuq it-teknika kif ukoll fl-iskola. Wara din il-waqfa proprju din is-sena tlajt Bulgaria u Macedonia fejn ikklassifikajt fl-ewwel post. Ftit xhur ilu tlajt Ruma għax kont mistiedna speċjali f ́konkors li jixxandar fuq Mediaset. Grazzi ħafna talli temmnu fija u inwegħdkom li se nagħmel ħilti kollha biex nagħmel unur lil pajjiżna. Huwa importanti li fil-ħajja timxi pass pass , temmen fik innifsek , tistinka għal dak li tixtieq u żżomm saqajk mal-art. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/intervista-ma-john-bundy-jizvela-li-qed-jippjana-u-jahdem-bis-s-i-biex-jirritorna | Intervista Ma' John Bundy: Jiżvela Li Qed Jippjana U Jaħdem Bis-Sħiħ Biex Jirritorna | www.gwida.mt | Mix-xena lokali tax-xandir issa ili nieqes għal dawn l-aħħar sentejn, dan mhux b'kapriċċ jew b'intenzjoni, iżda spiċċajt imkeċċi. Dwar din it-tkeċċija ma' nistax nitkellem għax il-każ qiegħed il-qorti. Mhux nikkunsidra biss, imma qed nippjana u naħdem bis-sħiħ sabiex dan iseħħ u nerġa' nibda nagħmel dak li nħobb. Jien ilni 40 sena fix-xandir u dak ix-xogħol huwa ħajti, nkun qed nonqos lili nnifsi jekk nabbandunah. Propjament il-karriera tiegħi bdejtha fuq it-televiżjoni, grazzi għal David Azzopardi li kien għaraf fija it-talent u l-imħabba li kelli għax-xandir u d-divertiment. David Azzopardi li kien wieħed mill-għalliema tiegħi fil-Kulleġġ Missjunarju ta' San Pawl ir-Rabat. Kien hu li tani l-opportunità li nieħu sehem fi programm televiżiv jismu Studio Għat-Tfal, minn hemm 'il quddiem qatt ma' ħarist lura. Ir-radju jibqa' l-aktar favorit tiegħi, hemm rabta soda bejnietna u jtini sodisfazzjon kbir. Jista' jkun li mhux fil-bogħod, nerġa' nkun vuċi radjufonika. Jiddependi, affarijiet mhux tas-soltu ġraw kważi f'kull programm, jekk mhux ħaġa tkun oħra. Il-ħajja ta' xandar hija mimlija sorpriżi u mumenti strambi u dak hu li jagħmel programm eċitanti. Darba waqt xandira fil-jum tal-1 t'April fil-programm Bonġu Bundy fuq ONE, it-tim tiegħi kienu kollha miftehmin sabiex jagħmluli ċajta tal-ewwel t'April, saret telefonata live u kienet irnexxiet għax blajtha sa griżmejja, l-attriċi li għamlet it-telefonata kellha tingħata oscar. Iċ-ċajta tinsab fuq You Tube u jarawha eluf kbar ta' nies. Darba kont qed nippreżenta wieħed mill-programmi tiegħi fuq NET TV u waqt din ix-xandira live qaluli bl-aħbar li missieri kien iddaħħal l-isptar b'attakk f'qalbu u ġejt mitlub mill-familja sabiex immur immedjatament ħdejh. Mhux se nagħmel hafna eloġji, ngħidlek biss Inti toqgħod fil-għoli? Din kienet klassika, divertenti u anke frustranti. Tinsab ukoll fuq You Tube u nahseb il-filmat hu wieħed mill-aktar li jaraw in-nies. Nemmen li Pajjiż tal-Mickey Mouse hija l-aktar frażi li tintuża f'pajjiżna. Grazzi għal Martin Attard dik id-diska kienet spiċċat ghandi u biha irbaħt il-festival tal-Għanja tal-Poplu, l-uniku festival li qatt ma' ppreżentajt. Pajjiz tal-Mickey Mouse tibqa' marbuta ma' qalbi u waħda mill-aktar affarijiet li nħossni sodisfatt u kuntent li għamilt. Jien ma' nħobbx nagħlaq kapitli li jtuni sodisfazzjon, jista' jkun li nkun poġġejthom fuq xi xkaffa għal tant żmien, iżda ma jfissirx li jkunu ntemmu. L-uniċi kapitli li nagħlaq huma dawk li jkunu weġġgħuni għax inkella ma' tgħix kuntent. Ma naħsibx li jeżistu formuli xjentifiċi għas-suċċess tal-Eurovision f'dan il-festival. It-talent produttiv qiegħed hemm, l-imħabba lejn il-Eurovision hija kbira, il-vuċijiet tajbin huma numerużi u l-kuraġġ jaħraq ħafna, li ma nixtieqx hu li jkompli jinqatel il-festival. Il-produzzjoni X Factor hija tajba hafna u ta' opportunità kbira, iżda m'għandhix tirkeb fuq il-karru tal-festival, mhux sew u mhux ġust. Iva, nixtieq li meta jasal iż-żmien nikteb l-esperjenzi tiegħi u nippublikhom, il-Mulej magħna. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/nicole-vella-jien-u-l-genituri-ghandna-relazzjoni-pjuttost-sabiha | Nicole Vella: "Jien U L-Ġenituri Għandna Relazzjoni Pjuttost Sabiħa" | www.gwida.mt | Nicole Vella hija r-rappreżentanta Maltija fl-edizzjoni li jmiss tal-konkors Miss World li se jsir f'Londra. Nicole titkellem dwar x'wassalha biex tipparteċipa fil-konkors f'Malta. Nitkellmu wkoll dwar oqsma oħra tal-arti u l-ispettaklu li hija midħla fihom, kif ukoll dwar ommha, il-kantanta Debbie Scerri. Taqsam magħna diversi esperjenzi fosthom waħda ħelwa li seħħet fl-Awstralja meta Nicole kellha tliet snin waqt li ommha kienet qiegħda tagħti wirja. Il-konkors ta' Miss World Malta kien verament l-ewwel esperjenza tiegħi fil-modelling. Jiena persuna li nħobb nipprova affarijiet ġodda li jgħinuni nikber bħala persuna u min dejjem xtaqt nara x'toffri t-taqsima tal-modelling. Għalhekk iddeċidejt li nidħol f'dan il-konkors. Permezz tiegħu bdejt inħossni iktar kunfidenti, speċjalment fil-photoshoots li kien ikollna jew meta kellna navviċinaw lin-nies biex jgħinuna niġbru l-fondi għal Dr. Klown għall-kampanja Beauty with a Purpose. Din kienet pjuttost l-iktar ħaġa li ridt naħdem fuqha matul din l-esperjenza. L-arti hija parti kbira minn ħajti għaliex minn dejjem kont esposta għaliha. Il-ġenituri tiegħi jagħtuni ħafna appoġġ kull meta mmur indoqq jew inkanta x'imkien jew meta kien ikolli xi shows tal-ballet. Ilni ndoqq il-pjanu minn mindu kelli sitt snin u niżfen il-ballet ta' tliet snin. Kważi kważi nista' ngħid li ħajti nħossha vojta kieku kelli nwaqqaf dawn il-passatempi. Hija mistoqsija diffiċli għalija għaliex kollha nagħmilhom b'passjoni kbira u nħossni komda f'kollox. M'hijiex faċli tagħmilhom kollha f'daqqa speċjalment meta jkolli xi eżami ġej peress li tkun iktar impenjata bil-provi u l-prattika. Però min dejjem kont naf inqassam ħini sew u allura ma kinitx tkun daqshekk diffiċli nżomm lili nnifsi kalma. Il-mamà minn dejjem kont nammiraha kemm bħala persuna u anke kantanta. Dejjem kont noqgħod nagħmel xi żifniet mad-diski tagħha jew noqgħod inkanta magħhom meta kont żgħira. Għaldaqstant anke fuq il-palk magħha kont nipprova niddeffes! Huwa unur kbir għalija li nista' ngħid li jien it-tifla tagħha. Din hija storja ħelwa ta' meta l-mamà kienet mistiedna biex tmur tkanta l-Awstralja. Jien kien għad kelli biss tliet snin u allura ta' tifla li kont, kont nagħmel minn kollox biex niddeffes u jkolli l-attenzjoni kollha fuqi. Għandha kanzunetta jisimha Tbissima u qabel ma kienet tibda tkantaha kont immur eżatt quddiem il-palk biex nitla' ħdejha. Ovvjament kienet tkun impossibbli li tgħidli le għaliex għalija kienet tradizzjoni li nitla nkanta ma' din id-diska. U b'hekk, spiċċajt fuq l-palk inkanta mal-mamà. Ifisser ħafna għalina. Kull sena nsegwuh u jekk ikollna xi mpenji oħra f'dik il-ġimgħa naraw x'nagħmlu biex nirranġaw ħalli ma nitilfux il-Eurovision. F'dawk il-ftit jiem id-dar tagħna tkun għaddejja b'maratona ta' diski li marru l-Eurovision u nista' nassiġurak li l-qraba tiegħi li ma jħobbux il-Eurovision jispiċċaw jumbrawh iżjed! Meta l-mamà telgħet tirrappreżenta lil Malta fl-1997 jien kont għadni ma' twelidx iżda mill-filmati li kont rajt minn dejjem kelli dik ix-xewqa li xi darba jien stess nirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision ukoll. Jien u l-ġenituri tiegħi għandna relazzjoni pjuttost sabiħa. Nagħtu ħafna appoġġ lil xulxin, ikun fiex ikun, u nemmen li dik hija ħaġa verament importanti biex tmantni relazzjoni tajba. Il-ġenituri tiegħi jieħdu ħafna paċenzja bija, iwassluni kullimkien u jsegwuni meta jkolli xi ħaġa. Bħal kull żagħżugħ jew żagħżugħa, jaf inqabbiżhielhom xi ftit ukoll speċjalment meta nkun xi ftit għażżiena jew ma nkunx irrid naħsel l-art. Però għandi apprezzament kbir lejhom u nixtieq nirringrazzjahom ta' kulma jagħmlu miegħi. Iva, in-nanna hija persuna importanti ħafna għalija. Meta kont żgħira dejjem niġri magħha u man-nannu meta l-mamà u l-papà kienu jkunu xogħol. Għandna relazzjoni tajba ħafna u vera naqblu. Meta ġieli sifirna u konna mmorru ġo xi adventure park, in-nanna kienet tkun il-persuna li titla' miegħi fuq kull ride. Jien inħobb insajjar il-ħelu u nista' ngħid li din il-karatteristika ġibtha mingħand in-nanna. Dejjem ittini xi riċetta ġdida ta' xi kejk jew fi żmien l-Għid tiġi d-dar u noqogħdu nagħmlu l-figolli flimkien. In-nanna tieħu ħafna paċenżja bija, speċjalment meta nkunu msifrin u noqgħod noħdilha r-ritratti bil-moħbi mbagħad tibda tgerger miegħi meta tinduna x'inkun għamilt! Però dejjem nispiċċaw nidħqu xi daħka meta jgħaddi ftit żmien u nerġgħu naraw dawk ir-ritratti! Hekk hu. M'ihiex faċli tkun l-Università. Jien m'iniex xi waħda li nħalli xi ħaġa taffetwani b'mod ħażin. Jien tip ta' persuna li la dħalt għal xi ħaġa ser nagħmilha sew u nagħti il-110%. Kont naf li fix-xahar tal-konkors kont se nkun imħabbta ħafna iżda qassamt ħini sew u bdejt nistudja minn qabel biex ma jkollix ħafna xogħol f'dak il-perjodu. Issa nista' ngħid li rnexxieli għaliex meta rċevejt ir-riżultati kont kuntenta b'dak li rajt u xi ħaġa bħal din iġġegħilni nibqa' naħdem u nistinkaw għax naf li dejjem jirnexxili anke jekk matul dak il-perjodu nkun xi ftit stressjata. Għandna ħafna preparamenti iżda qed nieħu gost nagħmel kollox u l-eċċitament qed jikber bis-sekondi! Bħalissa qiegħda niffoka ħafna fuq il-kampanja Beauty with a Purpose għaliex apparti s-sbuħija, dan it-titlu huwa importanti ħafna f'dan il-konkors. F'Miss World, Beauty with a Purpose hija organizzazzjoni li tiġbor il-flus u tipparteċipa fi proġetti umanitarji madwar id-dinja, l-iktar l-iktar biex tgħin lit-tfal. Jien minn dejjem kont inħobb ngħin u allura dan il-proġett huwa verament għal qalbi peress li naf li bit-titlu ta' Miss World Malta għandi ċ-ċans nagħmel differenza. Iktar 'il quddiem se nħabbar ftit iktar dettalji fuq dan il-proġett allura nissuġġerixxi li żżommu ruħkom aġġornati fuq il-paġni tal-midja soċjali kemm tiegħi u ta' Miss World Malta. Ser nikkompeti ma' 130 pajjiż u allura dik diġà sfida minnha nfisha għaliex nixtieq li Malta tavvanza kemxejn 'il quddiem fil-klassifika. Iżda vera ħerqana biex niltaqa' mal-kontestanti l-oħrajn, nagħmel ħbieb ġodda u niltaqa' ma' kulturi differenti madwar id-dinja. Relazzjonijiet interkulturali huma importanti għalija għaliex nemmen li meta tesponi lilek innifsek għal kulturi u pajjiżi differenti tgħinek tikber bħala persuna u xejn xejn meta ssiefer ikollok ma' min tista' tiltaqa' wkoll. Wara Miss World l-iktar ħaġa li ser niffoka fuqha, apparti l-familja u l-ħbieb, ser tkun l-Università għaliex hija l-aħħar sena tiegħi u l-iktar waħda kruċjali. Eventwalment nixtieq insiefer biex inkompli il-Masters u jekk Alla jrid, inġib degree fil-Music Therapy. Nixtieq ukoll li jkolli l-opportunità li nżur iktar pajjiżi għaliex hija waħda mill-ikbar xewqat tiegħi u s-safar huwa gost kbir minn tiegħi. Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fir-rivista l-Gwida li toħroġ kull ġimgħa u ssibuha għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/intervista-ma-mariella-mizzi-minn-ghalliema-ghal-nutar | Intervista Ma' Mariella Mizzi – Minn Għalliema Għal Nutar | www.gwida.mt | Lil Mariella Mizzi, ħafna jafuha. Jafuha fuq it-televiżjoni ma' Corazon jew inkella tgħaddi xi parir jew ieħor bħala nutar. Hemm min ġieli rnexxielu jaqra xi parir minn tagħha fuq ir-rivista tagħna l-Gwida. Insomma żgur li mhux wiċċ ġdid għal ħafna minnkom. Aħna ħadna l-opportunità nitkellmu ftit magħha u niskopru aktar dwar Mariella u r-relazzjoni tagħha ma' Corazon. Iktar ma tikber Corazón, aktar id-differenza bejn il-ġenerazzjoni rispettiva tagħna qed tonqos, u nista' ngħid li llum aktar minn qatt qabel, jien u hi naqblu, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mal-professjoni tagħna u fid-deċiżjonijiet importanti tal-ħajja. Ovvjament, ġieli nitlewmu, speċjalment peress li t-tnejn għandna rasna iebsa. Però kull tilwima tgħaddi mill-ewwel u Corazón għandha ħabta twarrab l-argument malajr. B'mod ġenerali naqblu ħafna. Is-sostenn li nagħtuha jien u missierha huwa dak li, fl-opinjoni tiegħi, kull ġenitur għandu jagħti lil uliedu. Nippruvaw insegwu dejjem dak li tagħmel, u nagħmlulha kuraġġ biex ma taqtax qalbha, anke meta proġett ikun ambizzjuż u diffiċli. Fuq kollox, hi taf li lilna ssibna dejjem hemm, fi kwalunkwe ċirkustanza. Sa minn meta kont żgħira kont ngħid li rrid insir għalliema, imma mbagħad kultant kienet tiġini l-ħajra li naqbad il-linja tal-liġi. Dejjem kont inklinata ħafna lejn l-istudju tal-lingwi, u b'mod naturali mis-Sixth Form bqajt għaddejja għall-Università biex ksibt il-B.Ed. (Hons.) fil-Malti u l-Għarbi. Bħala għalliema kont għal qalbi ħafna. Però x-xewqa li nistudja l-liġi baqgħet fija, u wara li żżewwiġt u kelli t-tifla bdejt il-kors tal-Liġi. Mill-bidu nett kelli f'moħħi li wara li nikseb id-Dottorat fil-Liġi nagħżel il-warrant ta' nutar u mhux ta' avukat, għax aktar kien jogħġobni x-xogħol nutarili. Hekk kont qtajt iż-żewġ xewqat tiegħi. Qatt ma naf li ddispjaċieni dwar kif imxew l-affarijiet, anzi nħoss li l-esperjenza li ħadt fil-qasam tat-tagħlim illum tgħinni ħafna f'dak li qed nagħmel. Il-kuntatt bejnietna huwa kontinwu, speċjalment dwar problemi u sitwazzjonijiet li jinqalgħu fuq ix-xogħol. Però fuq livell personali nippruvaw li nsibu ħin biex niltaqgħu u nqattgħu ħin flimkien, u f'dawn il-laqgħat nitkellmu fuq kollox 'barra fuq ix-xogħol. Fortunatament, it-tnejn li aħna għandna interessi oħra minbarra l-professjoni, u allura f'dawn il-ħinijiet nippreferu li nitkellmu dwar dawn l-interessi l-oħra. Corazón bħali għandha għal qalbha ħafna l-familja, u għaldaqstant nippruvaw li nsibu kemm jista' jkun ħin biex ingawduha mill-aħjar li nistgħu. Ċerti esperjenzi jiddependi kif tħares lejhom. Kultant jiġru affarijiet li ma tkunx taf hux suppost tidħaq jew tibki. Għax in-nies tivvintahom kultant! Darba ċemplitli klijenta u talbitni mmur id-dar ta' missierha u ommha għax missierha ried jagħmel testment imma kien "ftit ma jiflaħx" u ma setax joħroġ. Allura mort id-dar tal-ġenituri tagħha, u xħin dħalt sibt lil missierha rieqed fis-sodda. L-omm bdiet tgħajjatlu f'widnejh, "Ġiet in-Nutar!" Jien għedtilha biex ma tqajmux għax jinħasad, u ssuġġerejtilha li tħallih jistenbaħ waħdu. Imma hi ħarsitli bid-dmugħ f'għajnejha u qaltli, "Dak ma jqumx ta, ilu f'koma għoxrin sena!" Dak il-ħin ma kontx naf nidħaqx jew nibkix. Fil-verità kienet sitwazzjoni traġika, imma l-ħsieb biss li din il-mara ppretendiet li jien nagħmel testment lil xi ħadd li ma jafx li qed jgħix, kien xi ħaġa inkredibbli. Il-mużika hija parti mill-kostituzzjoni tiegħi, verament. Dak kollu li fih ritmu u ħoss sabiħ lili jolqotni. Insegwi x-xena lokali kontinwament. Ġieli kunċert jew festival li jintwera fuq it-televixin narah anke darbtejn biex inkun ċerta li ma tlift xejn. Meta kont iżgħar kont indoqq il-klarinett mal-banda u allura l-mużika naqraha u forsi napprezzaha aħjar. San Remo minn dejjem kont insegwih mill-bidu sat-tmiem, u anke kelli x-xorti li mmur narah. Il-Eurovision insegwih ħafna, u nipprova nsiefer biex nara s-serati kollha, kull sena. Napprezza kull ġeneru ta' mużika, mhux dik popolari biss. Din is-sena f'għeluq snini Corazón xtratli klarinett. Nispera li jirnexxili nsib il-ħin biex nerġa' nibda ndoqq dan l-istrument li għandu ħoss tant sabiħ. Naħseb li l-fatt li kemm jien kif ukoll żewġi Joe minn dejjem konna nsegwu San Remo għen biex Corazón telgħet b'inklinazzjoni lejn il-mużika Taljana. Fil-fatt hi stess tgħid li l-ispirazzjoni tagħha ġeneralment tiġi minn hemm. Dwar jekk Corazón wirtitx leħinha minni, nispera li iva, imma forsi din hija biss xewqa tiegħi. In-nanniet u z-zijiet paterni tiegħi dejjem kienu membri attivi ta' 12th May Band and Social Club. Ironikament, ommi u missieri ma kinux daqshekk akkaniti. Però jien sa minn meta kont tifla żgħira kont nixtieq li nitgħallem strument mal-banda tagħna. Kien żmien meta l-bniet ma kinux jiġu aċċettati. Kont insistejt biex idaħħluni nitgħallem, avolja kont għadni tifla żgħira ta' xi disa' snin, u l-kumitat ta' dak iż-żmien kien aċċettani bħala l-ewwel alljieva tifla. Illum għandna bandisti femminili daqskemm għandna maskili, u dwar dan kburija ħafna, għax forsi tajt ftit kontribut jien biex wasalna sa hawn. Illum il-festa ta' San Filep tfisser ħafna xogħol u sagrifiċċju, mhux biss għalija bħala l-president attwali tas-soċjetà li kienet laqgħetni fi ħdanha tant snin ilu, imma għal dawk kollha ta' madwari li bħali jqisu l-festa tar-raħal bħala l-avveniment prinċipali tas-sena soċjali tagħhom. Meta inti jkollok imħabba għall-edukazzjoni u għal-liġi, u jirnexxilek iżżewwiġhom it-tnejn flimkien, bilfors li tħoss sodisfazzjon kbir. Li ngħallem lill-istudenti tal-Liġi mhix xi ħaġa ġdida għalija. Imma dan il-proġett fi ħdan id-DegreePlus Programme tal-Università ta' Malta, li fih jiena se nkun qed ngħallem L-Użu tal-Malti fil-Qasam Legali, għalija huwa ħolma li qed titwettaq. Il-fatt li numru sabiħ ta' studenti daħlu għalih jagħmilli ħafna kuraġġ, għax juri li hawn interess biex fil-qasam legali tintuża lingwa tajba. Ma nippretendix li se ngħallem il-perfezzjoni. Imma nippretendi li niżra' f'min se jaħdem bil-lingwa fil-qasam legali kuxjenza li dokument jinkiteb bl-aħjar mod possibbli, kif jagħmel ġieħ lil ilsienna. Il-prinċipju tiegħi hu: jekk l-aqwa għodda li għandi bżonn fil-professjoni tiegħi hija l-lingwa, kif nista' naħdem sewwa mingħajr għodda tajba? Wieħed forsi jista' jinnota li meta nikteb xi ħaġa nkun qed nipprovoka diskussjoni. Ħafna drabi taħdem, u r-rispons ikun wieħed qawwi kull darba. Il-kummenti nsegwihom, u nuri li qed insegwihom, għax inkella jieqfu. Ħafna drabi meta s-suġġett ikun kontroversjali niktbu dak il-ħin li jiġi f'moħħi, għax jien hekk magħmula. Ovvjament, noqgħod attenta li ma nweġġa' lil ħadd u li ma naqbiżx il-limiti. Bl-istess mod, fejn jiġi ċans li nxerred xi ċajta ma nitilfux, għax wisq nieħu gost nara lil min jitbissem. Hija kwistjoni ta' tqassim tajjeb tal-ħin. Il-ħinijiet li nqatta' l-uffiċċju huma twal ħafna, però xorta waħda kuljum ngħaddi nara lill-papà tiegħi, għax inħoss il-bżonn li nserraħ moħħi li ma jonqsu xejn. Apparti hekk bħal kull mara rrid nieħu ħsieb id-dar tiegħi, bil-għajnuna ta' żewġi Joe. Għalkemm spiss nilmentaw li l-ġurnata hija qasira, jekk tqassam il-ħin sew issib ħin għal kollox. Il-Ħdud, pereżempju, inħobb inqattagħhom inħit. M'iniex waħda li norqod ħafna, u għalhekk ħafna affarijiet nagħmilhom billejl ukoll. Sa issa qed inlaħħaq ma' dan kollu. Jekk fil-futur ma nibqax nista' nagħmel daqshekk, almenu ma jiddispjaċinix li, meta stajt, qgħadt nitnikker. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/andrea-cassar-in-nies-dejjem-ikunu-kurjuzi-dwar-kif-naghzlu-d-destinazzjoni-il-process-huwa-kkumplikat-hafna | Andrea Cassar: "In-Nies Dejjem Ikunu Kurjużi Dwar Kif Nagħżlu D-Destinazzjoni. Il-Proċess Huwa Kkumplikat Ħafna" | www.gwida.mt | Andrea Cassar il-producer u preżentatriċi tal-programm Liquorish, ħa tiżvela magħna xi kurżitajiet. Kif tafu Andrea hija omm, però taħsbu li lil uliedha tinkuraġġihom biex ikunu avventurużi? Wieħed bla ma jriq jistaqsi xi preparamenti hemm wara programm bħal Liquorish u tgħid bdew jippreparaw l-iskeda li jmiss ta' dan il-programm? Dan u aktar f'din l-intervista ma' Andrea Cassar. Liquorish f'dawn l-aħħar 15-il sena għadda minn diversi fażijiet. Fil-bidu ma kienx popolari daqs illum. Joe, Warren u jien bqajna naħdmu fuq Liquorish sa mill-ewwel darba li qatt sar u allura kellna iċ-ċans li nesperimentaw. Ma niddejqux nissugraw. Il-fatt li nagħżlu April huwa għaliex nemmnu li n-nies ikunu mxennqin minn xi ħaġa ġdida fit-televiżjoni. Ikun hemm programmi li jkunu ilhom għaddejjin diversi xhur u jibdew jindraw. Aħna jogħġobna l-fatt li l-programm isir qabel u matul l-ewwel ġimgħat tas-sajf. Għal darb'oħra din is-sena ħdimna fuq tibdil kbir. Din id-darba ridna nagħtu dimensjoni ġdida lill-avventura. Il-fatt li dawk li japplikaw ikunu jsegwu ħafna l-programm tagħmilha aktar diffiċli biex noħolqu element ta' sorpriża għalihom. L-isfidi ż-żgħar, bħall-wirdien li riedu jieklu, il-logħba tax-xokkijiet u ħafna oħra taw dimensjoni ġdida lill-programm. Din is-sena wkoll it-tim ħadem fuq set ġdid li ħa ħafna xogħol però ntlaqgħa tajjeb ħafna. In-nies dejjem ikunu kurjużi dwar kif nagħżlu d-destinazzjoni. Il-proċess huwa kkumplikat ħafna. Nibdew naħdmu fuq aktar minn pajjiż wieħed biex naraw x'joffri kull pajjiż, kemm hu aċċessibbli għalina biex naslu, id-distanzi, it-temp u ħafna aktar fatturi. Imbagħad hemm l-aspetti loġistiċi, finanzjarji u mediċi – kollha huma fatturi għaliex nispiċċaw nagħżlu pajjiż u mhux ieħor. Eventwalment wara ħafna ġimgħat, jintgħażel il-pajjiż, u min hemm jibda x-xogħol biex tinħadem ir-rotta, il-logħob u kif se jsiru l-filmati u l-isfidi. Proċess li jieħu ħafna xhur u mhux faċli. Iva. Jien nieħu gost ħafna nagħmel l-auditions tal-programm. Hemmhekk tiltaqa' ma' ħafna karattri differenti. Eventwalment, jien u l-krew nippruvaw ma nsirux ħbieb ħafna tal-parteċipanti għaliex taghmilha aktar diffiċli biex jinħadem il-programm. Wara kollox irridu nkunu ġusti u ugwali kollha. Ovvjament, ikun hemm mumenti fejn tifraħ magħhom, jew temozzjona ruħek għal dak li jkunu għaddejjin minnu u xi kultant ikun hemm mumenti fejn ikollok iżżomm daqsxejn ir-riedni sforz l-entużjażmu li jkollhom. Ħafna ħafna. Xi kultant ma nagħtix dik l-impressjoni imma jien minn dejjem kont ċerta li lit-tfal irrid nurihom id-dinja li ngħixu fiha u nħallihom igawdu kulturi differenti u pajjiżi differenti. Kull sena nagħmel avventura mat-tfal f'xi post barra mill-Ewropa. Hemm inħoss li uliedi jitgħallmu ħafna. Flimkien nippreparaw bosta affarijiet u rigali biex huma jaqsmu ma' tfal oħra għaliex hija din l-interazzjoni li tagħmel id-differenza. Hawn Malta mbagħad norganizzaw ħafna campings. Ix-xogħol ilu għaddej diversi ġimgħat. Bħalissa għaddejjin bis-sezzjoni biex jintgħażlu l-parteċipanti u beda l-proċess biex jintgħażel il-pajjiż. Hemm diversi sfidi u logħob li diġà ġew diskussi. Se jkollna ħafna sfidi ġejjin però għalissa ma nista' ngħid xejn. Nispera li tkun edizzjoni ta' suċċess bħal din li għaddiet u finalment nispera li n-nies tad-dar igawdu esperjenza unika fit-televiżjoni Maltija għaliex grazzi għalihom li nibgħu għaddejjin. Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fir-rivista l-Gwida li toħroġ kull ġimgħa u ssibuha għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/nathaniel-attard-wara-kollox-kulhadd-ikollu-burdati-differenti | Nathaniel Attard: "Wara Kollox Kulħadd Ikollu Burdati Differenti..." | www.gwida.mt | Ir-raba' edizzjoni tal-konkors kanzunetta junior intrebħet miż-żagħżugħ nathaniel attard bil-kanzunetta burdati fuq kliem ta' emil calleja bayliss u mużika ta' philip vella. Iltqajna ma' nathaniel biex insiru nafuh ftit aktar u miegħu ddiskutejna l-istil mużikali li qed narawh bih dan l-aħħar. Kif ħa naraw f'din l-intervista nathaniel impenjat mhux ħażin għall-età tiegħu u dejjem ifittex esperjenzi ġodda biex ikompli jimraħ. Qabel ma tlajna fuq il-palk, kont eċitat imma mhux gravi tant li fuq wara kont qed niżfen u nkanta ma' sħabi l-kantanti u ż-żeffiena li kien hemm. Hekk kif wasal il-ħin, bdejna telgħin fuq il-palk u l-eċitament beda jiżdied. Kif Christine u Emma bdew iħabbru r-riżultati qalbi bdiet tħabbat sitta sitta tant li kien se jħossni ħass ħazin fuq il-palk. Kif tħabbret il-kanzunetta tat-tieni post tal-kategorija tiegħi jien għedt li huwa impossibli li se nieħu l-ewwel post jien. Biss kif għajtuli ismi qalbi wafqet u bdejt ngħannaq lill-awtur. Ovvjament qalbi kienet għadha qed tħabbat u bl-eċitament kelli ħafna għaraq f'idejja tant li bħalma setgħu jaraw it-telespettaturi u n-nies li kienu qegħdin jarawni, it-trofew kien se jaqgħali minn idejja. Fl-opinjoni tiegħi, dan il-festival jesponi t-talenti ta' ħafna kantanti żgħażagħ Maltin. Fatt ieħor li ħeġġiġni nagħmel dan huwa li l-kanzunetti jridu ikunu bilfors oriġinali u bil-Malti. B'hekk inżommu l-lingwa Maltija iktar ħajja. Għaldaqstant kif fetħu l-applikazzjonijiet tal-konkors tkellimt mat-tim kollu li naħdem miegħu u ddeċidejna li kellha tinkiteb kanzunetta. B'hekk inħolqot il-kanzunetta 'Burdati'. Tista' tgħid li iva Nathaniel ibati minnhom. Wara kollox kulħadd ikollu burdati differenti kuljum. Din il-kanzunetta għalija tfisser ħafna għax hija kanzunetta li tista' tirrelata ma' kulħadd kemm min hu żgħir u kemm min hu kbir. Min ma jbatix bil-burdati minn żmien għal żmien? Hi naqra mistoqsija diffiċli. Kieku kelli nagħżel, naħseb nagħżel li nkanta waħdi għax inħossni nista' nesprimi ruħi ħafna aħjar. Fl-istess hin li tkanta ma' xi ħadd hija esperjenza sabiħa ħafna għax tiltaqa' ma' nies differenti u titgħallem tadatta għal bżonnijiet ta' kull persuna. Fl-opinjoni tieghi huwa importanti li l-lirika tal-kanzunetta tkun adatta għall-età tal-kantant. Ghaldaqstant jien inħobb inkanta temi żagħżugħa li nkun nista' nirriletta magħhom jien u nies ta' tampari. Nieħu gost nuża l-mużika sabiex inwassal xi messaġġ jew ieħor. Iva naħseb li dan l-istil huwa l-aktar stil li nħossni komdu nkanta fih. Kull min jafni jaf li jien ma' tantx għandi kwiet u allura nieħu gost meta l-kanzunetta tkun waħda movimentata. Burdati għandha stil għal qalbi ħafna (bħal ħafna kanzunetti oħrajn li nkanta jien) għax hija diska tal-widna, movimentata ħafna li wieħed bla ma jrid jibda jiċċaqlaq magħha. Bħala kantanti barranin m'għandix persona partikolari. Joġgħobni l-istil ta' Michael Buble kif ukoll ta' Frank Sinatra li matul ħajjithom għamlu mużika sabiħa ħafna. Però ma' dan kollu jien inħossni persuna versatili ħafna għaldaqstant f'kull artist kapaċi insib xi ħaġa li toġgħobni. Kienet esperjenza sabiħa ħafna fejn anke ilqtajt ma' bosta kantanti bravissimi Taljani. Fuq kollox kienet esperjenza tgħallimt u anke għamilt ħbieb ma' diversi kantanti. Kull esperjenza hija importanti u fiha titgħallem xi ħaġa jew oħra, kemm f'pajjiżna u kemm barra minn xtutna. Dawn l-aħħar snin sar jinteressani ħafna t-teatru. Qed nieħu bis-serjetà ħafna l-istudji tat-teatru fejn anke tlajt Londra fuq workshops ġewwa l-West End. Ħadt sehem f'diversi produzzjonijiet lokali fosthom Sound of Music, Il-Perit, Annie u oħrajn. Bħalissa m'iniex nieħu sehem f'produzzjoni waħda iżda tlieta. Waħda ġewwa Ħal Balzan mal-Balzan Drama Group fejn se ntellgħu il-musical 'Peprina' (The Little Red Riding Hood) kitba ta' Trevor Zahra. Hemm oħra li se ntellgħu ġewwa l-Istitut Kattoliku li ġġib l-isem ta' 'Il-Presepju tan-Nannu' kitba ta' David Muscat li se tittella' mad-Dar tal-Providenza Siġġiewi fejn matul ix-xow se jkunu qegħdin jieħdu sehem magħna r-residenti ta' din id-dar. Fl-aħħar u mhux l-inqas inħossni eċitat ukoll għal produzzjoni li se tittella' fil-bidu tas-sena d-dieħla li ġġib l-isem ta' 'The Addams Family'. Din ser tittella' minn DLS Production ġewwa l-MCC il-Belt Valletta. Jiena f'ħajti għandi tlett ispirazzjonijiet. L-ewwel u qabel kollox li nkompli l-istudji tiegħi. It-tieni li iktar, il quddiem noħroġ album mużikali tiegħi. U fl-aħħar u mhux l-inqas li nieħu sehem f'xi produzzjoni teatrali internazzjonali. Finalment jien nixtieq nirringrazzja lilkom tas-sapport kontinwu li dejjem tajtuni, kif ukoll għal dan l-ispazju fir-rivista Il-Gwida. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/ghalkemm-mhux-imwielda-hawn-qalbi-dejjem-grata-lejn-malta---miss-universe-malta | "Għalkemm Mhux Imwielda Hawn Qalbi Dejjem Grata Lejn Malta." - Miss Universe Malta | www.gwida.mt | Is-Sibt li għadda, Teresa Ruglio li tgħix ġewwa Tas-Sliema ġiet inkurunata Miss Universe Malta. Teresa mhux Maltija, imma ila tgħix f'pajjiżna għal dawn l-aħħar tliet snin. It-tfajla kif ħa taraw għandha qalba marbuta ma' dawn il-gżejjer u ċertament ħa tkun qed iġġorr il-bandiera Maltija b'unur. Aħna saqsejnieha ftit mistoqsijiet sabiex insiru nafu lil Teresa aħjar u naraw x'għandha xi tgħid dwar il-fatt li ħa tkun qed tirrapreżenta lil pajjiżna. Jidher biċ-ċar li Teresa hi tfajla intelliġenti u ħa tagħmel lil Malta kburija għax grata tassew li qed tingħata dan il-privileġġ. Inħossni grata ħafna u onorata, għadni qed nipproċessa l-fatt li Malta għażlietni bħala r-rebbieħa. Jien ħdimt ħafna għal din il-kompetizzjoni bħall-kontestanti l-oħra kollha, għalija huwa privileġġ kbir li ġejt inkurunata r-rebbieħa. Jien oriġinarjament mill-Venezwela imma jien ukoll nofsni Taljana. Inħossni kburija ħafna li ntajjar il-bandiera Maltija għaliex dan il-pajjiż tani l-opportunità li nerġa' nieħu ħajti lura u niskopri opportunitajiet ġodda. Għalija l-fatt li qed ngħix f'Malta u qed nibni ħajti hawn, timlini b'kuraġġ u b'imħabba u lesta sabiex ngħid lid-dinja li Malta hija pajjiż magħmul mill-imħabba u l-aċċettazzjoni. Malta hija art ta' opportunitajiet għal kulħadd. Għalkemm mhux imwielda hawn qalbi dejjem grata lejn Malta. Ritratt: Facebook / Teresa Ruglio - Mehud minn: Benjamin Sant Għalija dan is-slogan jfisser mara mogħtija s-setgħa li temmen fiha nnifisha, timxi 'l quddiem għaliex tifhem l-importanza tal-imħabba u taħdem b'determinazzjoni għall-ħolm tagħha kuljum. Hija mara li qiegħda dejjem tikber bħala persuna u tieħu ħsieb oħrajn. għalhekk hi tispira matul l-azzjonijiet tagħha. Nista' nirrelata wkoll dan is-slogan miegħi nnifsi, fejn irrid inwassal il-messaġġ b'saħħtu, li irrispettivament minn liema kritika nista' naffaċċja fil-vjaġġ tiegħi nibqa' 'Confidently Beautiful'. Qed nistenna b'ħerqa kollox, għaliex dan huwa kapitlu ġdid f'ħajti li minnu nista' nitgħallem ħafna u nuri kemm inħobb il-pajjiż li noqgħod fih. Fir-rigward ta' Miss Universe nnifisha ħerqana sabiex niltaqa' ma' Steve Harvey minħabba li jien nammirah bħala kelliem motivazzjonali, u bħala kelliema motivazzjonali nnifsi, se jkun ta' pjaċir kbir li niltaqa' miegħu. Dan il-vjaġġ għadu kif beda u jien se nipprepara ruħi għal wirja kbira f'Miss Univers waqt li ntajjar kburija il-bandiera Maltija. Kull pass ta' dan il-vjaġġ qed nistennieh b'ħerqa kbira. Ritratt: Facebook / Teresa Ruglio - Piccinino Lingerie Tal-ġenn! Diġà biddiltni ħafna bħala persuna u għalkemm f'xi jiem tista' tidher diffiċli, irrid dejjem nistenna bil-ħerqa dak li jmiss f'dan il-vjaġġ. Minn din l-esperjenza qed nistenna li naqsam u nitgħallem mingħand kulħadd, għax dak hu li jagħmilni kuntenta imma l-iktar importanti hu li nesprimi l-imħabba u l-gratitudni. Il-ħolma tiegħi hi li nsir kelliema motivazzjonali u din mhix se tibqa' biss ħolma, nista' nagħmilha bis-saħħa tat-titlu Miss Universe Malta. Ritratt: Facebook / Teresa Ruglio L-iktar ħaġa li jien gawdejt kienet il-preparazzjoni tiegħi għall-kompetizzjoni. Speċjalment, meta konna mmorru għall-provi u nqattgħu ħin mal-kontestanti kollha, li nqishom ilkoll prinċipessi. Kellna ħafna ħin flimkien, dħakna u dejjem konna ngħinu lil xulxin u nappoġġjaw lil xulxin. Ovvjament l-appoġġ kollu bis-sħiħ tad-diretturi tagħna Alan J Darmanin u Jeff Francalanza, flimkien mal-kowċ tagħna Marvin Bunayo u r-rebbieħa tas-sena l-oħra Francesca Mifsud li lkoll kienu ta' motivazzjoni għalina. Minħabba li din mhux biss bħall-kompetizzjonijiet oħra, il-proċess li jwasslek sal-aħħar lejl huwa proċess li titgħallem minnu f'kull ħin. Hemm ħafna nies li ispirawni f'ħajti. Imma żgur ngħid li ħija Bruno, li miet is-sena l-oħra, huwa kien isofri mill-iskizofrenija u kellu żmien iebes ħafna minħabba l-kundizzjoni tiegħu, imma hu kien jemmen fih innifsu. Kellu jgħidli nħobbok, inti l-oħt favorita tiegħi, kompli agħmel dak li qed tagħmel. Hu kien dejjem umli u jitbissem. Inħobbok Bruno, din il-kompetizzjoni hija għalik. Ritratt: Facebook / Teresa Ruglio - Mehud minn: Godfrey J Massa Din ir-rebħa niddedika għall-Malta, il-familja tiegħi, l-għarus u n-nies kollha li jemmnu fija. Bi tbissima fuq wiċċi, ilbieraħ kelli l-privileġġ nirbaħ il-kuruna ta' Miss Universe Malta 2019, inkun grata ħafna jekk inti taċċetta lili għal min jien u għal minn fejn ġejja. Il-messaġġ tiegħi għalikom huwa aħdem fuqek innifsek, apprezza l-ħajja li għandek, għix kuljum bi gratitudni u l-imħabba, tieħu xejn ovvju u gawdi kull moment. Tkunx daqshekk diffiċli fuqek. Ftakar li nistgħu dejjem ninbidlu u nikbru. Kull ma trid tagħmel hu li tibda minnufih hawn u issa, b'attitudni pożittiva u tfittex dejjem sabiex titgħallem. Ibqa' miexi 'l quddiem u gawdi l-vjaġġ. Jien inkun grata dejjem għal dan il-pajjiż. Inhobbkhom għal dejjem. Grazzi Malta! Minn hawn nixtiequ nawguraw lil Teresa Ruglio, Miss Universe Malta kull suċċess fl-avventura barra minn xtutna. Din l-intervista hi xhieda ċara, li l-mudella ħa tkun ambaxattriċi mill-aqwa għal pajjiżna. Awguri Teresa! | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/rachel-lowell-tghid-li-thossha-iz-zghira-f-dinja-adulta | Rachel Lowell Tgħid Li Tħossha "Iż-Żgħira F'Dinja Adulta" | www.gwida.mt | Ta' 17-il sena, Rachel Lowell hija kantawtriċi li ħa tiftakar is-sena 2019 tul ħajjitha kollha wara li klassifikat fl-ewwel tliet postijiet f'żewġ kompetizzjonijiet fuq skala nazzjonali apparti li rrapreżentat lil Malta f'kompetizzjoni internazzjonali mtella' mill-ammiraturi tal-Eurovision Song Contest. Flimkien ma' Rachel, nitkelmu dwar il-karriera tagħha fil-mużika, u x'tagħmel lil'hinn mill-mużika. Ritratt: Facebook / Rachel Lowell L-ewwel nett, qabel tidħol għal kwalunke proġett, x'ikun għaddej minn moħħok? Qabel nidħol għal kwalunke proġett, nara li nkun nista' nagħti il-100 fil-100 tiegħi għax dak li nkun ħa nagħmel inkun irrid nagħmlu b'mod tajjeb! Huwa b'hekk li nista' nieħu gost u ngawdi l-esperjenza bi sħiħ. Kienet sena impenjattiva ħafna, kemm fix-xena mużikali kif ukoll mil-lat skolastiku. Bla dubju ta' xejn, tkun xi ftit ta' sfida, għax tħossok iż-żgħira f'dinja adulta però nħobb naħseb li jien persuna determinata u lesta għal kull ħaġa li toffri l-ħajja. Naħseb li xi darba jew oħra, kull bniedem esperjenza sitwazzjoni fejn xtaq isib risposta jew għajnuna iżda tkun ħafna iktar diffiċli minn kemm il-bniedem jaħseb. Jibdew jibgħatuk minn persuna għall-oħra, iżda dak li tkun trid ma jasal qatt. Fil-verità, iġibuk daqslikieku Kajfas qed jgħaddik għand Pilatu u ċ-ċiklu jibqa' jirrepeti ruħu. Ritratt: Facebook / Rachel Lowell Kienet l-ewwel sena tiegħi li stajt nikkompeti f'dan il-festival tant prestiġġjuż tal-kanzunetta Maltija. Għalkemm minn dejjem kont nemmen ħafna fil-kanzunetta tiegħi, qatt ma bsart xejn għax il-kanzunetti kollha li waslu fil-finali kienu ta' livell għoli ħafna u kollha verament sbieħ. Ikolli ngħid li ħassejtni qisni qed ngħix ħolma xħin smajt ismi waqt ħin il-premjazzjoni. Minn meta kont ħafna iżgħar kelli għal qalbi ħafna l-ballad però nemmen li kantant għandu jkun versatili u jipprova kull tip ta' stil. Il-kanzunetta Minn Kajfas Għal Għand Pilatu kienet ta' stil totalment differenti għalija iżda hija waħda mill-aktar kanzunetti li ħadt pjaċir ninterpreta. Ritratt: Facebook / Rachel Lowell Li Stajt Nagħżel Jien hi kanzunetta dwar l-abort iżda minn perspettiva ta' tarbija. Naħseb li nisimgħu ħafna opinjonijiet dwar dan is-suġġett però forsi qatt ma tajna każ x'setgħet u x'tixtieq tgħid it-tarbija kieku kellha leħen. Nerġa' ntenni li jien nemmen ħafna f'kull kanzunetta li naħdem fuqha però qatt ma nistenna xejn. Kienet l-ewwel sena tiegħi u ġa ta' sodisfazzjoni li wasalt sal-finali. Jekk nkun onestà, ma niftakarx x'għaddha minn moħħi però kont sodisfatta ferm li l-messaġġ li ridt inwassal, kien wasal. Ritratt: Facebook / Rachel Lowell Minn dejjem kelli l-mużika għal qalbi u l-ewwel memorji li għandi tal-kant kienu meta n-nannu kien ikantali. Bdejt nattendi xi lezzjonijiet tal-musical theatre meta kelli erba' snin. Ta' xi disa' snin, iddeċidejt li niffoka aktar fuq il-linja tal-vuċi u minn hemm qatt m'erġajt ħarist lura. Illum il-ġurnata, apparti l-musical theatre u l-vuċi, indoqq il-pjanu u nistudja t-teorija tal-mużika. Jien ninsab fit-tieni sena tiegħu ġewwa s-sitt sena fil-Kulleġġ ta' San Alwiġi u qed nistudja l-Malti u l-Ingliż sabiex inkompli nistudja l-liġi fl-Universita' ta' Malta. Ritratt: Facebook / Rachel Lowell Il-Eurovision dejjem kellu post speċjali f'qalbi u l-idea li stajt nirrapreżenta 'l Malta f'kompetizzjoni internazzjonali mtella' proprju mill-ammiraturi tal-Eurovision ħajjritni, u mhux ftit. Iltqajt ma' ħafna segwaċi, diversi ġurnalisti kif ukoll kantanti minn pajjiżi differenti u kienet ħaġa sabiħa li kulħadd ingħaqad filmkien għal skop wieħed, biex napprezzaw dik li hi verament għal qalb kulħadd, il-mużika. Jien kont wasalt sal-finali tal-Malta Junior Eurovision Song Contest li kien saw ġewwa Dar il-Mediterran fl-2016. Kienet esperjenza verament għal qalbi li m'jien ħa ninsa qatt li żżewqet b'mod isbaħ meta ġejt ikkuntatjata biex inkun parti mill-provi tal-Junior Eurovision Song Contest f'post il-kantanti tal-pajjiżi differenti waqt il-provi tekniċi. Ritratt: Facebook / Rachel Lowell Li Tiżra' Taħsad kien proprju it-titlu tal-ewwel kanzunetta oriġinali tiegħi fuq kliem ta' Emil Calleja Bayliss u mużika ta' Philip Vella. Kienet ukoll il-kanzunetta li waslitni sas-serata finali tal-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ fl-2018. Hi kanzunetta li twassal il-messaġġ li kull bniedem jista' jasal fejn irid jekk jaħseb b'mod determinat għal dak li jixtieq. Bħalissa qed nagħti importanza kbira lill-eżamijiet li għandi fl-2020, l-eżamijiet ta' livell avvanzat iżda wkoll se nkun qed naħdem fuq xi materjal oriġinali kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliz apparti li ħa nkompli l-eżamijiet tal-vuċi, pjanu u teorija. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/kevin-paul-nafuh-dejjem-bil-kitarra-imma-dan-l-ahhar-kellu-sfida | Kevin Paul Nafuh Dejjem Bil-Kitarra Imma Dan L-Aħħar Kellu Sfida | www.gwida.mt | Lil Kevin Paul imdorrijin narawh bil-kitarra jkanta, iżda fil-vidjow mużikali tiegħu l-kitarra ma tfaċċatx. Kevin jgħidilna li l-aktar 3 mistoqsijiet li jsaqsuh huwa; fuq il-kanzunetti u l-mużika tiegħu! Jekk joħroġx ma' Gaia! U fuq l-isfidi li għandu ma' rowen... Kevin ġej minn familja mimlija kantanti, fostom ħuh Kurt Calleja u zijuh William Mangion! William jgħinni ħafna! Għalkemm ma nitkellmux kuljum, jagħtina ħafna feedback fuq dak li qed nagħmlu. Jgħidlek proset u jissaportjak. Ħafna drabi joffrili mmur għandu biex jgħinni fuq affarijiet mużikali. Nammiraħ ħafna lilu! Ġieli daqqejna flimkien iva. Daqqejt, qatt ma kantajt. Konna fuq l-istess palk indoqqu l-kitarra u jkanta hu. Jien kont nattendi l-iskola ta' Sant'Agata, ir-Rabat. Minn hemm beda kollox. Kien Fr Karm DeBattista, kien hu li ħeġġiġni li ndoqq il-kitarra quddiem in-nies. Kont ngħidlu 'le' u kien jibqa' jippersisti. Ftit ilu ċempiltlu u rringrazzjajtu ta' kemm għamel miegħi! Hu kien jemmen fija u jien kont nistħi. Jien kont nitgħallem il-kitarra mill-komunità tan-Neo Katokumenali u mingħand Fr Karm. Imma Fr Karm kien l-ewwel persuna li ħeġġini nkanta u bdejt fil-quddies. Ma kellix idea ta' mużika, kont nara lil ħija jkanta biss. Meta ħija kien ikanta d-dar, kien dejjem isaqsini għall-parir. Għalkemm ma kontx indoqq strument jew inkanta, xorta kien irrid il-parir tiegħi. Kurt kien iħoss li kelli kapaċitajiet fil-mużika. Meta dħalt Sant'Agata, l-ewwel mistoqsija li staqsa Fr. Karm kienet "Hawn xi ħadd jdoqq instrument?", niftakar kien filgħodu u jien ta' prużuntuż għollejt subgħaja. Fil-verità ma kont naf indoqq xejn! Għedtlu naf indoqq id-drums! Fr Karm qalli narak fil-brejk ħalli nisimgħak. Mort u bdejt indoqq, u mill-ewwel qalli 'int ma tafx idoqq, hux vera?'. Però qalli ukoll, 'għalkemm naf li ma tippratikax, qed nifhem xi ħaġa fik, nifhem li għandek sens ta' ritmu'. Bdejt nipprattika u dħalt fl-orkestra tal-iskola ndoqq id-drums. Biex nifthemu ma kontx xi drummer stilla imma dak kien l-ewwel strument. Bażikament, f'Paceville ftit ġranet qabel ħarġet id-diska tiegħi I.D.W.K, kien hemm reklam tal-vidjow mużikali fuq barra ta' stabbiliment. Dawn għamlu r-reklam fuq il-billboard tagħhom u jien kont għaddej. Jien inħobb nidħaq ħafna u nieħu pjaċir u jekk jista' jkun jidħaq ħaddieħor miegħi mingħajr ma nweġġa' lil ħadd. Bdejt ngħidlhom "It's me! It's me", u ma bdewx jemmnuni li kont jien! Ma beda jemmini ħadd! Ħlief l-aħħar grupp emmnuni! Vera dħaqt! Thank God, id-diska sejra tajjeb ħafna, naħseb qabżet l-aspetazzjonijiet tiegħi. Meta tikteb diska l-interess tiegħek primarjament huwa li tesprimi ruħek, kull ħaġa li tiġri wara hija bonus. Nesprimi ruħi u jekk in-nies jirrelataw magħha aħjar! Il-messaġġ tal-kanzunetta għalkemm tagħtik impressjona li jiena persuna li ma rridx naf bik, itlaq 'l hemm etċ... Mhux dak il-messaġġ li ppruvajt ngħaddi! Fil-verità, d-diska titkellem fuq persuna li kienet x'kienet ir-relazzjoni, ħbiberija, sitwazzjoni f'ħajtek illi inti tħossok illi tajt kemm stajt, ħabbejt lill-persuna u ppruvajt tkun hemm għaliha, bil-mod tiegħek. Għax kulħadd għandu l-mod tiegħu. Din il-persuna minkejja l-isforz kollu ma tkunx apprezzata. Dak kollu li qed tagħmel hu għal xejn. Tasal f'punt fejn tgħid, "Isma', I don't want to know about whatever...". Mhux għax ma jinteressakx imma għax nixtieq nibża' għalija nnifsi. Ktibtha fuq esperjenza li għaddejt minnha. L-aktar ġurnata li tbeżża' lili hija li xi ħadd mill-familja tiegħi, ma jibqax magħna. Meta noqgħod naħseb fuqha, niġġennen! Ġieli naqbad nibki. Nipprova nagħti daqqa lili nnifsi biex niġi f'sensija. Aħna familja close ħafna. Darba fil-ġimgħa niltaqgħu, iċempel lil ħuti, ngħix ma' ommi u missieri. Nibagħtu u nitkellmu kuljum. Il-familja għalija għandha valur kbir, l-isbaħ ħaġa li teżisti. Is-sajf għalija kemm ilni naħdem u ndoqq, is-sajf dejjem ikun esperjenza sabiħa. Però, s'issa dan is-sajf l-isbaħ esperjenza kienet il-Beer Fest u kelli l-esperjenza ta' ħafna gigs. Dan is-sajf ktibt diska għal Gaia. Kantatha fl-Isle of MTV u jisimha 'Why Should I'. Kanzunetta li ktibt jiena, l-kliem u l-melodija tal-kant u l-mużika għamilha Siconix li għamel 'I.D.W.K'. Hi kontinwazzjoni ta' I.D.W.K. Kanzunetti differenti imma għandhom kunċett simili. Waħda mill-perspettiva ta' ġuvni u l-oħra minn perspettiva tat-tfajla. Iż-żfin ma jiġinix naturali jew forsi hija biss ħsieb ta' moħħi. Nieħu pjaċir niżfen imma jekk inkun naf x'jien nagħmel. Għedtha dik meta ħriġt il-vidjow mużikali għax in-nies li jafuni dejjem rawni bil-kitarra u biex inkun onest xtaqt ngħati sfida lili nnifsi. Xi ħaġa differenti. Kienet sfida mhux ħażin għax f'dan il-vidjow il-kitarra ma tidher imkien. Kienet xi ħaġa differenti li kelli naddatta. Ma stajtx nistaħba imma kelli noħroġ espressjonijiet, nirreċta, kelli niżfen... Bla dubju ix-xena tal-ilma! L-ilma kien friżżat! Dak iffilmjajnieh f'Marzu. Jien u Sarah, it-tfajla li kien hemm fil-vidjow ksaħħna. Ġol-ilma spiċċajna, nitgħannqu biex inħossu s-sħana ta' xulxin. Tant kien kiesaħ li ma stajtx ngħajjat. Kelli xena aggressiva, il-pulmun, ma ħallinix nagħmilha! Żomm għax iġġellidni ma' ħija! Inħobbhom it-tnejn. Jien u Kurt ilna ħafna ndoqqu flimkien u miegħu dejjem nieħdu pjaċir. Nikkomunikaw, għandna ċertu relazzjoni li niftemu. Jekk qedgħin tieġ u qed indoqqu ngħidlu issa jmiss din. Allura li jiġri ngħażel id-diska, ngħidlu 'Hit it' u jaqbad ikanta u jitkellem man-nies. Ma' Kurt mhux dwett imma aktar bhala duo. Nikkumplimentaw lil xulxin. Mentri ma' Gaia, jkun dwett proprju. Nieħu pjaċir ħafna nkanta ma' Gaia għandna chemistry tajba wkoll. Vera naqblu. Aħna close ħafna, nikkuntatjaw lil xulxin. Ir-raġuni hi, peress li naħdmu f'din l-industrija, ma naħdmux ma' kumpanija fejn tmur ix-xogħol filgħodu u għandek il-kollegi. Allura fir-realtà, l-kollegi tiegħi huma nies bhali. Għandna din ir-relazzjoni li qedgħin fl-istess ħaġa u nistgħu nitkellmu u nifmu lil xulxin. Naqsmu l-ideat. Ktibna kanzunetta flimkien imma għadna ma nafux meta se ssir. Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fir-rivista l-Gwida li toħroġ kull ġimgħa u ssibuha għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/il-ballun-kontra-l-kitarra---l-isfidi-ta-bejn-kevin-paul-u-rowen | Il-Ballun Kontra L-Kitarra - L-Isfidi Ta' Bejn Kevin Paul U Rowen | www.gwida.mt | Dawn it-tnejn ilhom ħbieb bejn sentejn jew erba' snin. Staqsejna lit-tnejn li huma imma ma qablux! L-isfidi bejn dawn it-tnejn bdew fis-sajf li għadda. Rowen sfida lil Kevin biex jagħmel mossa bil-ballun. Jekk ma jirnexxilux kellu kastig aħrax! Imur ibigħ il-frawli għal siegħa ġo roundabout. Rowen staqsa lill-pubbliku jekk Kevin jirnexxilux jagħmilha, b'91% tal-pubbliku qalulu li Kevin kien ser jirnexxielu. Imma Kevin kemm hu sportiv? Kevin qalilna: "Meta kont żgħir kont nilgħab il-futbol. Għamilt żmien ma' Malta u mal-Ħamrun. Illum il-ġurnata kieku tgħidli kemm int 'fit' ngħidlek li mhux tajjeb. Imma sportiv ħafna. Kull sport nieħu pjaċir u nkun tajjeb. Vera kont nilgħab il-futbol, imma l-isfidi li jagħtini xorta diffiċli ħafna! Mhumiex sempliċi!" Ritratt: Clint Gerald Attard Kevin irnexxielu wara ħafna tentattivi u issa kien imiss hu! Sfida lil Rowen pubblikament fuq il-profil tiegħu ta' Instagram biex idoqq il-kitarra. Issa Rowen qatt ma qabad kitarra b'idu! B'hekk ried jiddobba kitarra f'24 siegħa u jitgħallem idoqqha. Rowen ċempel lil Ivan tal-band popolari Red Electrick u talbu biex jgħallmu jdoqq. Wara li Ivan kien donnu qata' qalbu, Rowen jirnexxielu jdoqq biċċa minn Another One Bites The Dust tal-grupp leġġendarju Queen u b'hekk ħeles mill-kastig! Ritratt: Clint Gerald Attard Li kieku ma rnexxilux, kontu taraw lil Rowen ikanta f'Tas-Sliema u jiġbor il-flus qisu busker. Ħasra kbira għax kien ikun artiklu bomba fuq gwida.mt! Meta staqsejna lil Kevin x'jaħseb minn Rowen bħala kitarrist. Ir-risposta kienet ċara: "Ħażin mejjet!" Allura kif iddeċidew li jibdew dawn l-isfidi? Rowen qalilna li "peress li jien u Kevin għandna karattru li nħobbu nferrħu lin-nies, konna tkellimna biex forsi nibdew nagħmlu xi ħaġa li anka n-nies jistgħu jintegraw magħna." Meta lil Kevin staqsejnieh meta ħa naraw xi ħaġa oħra qalilna: "Dalwaqt ġejja sfida għal Rowen u ser tkun oħra bil-kitarra!" Meta staqsejna x'għandhom komuni qalulna: "Aħna dejjem nidħku! It-tnejn pożittivi! Life is fun! Meta nkunu flimkien nikumplimentaw lil xulxin!" Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fir-rivista l-Gwida li toħroġ kull ġimgħa u ssibuha għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/joseph-armani-ser-inkun-qed-intemm-il-karriera-ta-dj-wara-25-sena-ndoqq | Joseph Armani: "Ser Inkun Qed Intemm Il-Karriera Ta' DJ Wara 25 Sena Ndoqq" | www.gwida.mt | Ma stajniex nitkellmu ma' Joseph Armani u wkoll ma' Denzel mingħajr ma nsaqsu lil Joseph dwar Denzel u x'kienet tfisser għalih din l-esperjenza ġdida fil-ħajja tiegħu. Hu jistqarr magħna xi ħaġa li ħa taħsad lil ħafna nies, imma għandu pjan interessanti ferm. Kont ser intir bil-ferħ x'ħin żammejtu f'idejja lil Denzel. Lil mara għedtilha biex issemmih li trid basta jkollu l-inizjali ta' DJ f'ismu. Filfatt hu jismu Denzel Jo li fil-qasir hu DJ. Denzel sa minn ċkunitu kien ittimbrat biex ikun DJ. Ta' ftit snin kont tellgħajtu miegħi u ried jagħmel bħali. Kien għadu żgħir u kulħadd iggustah imiss id-diska taparsi qed jim-mix-ja. Ta' 6 snin, Denzel kien diġà ffissat fuq Tomorrowland u minn dakinhar ma titilfx edizzjoni waħda. Trid tarah ta' 6 snin niġġieldu miegħu biex imur jorqod. Kien raħ mill-bidu sal-aħħar! Tifel ta' 6 snin mhux normali jkunu jogħġbuh dawn l-affarijiet. Ritratt: Clint Gerald Attard L-ewwel darba li daqq ġo attività tal-massa kien f'Jum il-Ħaddiem. Jien kont eċitat immens, kelli msarni ġo saqqajja. Però hu qallli 'Pa tħabbilx rasek, jien kapaċi', mar fuq il-palk u kien suċċess. Beda jdoqq u n-nies vera bdew jieħdu pjaċir. Dak il-ħin it-tferfir telaqli u nfexxejt nibki bil-ferħ! Bdejt nara lili żgħir. Kont ilni narah li interessat u darba ħadtu miegħi biex jiġi f'waħda mil-lezzjonijiet. Għallimt ħafna studenti imma fih rajt potenzjal enormi. Bdejt ngħallmu u qabad mill-ewwel qisha kienet ġo fih. Denzel tgħallem idoqq bic-CDJs kif suppost u mhux bil-kompjuter jew xi software li jagħmillek kollox waħdu u din tagħmel differenza. Hawn ħafna li jaħsbu li huma DJs imma kull ma jkunu jafu hu li jużaw software. Ritratt: Clint Gerald Attard Ejja ngħidu li tfajt il-karti kollha fuq il-mejda imma qatt ma ġennintu, kienet deċiżjoni tiegħu. Jien wegħdtu li ser nagħmel minn kollox biex ngħinu jkompli jikber. Għandek tkun taf li t-tifel iż-żgħir tiegħi l-ieħor jidher li ser jkompli fuq il-linja tagħna wkoll. Għadu għandu 4 snin, il-ħin kollu jisma' d-diski b'mod speċjali tad-DJ popolari Steve Aoki! Niggustah. Dan is-sajf ma' Denzel irnexxieli nikser 2 rekords mondjali iva! Lil Denzel stidnuh biex jiġi jdoqq miegħi f'Unite with Tomorrowland. Kienet esperjenza li ma ninsa qatt. Bdejna nippreparaw minn ġimgħa qabel, nagħżlu d-diski flimkien, nifthemu u kkolaborajna ħafna. Jien qgħadt għall-kriterju tiegħu għax aħna għandna stilli differenti. Meta daqqejna flimkien ħassejtni kburi wisq! Konna għamilna xi ħaġa li ħadd ma għamel bħala. Minn riċerka li għamilna flimkien fuq onlajn sibna li f'Tomorrowland qatt ma kien hemm missier u iben iddoqqu flimkien. Lanqas qatt kien hemm tifel ta' 12-il sena jdoqq quddiem dik il-massa ta' nies. Ritratt: Clint Gerald Attard Dalwaqt ser nibda naħdem fuq album ġdid tiegħi u dan mistenni jkun l-aħħar album tiegħi. Ser inkun qed intemm il-karriera ta' DJ wara 25 sena ndoqq. Il-proġett tiegħi mil-lum 'il quddiem ser ikun Denzel. Ser naħdem għalih u ser ngħallmu kif jista jimpruvja l-kapaċitajiet tiegħu bħala DJ u jirnexxi iżjed milli irnexxejt jien. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/intervista-ma-clayton-saliba-minn-sempli-ement-kwotazzjoni-viluppat-pa-na-ajja | Intervista Ma' Clayton Saliba – "Minn Sempliċement Kwotazzjoni Żviluppat Paġna Ħajja." | www.gwida.mt | Clayton Saliba rnexxielu jabbina x-xogħol personali tiegħu fil-grafika ma' kunċett li bih seta' jwassal messaġġi pożittivi u ta' motivazzjoni bil-lingwa Maltija. Il-ħsieb wara Isma' Ftit kien, u għadu, li jkun hemm sors ta' pożittività fuq il-midja soċjali li nużaw ta' kuljum. Irridu jew ma rridux, il-midja soċjali saret parti integrali minn ħajjitna. Irridu nammettu li d-dinja tal-lum qed issir aktar individwalista, u n-nies saret tagħti importanza kbira lil kulma jidher fil-qoxra ta' barra u bħal donnha twarrab dak li hemm internament. Sirna nonfħu l-kuntentizza artifiċjali u sfortunatament naqsmu din it-tip ta' kuntentizza mal-oħrajn. Il-midja soċjali, kemm jekk permezz ta' stampi, ritratti jew kummenti, ninqdew biha biex naqsmu parti mill-ħajja tagħna. Nagħżlu mumenti speċjali, kisbiet, ċelebrazzjonijiet, ħarġiet mal-ħbieb, fost esperjenzi oħra, biex niddokumentaw il-pjaċir, l-interess jew l-imħabba li nkunu qed nesperjenzaw. Madanakollu, studji riċenti juru li ħafna huma dawk li jesaġeraw dwar l-emozzjonijiet u l-esperjenzi li jgħaddu minnhom, fejn, minħabba f'hekk, tinħoloq sitwazzjoni surreali ta' dak li fil-verità nkunu għaddejjin minnu. Għalkemm din taf issir in-norma ta' kull utent tal-midja soċjali, ma jfissirx li l-bniedem ikun kuntent bil-ħajja tiegħu b'mod ħolistiku. U Isma' Ftit jidħol proprju hawnhekk. Kienet ġurnata bħall-oħrajn meta ġieni f'moħħi li noħloq l-ewwel kwotazzjoni bil-Malti u nitfagħha fuq wieħed mis-siti soċjali. Dik kienet il-ġurnata fejn ħajti ħadet żvolta differenti. Ma kelli l-ebda ħjiel li din kienet se timla parti kbira mill-ġurnata tiegħi. F'dinja mfawra bi stejjer esaġerati, minfuħa jew fittizji, f'dinja miżgħuda b'aħbarijiet negattivi li jiġu mxerrda fuq il-midja soċjali, hu neċessarju li l-bniedem isib post ta' refuġju fejn jimmotiva lilu nnifsu u jilmaħ tama ta' ambjent u ħajja aħjar b'pariri, ħsibijiet jew saħansitra anki artikli reali li jġegħluh jieqaf u jirrifletti. Aħna Maltin u b'mod naturali ġieni l-ħsieb li noħloq din il-paġna bl-ilsien sabiħ tagħna. Jeżistu ħafna siti u paġni simili b'lingwi differenti, allura għax m'għandux ikollna waħda bil-Malti? Hi paġna strutturata, raffinata u b'messaġġi pożittivi li jiġu mxerrda ta' kuljum. Għandna nsibu mezzi biex inħeġġu aktar l-użu tal-lingwa Maltija u proprju dan hu li xtaqt nagħmel permezz ta' din il-paġna. Il-kwotazzjonijiet u l-ħsibijiet huma l-qofol tal-identità tas-sit u l-paġna u fil-fatt huma l-aktar għal qalbi. Kemm hu sabiħ li taqsam il-ħsibijiet, pariri jew osservazzjonijiet ma' xi ħadd qrib tiegħek! Aħseb u ara kemm ikun isbaħ meta dan tkun qed tagħmlu ma' komunità sħiħa li sal-lum tlaħħaq 'il fuq minn 40,000 ruħ! Waħda mill-kwotazzjonijiet fost l-aktar favoriti hi waħda pjuttost sempliċi: "Kun int!" Ħafna drabi nippruvaw noħorġu lil hinn minn dak li jagħmilna aħna u nkunu qed noħolqu problemi f'ħajjitna li fil-verità jistgħu jiġu evitati. Dan nagħmluh biex, fost raġunijiet oħra, inħossuna aċċettati minn dawk ta' madwarna jew għax inħossuna obbligati li rridu nagħtu tip ta' risposta. Ħafna drabi ftit nagħtu importanza lil dak li jiddefinixxi lilna bħala individwi uniċi. Paġna bħal Isma' Ftit tirrikjedi ħafna xogħol u dedikazzjoni. Hu naturali li jaf jiġu waqtiet fejn mhux dejjem issib l-ispirazzjoni biex tikteb. L-ispirazzjoni inizjali hi differenti mill-ispirazzjoni li hemm illum. Fil-bidu, kienet ispirazzjoni ta' meta tniedi proġett ġdid; għaldaqstant ikun hemm l-eċċitament ta' kif dan se jkun qed jintlaqa' min-nies. Illum l-ispirazzjoni aktar tinbet mill-effett li din il-paġna tħalli kemm fuq is-segwaċi leali, kif ukoll fuq persuni li qatt ma jkunu semgħu b'Isma' Ftit iżda li ltaqgħu b'kumbinazzjoni ma' xi messaġġ pożittiv u li jkun spiċċa biddlilhom il-burdata tal-jum. Il-komunità ta' Isma' Ftit, li issa kibret ġmielha, tkun għatxana għal ħsibijiet ta' dan it-tip u ta' sikwit nirċievu messaġġi biex ngħaddulhom il-ħsieb b'mod personali meta tinzerta ġurnata li fiha ma jkunux ħarġu kwotazzjonijiet jew ħsibijiet. Din il-paġna hi magħmula għal kulħadd. Ġej imnejn ġej, int min int u inti x'inti, taħdem x'taħdem u tagħmel x'tagħmel. Kull bniedem hu parti minn familja, sitwazzjoni, diffikultà, dilemma jew deċiżjoni. Kulħadd jgħaddi minn mument li jkun jeħtieġ ħsieb jew riflessjoni, għaldaqstant kulħadd jista' jipparteċipa billi jiktbilna fuq wieħed mill-mezzi tagħna u jaqsam l-esperjenzi tiegħu permezz ta' ħsieb żgħir li jirrifletti l-istorja, il-ferħ jew il-weġgħat tiegħu. B'hekk jaf inti stess tkun qed isservi ta' għajnuna għal ħaddieħor li jkun għaddej mill-istess esperjenza tiegħek. Bħala paġna motivazzjonali, ta' spiss nirċievu telefonati jew messaġġi mingħand persuni li jkollhom bżonn jiftħu qalbhom jew anki biex jieħdu parir, madanakollu Isma' Ftit ma joffrix dan is-servizz. Għalhekk iddeċidejna li nagħmlu kollaborazzjoni ma' Kellimni.com fejn dawn l-individwi jkunu jistgħu jitkellmu b'mod privat ma' persuna awtorizzata. Ma neskludux li 'l quddiem għad isiru kollaborazzjonijiet oħra. Waħda mill-akbar sfidi hi l-ħin. Bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, fost impenji oħra, il-ħin biex tipprepara u anki sempliċement taħseb dwar dak li se tikteb, sar lussu. Hemm għadd ta' proġetti għal din il-paġna, iżda, sfortunatament għalissa ma nistgħux niżvelawhom. Madanakollu nista' ngħid li l-ħsieb għal Isma' Ftit hu li din il-paġna tersaq aktar viċin in-nies u dan billi żżomm l-element tal-messaġġi u l-ħsibijiet pożittivi fil-qalba tagħha. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/intervista-ma-carlos-farrugia-kien-kristu-li-ressaqni-lejn-it-teatru | Intervista Ma' Carlos Farrugia – "Kien Kristu Li Ressaqni Lejn It-Teatru..." | www.gwida.mt | Insiru nafu aktar lill-attur u d-direttur Carlos Farrugia li jirrakkonta l-bidu tiegħu fil-karriera tar-reċtar sa ma wasal biex fetaħ skola tad-drama. Ir-reċtar minn dejjem kien jogħġobni. Meta kont l-iskola kont nieħu sehem f'xi biċċiet 'l hemm u 'l hawn u ommi ta' spiss kienet teħodni t-teatru. Biss, qatt m'għaddieli mill-garigori ta' moħħi li xi darba għad nibni karriera fir-reċtar. Il-ħolm li kelli meta kont żgħir spiċċa nbidel għalkollox. Darba kont qed nieħu sehem f'rappreżentazzjoni tal-moda. Kien għad kelli xi 18 jew 19-il sena meta ġejt avviċinat biex naħdem il-parti ta' Kristu f'film. Interpretajt l-istess parti fit-teatru tad-Dumnikani, il-Belt, u l-ewwel darba li rfist fuq palk kont għedt li posti kien hawn. Fil-fatt, minn hemm 'il quddiem ma ħarist lura qatt. Ġraw ħafna affarijiet b'koinċidenza! Kollox kien wassalni biex bdejt nirreċta f'bosta teatri li għandna f'pajjiżna, kif ukoll kelli xi esperjenzi barra minn xtutna. Komplejt nikber u nistudja f'dan il-qasam sa ma stabbilixxejt ruħi sew kemm fit-teatru, kemm fit-televixin, kif ukoll fiċ-ċinema Maltija. L-istess bħar-reċtar, qatt ma kienet xewqa proprja tiegħi li niftaħ skola. Darba fost l-oħrajn kont qed nieħu sehem fi produzzjoni klassika Spiru Cefai u waqt il-provi bdejt nagħti parir lil attriċi li kellha parti kemxejn fiżika. Paul Bonello, li kien qed jieħu ħsieb il-produzzjoni, kien għaddieli kumment biex xi darba nidderiġilu rappreżentazzjoni jiena stess, u fil-fatt sena wara kont idderiġejt Ħelsien tal-mibki Ġwann Abela OFM. Dil-produzzjoni tant kienet suċċess li għamlet xi disa' snin tintwera fuq stazzjon televiżiv lokali. Ġejt offrut nidderieġi proġetti oħra u minn hemm bdejt nintebaħ li nista' nagħti ħafna aktar mill-materjal li bdejt nitgħallem u nesperjenza jiena stess. Rajt x'vojt kien hawn fejn jidħol tagħlim tad-drama u meta ġejt avviċinat biex nibda ngħallem, bdejt nuża l-istil tiegħi, sakemm illum, 15-il sena wara, stabbilixxejt Freespirit Acting li kienet u għadha strumentali biex ittella' atturi, diretturi, kittieba u artisti professjonali fil-qasam tat-teatru u t-televixin. Nemmen li l-bilanċ jinħoloq f'kollox. Jekk veru trid tagħmel xi ħaġa, il-bilanċ issibu. Kultant jiġi waħdu wkoll. In-negozju tiegħi writtu mingħand missieri, li kien bejjiegħ fuq il-monti, u jien kabbartu ftit aktar billi ftaħt ħanut. Le, ma nemminx li tagħmel daqshekk differenza. Huma żewġ dinjiet kompletament differenti. Irreċtajt ħafna u m'għandi l-ebda karattru favorit għalkemm il-parti ta' Kristu ssib postha ftit jew wisq fuq quddiem. Però naħseb li l-aktar sensiliet li baqgħu msemmija huma It-Tfal Jiġu bil-Vapuri, L-Evanġelisti, Division 7 u naħseb li l-aktar sensiela li se tibqa' popolari, li saħansitra jsemmuhieli anki tfal li dak iż-żmien ma kinux għadhom twieldu meta ntweriet, hija Gizelle. Il-frażi "ara Sergio" bqajt nismagħha ta' spiss. Inti magħruf ukoll għall-parti ta' Kristu li ilek snin twal tinterpreta. Għaldaqstant, b'mod naturali ma nistgħux ma nistaqsukx kemm hi importanti f'ħajtek il-figura ta' Kristu u kemm ilek tistudja u taqra fuq dan il-personaġġ bibliku. Kollox beda minn Kristu. Kristu hu figura importanti immens f'ħajti, kemm mil-lat artistiku kif ukoll mil-lat spiritwali. Kien Kristu li ressaqni lejn it-teatru u kien it-teatru li ressaqni lejn Kristu. Għadni nesperimenta, naqra u nistudja fuqu sal-ġurnata tal-lum. Memorja tajba hi arma importanti għal attur u jien għall-grazzja t'Alla għandi memorja fotografika tajba ħafna. Bħala metodu ma nuża l-ebda wieħed partikolari, iżda meta naqra skript jew storja, l-ewwel nifhem sew il-karattru, is-sitwazzjoni u l-burdata, imbagħad ikunli iżjed faċli biex ninterpreta. Jien assolutament kontra li wieħed jitgħallem il-linji bl-amment. Iġibuk robotiku jew pappagall mingħajr emozzjonijiet. Darba kont qiegħed nagħmel parti prinċipali f'kummiedja jisimha Avanti, fit-Teatru Manoel, bi produzzjoni ta' Talenti u b'direzzjoni ta' Joe Izzo. Kelli parti fejn għal sagħtejn sħaħ ma stajtx ninżel minn fuq il-palk. Ovvjament kelli ħafna x'nistudja, fosthom djalogar u monologi, u kif rajt is-siparju jinfetaħ u kelli noħroġ mill-ewwel fuq il-palk, insejt l-ewwel linja! Litteralment insejtha! Katastrofi totali. Imbagħad b'mod maġiku ftakartha u beda l-vjaġġ ta' sagħtejn reċtar mingħajr waqfien. Naturalment il-provi u l-preparamenti ta' qabel huma importanti immens. Ġieli wkoll noħlom li qiegħed fuq palk u ninsa l-linji kollha, iżda fil-verità din qatt ma ġratli s'issa. Diffiċli ħafna tkun Belti u ma tkunx tħobb il-futbol u tissapportja lit-tim tal-Belt. Il-futbol qiegħed f'demmna u nħobb nilagħbu wkoll. Nagħmel parti minn Team MT, li huwa t-tim nazzjonali tal-personalitajiet, kif ukoll nilgħab 5-a-side ma' sħabi. Jien Pawlin minn twelidi u l-festa trabbejt fiha minn mindu kont żgħir għax missieri kien jeħodna kullimkien: marċi, tridijiet, paniġierki... allura titla' tħobb il-festa. Tfisser ukoll għaqda kemm mal-qraba, kif ukoll mal-ħbieb għax tiltaqa' ma' ħafna nies li tiltaqa' magħhom biss f'okkażjoni ta' festa. Għaldaqstant, iva, jien kburi li jien Belti u Pawlin. Bħalissa għaddej b'diversi proġetti kemm fi Freespirit Acting, kemm fit-teatru, kif ukoll fuq it-televixin. Għadu kemm kelli esperjenza interessanti kemm mil-lat ta' produzzjoni kif ukoll bħala attur f'Just Noise, film ibbażat fuq l-istorja tas-Sette Giugno. Bħala televixin, bħalissa qed inkomplu naħdmu fuq Division 7 u tliet produzzjonijiet oħra ma' DBA stess: Game Over , Alla Magħna u proġett ieħor interessanti u innovattiv Tuna Ċans Ħa Ngħidu Storja Bħala teatru, qiegħed nidderieġi produzzjoni fi Spazju Kreattiv, fil-Kavallier ta' San Ġakbu, il-Belt - Wara l-Ħajt - kitba ta' Vince Vella u produzzjoni ta' Vermiglio Theatre Productions. F'Marzu jkollna d-dramm kontemporanju għal żmien il-Ġimgħa l-Kbira li ilna għal dawn l-aħħar ħames snin intellgħuh jien u l-ħabib kollega tiegħi Joseph Galea. Dis-sena d-dramm se jġib l-isem ta' Vari u se jkollu kitba interessanti ta' Trevor Zahra. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/int-l-isbah-rigal-li-qatt-ircevejt-u-li-qatt-se-nircievi-f-hajti-sarah-camilleri | "Int L-Isbaħ Rigal Li Qatt Irċevejt U Li Qatt Se Nirċievi F'Ħajti!" – Sarah Camilleri | www.gwida.mt | Wiċċ Sarah Camilleri huwa familjari ma' ħafna Maltin u Għawdxin. Hija attriċi brava mmens, li rajnieha kemm f'rappreżentazzjonijiet fuq il-palk, kif ukoll f'diversi serje fuq it-televixin. Staqsejnieha xi mistoqsijiet relatati mal-karriera tagħha u l-irwol tagħha bħala omm u t-tweġibiet tagħha kienu interessanti ħafna! Grazzi għal ommi li bgħatitni nitgħallem iż-żfin ta' erba' snin, irbatt qalbi ma' kull tip ta' arti. L-ewwel u qabel kollox iż-żfin. Studjajt il-ballet klassiku, jazz, dak kontemporanju, tap, national, lyrical u character dance għal parti kbira minn ħajti u fost oħrajn kont nieħu sehem u nikkorjografa Musicals. Fil-Musicals wieħed irid jamalgama il-kant u r-reċtar maż-żfin u minn hemmhekk irrealizzajt il-passjoni li għandi għal din l-arti. Ridt insir naf aktar u ddeċidejt nistudja r-reċtar u anke l-pedagoġija biex b'hekk sirt għalliema tad-drama. Hemm ħafna li huma għal qalbi, partikolarment "Is-Salib tal-Fidda", forsi għax kien l-ewwel wieħed b'parti prinċipali, u anke għax kien meħud minn ktieb klassiku u tal-epoka, li lili taffaxxinani ħafna. Kont qed naħdem mal-attur u direttur bravu Ray Calleja u li tgħallimt ħafna mingħandu. Importanti ħafna għalija li meta nieħu sehem f'xi ħaġa tkun b'xi mod esperjenza ta' tagħlim. Ma nistax ma nsemmix ukoll "Tereża", li għalkemm kienet partikolarment diffiċli peress li kienet tintwera kuljum, u allura kien ikolli sigħat twal ta' filming, iltqajt ma' ħafna nies li missewli qalbi u għamluli ħafna kuraġġ, bħal nies morda l-isptar u anzjani li kontinwament kienu jgħiduli kemm inżommilhom kumpanija u nagħtihom enerġija. Dik għalija kienet ta' sodisfazzjoni kbir. Għalkemm it-televixin hu għal qalbi ħafna, bla dubju ta' xejn, nippreferi l-palk. Il-palk jagħtik reazzjoni iminenti tan-nies u dik tgħin ħafna lill-attur, apparti l-adrenalina li nħoss kull darba li nitla' fuq il-palk, avolja issa għandi ħafna esperjenza. Iżda l-iktar ħaġa li nħobb hi t-tranżizzjoni mill-iscript għall-palk, il-bini tal-karattru li nkun qed ninterpreta u t-taħriġ li jkollok tagħmel kemm individwalment, u anka mal-atturi l-oħra u mad-direttur. Bażikament, il-provi u l-istudju, li jinkludi anke riċerka, jagħmlu din it-tranżizzjoni. Imbagħad ovvjament il-prestazzjoni fuq il-palk, li din l-emozzjoni ma nibdilha ma xejn. Assolutament ma nistax ngħid li hi faċli, imma jien nemmen li meta trid xi ħaġa li tħobb fil-ħajja, taħdem għaliha u tagħmilha għax is-sagrifiċċji jiġu sekondarji. Ovvjament stajt nagħmel dan bl-għajnuna tal-ġenituri tiegħi Marceline u Raphael u ta' oħti Karen. Ħija Edward jgħix barra minn Malta, imma l-imħabba tal-familja għalih hija fundamentali. Tgħallimt inqassam il-ħin u tgħallimt ukoll nagħmel sitt affarijiet f'salt, minflok nistrieħ fil-brejks li jkolli. Inħobb inkun attiva u dan għalija huwa żvog fl-istess ħin. Ma nħobbx noqgħod kalma għal ħafna ħin. Ovvjament illum Liam għandu għoxrin sena u allura l-bżonn tiegħi f'ħajtu huwa differenti ħafna. Huwa indipendenti u jħobb id-drama ukoll u b'hekk nifhmu lil xulxin. Kull persuna għandha dritt u bżonn għal żvog personali. Kemm tista' tagħmel affarijiet u x'tagħmel hija xi ħaġa personali u kulħadd irid jara x'jista' jagħmel skont il-ħin liberu tiegħu. Iżda nemmen li kulħadd għandu bżonn xi tip ta' arti, sport jew passatemp. Jekk tkun persuna li tirsisti, taħdem għaliha u ssib ftit għajnuna, jirnexxielek issib iċ-ċans għalkollox. Il-moħħ għandu kontroll kbir fuqna. Importanti li tipprova tgħix ħajja sana kemm jista' jkun, tkun pożittiva, tinjora l-kummenti negattivi tan-nies u taħdem kemm tiflaħ għal dak li tixtieq. Hekk tiġi l-enerġija. Il-ħajja hija sfida u ħadd m'għandu jaqta' qalbu. Qas nista' nemmen li għalaqt għoxrin sena Liam, meta l-ewwel memorja tiegħek kif twelidt għadha stampata f'moħħi qisu lbieraħ! Jien nixtieqlek saħħa, imħabba u kuntentizza għal dejjem u nixtieq ngħidlek li dejjem se nkun hemm għalik. Int l-isbaħ rigal li qatt irċevejt u li qatt se nirċievi f'ħajti. Ħadd qatt ma jista' jeħodlok postok f'qalbi. Grazzi talli teżisti... Inħobbok bla qies. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/kont-persuna-misthija-hafna-u-ftit-li-xejn-kont-nissocjalizza | "Kont Persuna Mistħija Ħafna U Ftit Li Xejn Kont Nissoċjalizza!" | www.gwida.mt | Din il-ġimgħa Gwida.mt tkellmet ma' Tonio Vella dwar l-irwol teatrali u televiżiv tiegħu. U rnexxielna nakkwistaw informazzjoni interessanti ħafna! Diversi Maltin u Għawdxin jassoċjaw lil Tonio ma' karattru komiku, bħal Majsi jew il-kappillan fid-drama komika tal-Avukat Gawdenz Bilocca. Però sirna nafu li Tonio ġieli interpreta xi karattri serji wkoll u dan il-ġeneru jieħu gost jaħdmu wkoll. Ilkoll nistgħu naqblu li kull darba li rajna lil Tonio jinterpreta xi karattru, dejjem kien ta' gost għall-ispettaturi. Minn meta kont għadni tifel, id-drama kienet togħġobni. Ma kienx ikun hemm teledramm jew teleserje fuq it-televixin li ma kontx insegwi. Imma s'hemm biss kont nasal. Qatt ma kien jgħaddili minn moħħi li xi darba se nitla' fuq palk biex nirreċta. Dan minħabba l-fatt li jien kont persuna mistħija ħafna u ftit li xejn kont nissoċjalizza jew nitħallat mal-ħbieb. Sakemm darba fost l-oħrajn, meta kelli sittax-il sena, iltqajt ma' grupp ta' żgħażagħ li kienu qed itellgħu dramm fis-sala parrokkjali tan-Naxxar. Ġara li wieħed mill-atturi marad, ftit ġranet qabel ir-rappreżentazzjoni u min kien qed jieħu ħsieb talabni nagħmel il-parti jien. Jien m'aċċettajtx mill-ewwel għax bżajt li ma nkunx kapaċi nagħmilha, avolja kienet parti żgħira. Wara insistenza mid-direttur, iddeċidejt li nagħmilha u minn hemm bqajt miexi 'l quddiem. Diffiċli ngħid liema waħda hija l-iktar favorita għax nista' ngħid li kull karattru li ħdimt kien għal qalbi. Imma naħseb li fost il-karattri li l-iktar ħadt gost ninterpreta huwa dak tal-ispettur fis-sensiela 'Midindin'. Ma kinitx parti kbira imma kienet xi ħaġa differenti minn dak li kont naħdem qabel. Peress li kważi s-sensiliet li ħdimt qabel kienu komiċi, din kienet parti serja u ħadt gost ħafna naħdimha. Kif diġà għidt, il-karattri li interpretajt kollha għamilthom minn qalbi. Il-karattru ta' Majsi, maħluq minn Elio Lombardi, jibqa' marbut miegħi għal ħajti kollha. Imma kieku kelli nagħżel karattru wieħed, li kien impenjattiv u mhux faċli biex ninterpretah kien il-karattru ta' Padre Pio, fi dramm dwar il-ħajja ta' dan il-qaddis, miktub mill-mibki Lino Grech. Naturalment kien hemm ħafna karattri oħra, kemm serji kif ukoll komiċi li wkoll tawni sodisfazzjon. Jien personalment nippreferi l-palk. Veru li bit-televixin tilħaq aktar udjenza għax tidħol fid-djar tan-nies, peròmill-banda l-oħra l-palk jagħtik sodisfazzjon immedjat. Dik il-ħaġa li waqt li qiegħed tirreċta qed tara n-nies jidħku u jieħdu gost, hija ta' sodisfazzjon kbir. Barra minn hekk il-kapaċità ta' attur jew attriċi tidher aktar minn fuq il-palk għax jekk tkun se tieħu żball, trid tara kif tirranġah immedjatament, mentri jekk tieħu żball waqt filming għat-televixin, faċilment tista' twaqqaf il-filming u terġa' tibda għal kemm-il darba jkun hemm bżonn. Iva, mit-televixin ilni ftit maqtugħ imma fit-teatru għadni għaddej. Fil-preżent m'għandi l-ebda pjanijiet għat-televixin, però ma nafx x'għad jista' jiġri fil-futur. Biex ngħid il-verità, ma naħsibx li kienet għażla tiegħi li mmur għall-komiku, imma kienet waħda naturali. Biex tinterpreta partijiet komiċi mhix daqshekk faċli. Hawn atturi kbar u ta' esperjenza li jistqarru li mhumiex maqtugħin għall-komiċità. Kif għidt qabel, jien ħdimt diversi partijiet serji u veru nieħu gost nagħmilhom. Perònormalment jiġri li l-udjenza tibda tassoċjak mal-komiċità u tistenna mingħandek li taħdem il-komiku biss. Jien ngħid għalija, nieħu gost naħdem kollox, l-aqwa li nara lill-udjenza tieħu pjacir. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/luke-chappell-l-esperjenzi-personali-jaffetwani-b-mod-difficli-hafna | Luke Chappell: "L-Esperjenzi Personali Jaffetwani B'Mod Diffiċli Ħafna" | www.gwida.mt | Fl-1 t'Ottubru l-kantant żgħażugħ Luke Chappell ħareġ kanzunetta oriġinali tiegħu bl-isem ta' Human. Filmat bi stil differenti mingħand Luke. Aħna ta' Gwida staqsejna lil Luke fuq din il-kanzunetta u l-vidjow mużikali ġdid. L-akbar biża tiegħi hi li nitlef is-sabiħ kollhu min din l-esperjenza għaliex nkun wisq ifokkat fuq in-negattiv milli l-pożittiv tal-mużika u x'għandha toffri. L-esperjenzi personali jaffetwawni b'mod pożittiv fil-mużika, iżda b'mod diffiċli ħafna fil-ħajja personali tiegħi, fil-mużika, dak li nħoss nitfgħu kollu fil-lirika u fil-kitba. Ġieli nkun għaddej minn perjodu diffiċli ħafna allura jkolli bżonn naqra ħin sakemm nkun nista' nikteb dak li nħoss, għaliex inkella nħossni li l-emozzjoni tegħleb bija. Imma biex nkun kompletament onest, ġieli meta tiġrili ħaġa ta' toqol għalija, ġieli ċertu kliem ma nkunx nista' nesprimih, u nħoss li jkolli nisma' mużika ta' artist ieħor biex nħossni fil-paċi mas-sitwazzjoni. L-aktar li ispiratni biex nikteb Human kienet il-fatt li nħossni li ħafna mid-drabi, n-nies forsi jaħsbu li jien persuna li għadej minn ġranet sbieħ biss u ġrajjiet ta' ferħ, iżda fil-verità ngħaddi minn sitwazzjonijiet fejn tkun ta' tbatijja fil-ħajja personali tiegħi. Ħafna minn dawn il-mumenti nħossni iżolat ħafna u f'mumenti ta' dlam. Iżda wara dan kollu jien uman bħal kullħadd, u ngħaddi minn mumenti ta' tbattija bħal kullħadd. Naħseb kelli bżonn bidla, għaliex fil-verità m'iniex l-istess żgħażugħ li kont meta kont f'X Factor. Naħseb li meta tkun f'din il-linja ta' xogħol fil-mużika hemm is-sabiħ u l-ikrah tiegħu. B'hekk l-esperjenzi li għaddejt minnhom din is-sena mmaturawni għall-persuna li jien illum. Dik hi l-bidla li ħassejt li kelli nagħmel. Tibdilha viżwali għall-publiku. Ħafna minn nies qalu li xeraqli u li nidher iktar matur, b'hekk naħseb li nista' ngħid li rnexxieli nikseb dak li xtaqt bit-tibdila. Iva, nemmen li minn kull ħaġa, kull esperjenza, wieħed jista' joħloq perspettiva pożittiva mill-istorja tiegħu/tagħha u joħloq motivazzjoni biex jgħeleb in-negattività. Il-messaġġ li irrid ngħaddi hu li tħossokx waħdek. Ibqa' iġġieled għal dak il-punt li trid tasal f'ħajtek u tħalli lil ħadd jidħol bejnek u bejn il-ħaġa li tħobb. Ħajja waħda għandek. Meta persuna tisma' mużika waħida d-dar jew f'mument ta' iżolament, dak il-mument ikun il-mument fejn qiegħed tiġġieled fis-skiet mal-istorja tagħha/tiegħu. Meta tiġi tisma' l-mużika ġo kunċerti, tkun qed tesperjenza dik l-istess mużika ma' nies oħrajn li kienu qed jiġġieldu fil-mumenti diffiċli tagħhom. B'hekk toħloq mument ta' mħabba ma' nies oħrajn u tiċċelebra il-pożittività tal-ħajja. Tiddejqux tiġu u tisimgħuni LIVE. Il-mużika tgħaqqadna flimkien. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/rowen-muscat---il-plejer-li-kellu-jitghallem-idoqq-il-kitarra-f-24-siegha | Rowen Muscat - Il-Plejer Li Kellu Jitgħallem Idoqq Il-Kitarra F'24 Siegħa | www.gwida.mt | Rowen huwa plejer Malti li jilgħab mat-tim ta' Valletta bħala midfielder. Imma Rowen lil'hinn mill-futbol għandu ħajja vera interessanti! Kien accountant, kellu ħanut u jikkowċja tim Malti mimli personalitajiet u s-sajf iħobb iqattgħu mal-ġirien jiżfen fil-karozza! Ara x'qalilna fl-intervista! Meta kont żgħir, apparti l-futbol familti introduċitni fil-basketball, t-tennis u l-atletika. Ta' xi disa' snin, kelli nagħżel u għażilt il-football minkejja li dawn l-isports għenuni ħafna fiżikament. Għadni sal-ġurnata tal-lum immur nilgħab t-tennis ma' familti. Għamilt sena accountant. F'dik is-sena indunajt li żgur mhix triqti peress li x-xogħol jikkonsisti ħafna ħin bilqieda u jikkonsisti ħafna xogħol l-istess. Jien persuna li nħobb niltaqa' man-nies u ndurr barra. Filfatt kont bdejt full-time imbagħad qlibt part-time fejn minn hemm waqaft. Kelli kafeteria ġewwa n-Naxxar li l-ispeċjalità kienet il-kafé u l-pancakes li konna nagħmlu. Iżda meta tlajt nilgħab l-Italja kelli nneħiħ, peress li kienet impossibli biex inżomm il-ħanut u nilgħab l-Italja fl-istess ħin. Aħna l-aktar li nżuru huma t-tfal bi bżonnijiet speċjali. Dawn noħduwhom tours fl-Istadium Nazzjonali, kif ukoll nattendu aħna personali fl-iskejjel tagħhom. Kull esperjenza li tiltaqa' magħha fil-ħajja hija sabiħa u ta' tagħlima, iżda apparti li titgħallem meta tmur ġol-iskejjel tkun qed tqatta' l-ħin tiegħek billi tgħin u tferraħ lil min hu fil-bżonn. Dan il-grupp beda bl-idea ta' Peter Busuttil, billi għaqqad ħafna personalitajiet Maltin f'tim wieħed, b'għan li ngħinu lil min hu fil-bżonn, billi niġbru fondi għall-għaqdiet differenti. F'dan it-tim hemm; Joven 'Tenishia', Klinsmann Coleiro, Keith Demicoli, Fabian Demicoli, Luke Dalli, Ganni Agius, Frank Zammit u Kevin Paul fost l-oħrajn. Għinna ħafna għaqdiet differneti bħal; Puttinu Cares, Bjorn ALS Foundation, Arka Foundation, Jadens u morna nżuru lill-ħabsin ukol! Tista' tgħid meta tlajt l-Italja, sirt naf x'inhi l-vera mentalità ta' futbol professjonali. B'hekk meta nżilt lura żammejt ma' dik il-mentalità u bis-saħħa t'hekk bqajt nimpruvja u nġib suċċessi fil-karriera tiegħi. Meta f'Marzu ta' 2015, Malta lgħabna ġewwa Firenze, fil-grownd ta' Fiorentina, kontra l-Italja u tlifna 1-0 u rnexxieli nikseb it-titlu ta' Plejer tal-logħba fejn konna lgħabna kontra plajers bhal Pirlo, Verratti, Bonnuci, Chielini, Candreva etċ... Naħseb li jien plejer versatili, aggressiv u b'stamina tajba li għenitni ħafna. Iva, mal-Belt, qiegħed kuntent ħafna għax il-plejers, il-kumitat u s-sapporters għamluhieli faċli ħafna biex nidħol fit-tim u nkun wieħed mill-aktar plejers fundamentali. Il-ġirien tiegħi huma Kaycee Micallef u Aliah Micallef li jiġu kuġini ta' xulxin. Inqattgħu erba' xhur tas-sajf flimkien u b'hekk ikollna ħafna ħin biex naħdmu fuq korjografiji u ċajt biex inferrħu n-nies. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/gianluca-cilia---ihoss-illi-l-lingwa-maltija-ghandha-tkun-apprezzata-aktar | Gianluca Cilia - Iħoss Illi L-Lingwa Maltija Għandha Tkun Apprezzata Aktar | www.gwida.mt | Għalkemm għadu żgħir fl-età, isem Gianluca Cilia huwa sinonimu mal-lingwa tagħna, il-lingwa Maltija kif ukoll it-talent tal-kant u l-kariżma. Ftit xhur ilu rebaħ il-5 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ, Gianluca jitkellem dwar il-motivazzjoni li kellu sabiex jieħu sehem f'din il-kompetizzjoni, wara li rrapreżenta 'l Malta fil-Junior Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Dawra Tond li klassifikat mal-ewwel għaxar kanzunetti. Onestament, ma kontx qed nistennieha u għadni s'issa ma nistax nemmen, tant kemm kien hemm kanzunetti sbieħ. Kulħadd ħadem u stinka biex joħroġ l-aħjar li jista' joħroġ u nemmen li kienet finali tal-ġenn fejn kollha flimkien iċċelebrajna l-kanzunetta Maltija. Li kont fil-finali kienet diġà qisha rebħa u nistqarr ta' sodisfazzjon kbir għalija li kelli ċ-ċans inkun fuq dak il-palk mal-Malta Concert Orchestra. Mhux l-ewwel darba li kont l-iżgħar parteċipant f'xi konkors tal-kant u nħoss li ma taffetwanix daqshekk. Kulħadd irrid jibda minn x'imkien u l-età ma tagħmilx daqshekk bija, kien hemm parteċipanti ftit xhur ikbar minni. L-aktar kanzunetta li daħlet ġo moħħi u nkanta magħha l-ħin kollu hi 'Taparsi' ta' Nathaniel Attard, għenet li oħti l-kbira kienet parti mill-kor tal-kanzunetta ukoll, imma vera hi kanzunetta li nimmaġinani nkanta. It-tlieta li huma iħalluli memorji sbieħ; Dawra Tond minħabba l-fatt li biha rrapreżentajt lill-Malta fil-Junior Eurovision Song Contest u kienet esperjenza tal-ġenn; Wham Bam! għaliex kont kantajtha l-ewwel darba bħala mistieden fil-Malta Eurovision Song Contest u għalija kien avveniment li dejjem segwejt, allura li kont fih bħala mistieden kienet ħolma tiegħi li saret realtà, u Ħaġar Qim għax kont parti mill-ħsieb fit-tema tal-kanzunetta, hija l-ewwel kanzunetta tiegħi kollha bil-Malti u biha rbaħt l-akbar festival bil-Malti fuq skala nazzjonali. Esperjenza li żgur ma jien ħa ninsiha qatt. Iltqajt ma' ħafna nies ġodda, għamilt ħafna ħbieb u kienet esperjenza li għallmitni ħafna! Inħossni li fhimt aktar is-sagrifiċċju li wieħed irrid jagħmel biex ikun artist, kif ukoll l-impenn u x-xogħol kollu li jinvolvi. Dan kollu għamel l-esperjenza kollha tal-ġenn, kultant nixtieq li għandi buttuna ħalli mmur lura. Wham Bam! hija kanzunetta illi fiha Emil jiddeskrivi il-karattru tiegħi – mimli energija, inħobb nidħak u nieħu gost, u nħobb illi kull min ikun madwari jesperjenza dan kollu miegħi. M'hawn xejn isbaħ milli tkun ferħan u kuntent b'dak li tkun qed tagħmel. Inħoss illi l-lingwa Maltija għandha tkun apprezzata aktar. Toġgħobni l-artikolazzjoni u l-ħoss ta' ċertu kanzunetti kantati bil-Malti. Nieħu ħafna gost meta jiġi xi ħadd u jikkumplimentani fuq l-użu tal-Malti u l-mod kif inkun interpretajtha. Dan kollu jiġbidni aktar qrib il-lingwa materna. Is-sena l-oħra segwejt l-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ, u malli kelli l-età kont ħerqan li nista' nipparteċipa. Meta l-awtur, Emil Calleja Bayliss, staqsieni jekk għandix xi tema f'moħħi kif urejt interess, mill-ewwel għidtlu dwar Ħaġar Qim, għax kont għadni kemm żort dan il-post storiku, flimkien mal-iskola tiegħi u minn hemm bilmod il-mod inbniet Ħaġar Qim. Ix-xewqa tiegħi hi li naħdem fuq il-vidjow mużikali għal Ħaġar Qim u żgur illi fil-ġejjieni qarib tisimgħu xi materjal ġdid tiegħi, forsi bi stil ftit differenti. Kif forsi indunajtu nħobb nesperimenta għax b'hekk nemmen li nikber u nitgħallem. Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fir-rivista l-Gwida li toħroġ kull ġimgħa u ssibuha għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin. | [
2
] |